Official Journal L 033 , 05/02/2004 P. 0001 - 0087
Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikolutra fil-Komunità (Test b’rilevanza għall-FEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni, Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [1], Billi: (1) Il-kontroll u l-valutazzjoni tal-politika agrikola komuni jeħtieġ tagħrif komparabbli, aġġornat u li wieħed jista’ joqgħod fuqu, dwar is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-agrikoltura, u aktar speċifikament dwar taqlib fil-qligħ mill-agrikoltura. (2) Il-kontijiet ta’ l-agrikoltura huma għodda bażika biex tiġi analizzata s-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-agrikoltura ta’ pajjiż, bil-kondizzjoni li jkunu magħmulin fuq il-bażi ta’ sett wieħed ta’ prinċipji. Il-kontijiet ta’ l-agrikoltura jagħtu wkoll kontribuzzjoni siewja għall-kalkulazzjoni tal-kontijiet nazzjonali. (3) Il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura jiġu kkompilati skond il-kunċetti u r-regoli bażiċi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità [2]. (4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistika Komunitarja [3] jipprovdi qafas ta’ referenza għal dan ir-Regolament. (5) Billi l-oġġettiv ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri l-ħolqien ta’ standards komuni ta’ statistika li jippermettu li tkun maħduma data armonizzata, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala ta’ l-azzjoni, jintlaħaq aħjar fuq livell ta’ Komunità’, il-Komunità’ tista’ tadotta miżuri, konformi mal-prinċipji ta’ sussidjarjeta’ kif stipulati fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalita’, kif miġjub f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx li ’l hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak il-għan. (6) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [4]. (7) Il-Kumitat Permanenti dwar Statistiċi fuq l-Agrikoltura u l-Kumitat dwar il-Programm ta’ l-Istatistiċi ġew avzati, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Is-suġġett 1. Dan ir-Regolament iwaqqaf il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "EAA"), billi jipprovdi għal: (a) Metodoloġija ta’ l-EAA (standards komuni, definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet u regoli tal-kontijiet), intiżi biex jintużaw għall-ġbir tal-kontijiet fuq bażi komparattiva għall-għanijiet tal-Komunità’, u għat-trasmissjoni tad-data skond l-Artikolu 3; (b) limiti taż-żmien għat-trasmissjoni tal-kontijiet ta’ l-agrikoltura miġbura skond il-metodoloġija ta’ l-EAA. 2. Dan ir-Regolament ma jobbligax lil xi Stat Membru li juża l-metodoloġija ta’ l-EAA fil-ġbir ta’ kontijiet ta’ l-agrikoltura biex iwettaq l-għanijiet tiegħu. Artikolu 2 Metodoloġija 1. Il-metodoloġija ta’ l-EAA msemmija fl-Artikolu 1(1)(a) qegħda stipulata fl-Anness I. 2. Il-metodoloġija ta’ l-EAA għandha tiġi aġġornata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2). Artikolu 3 Trasmissjoni lill-Kummissjoni, 1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (il-Eurostat) id-data stipulata fl-Anness II fil-limiti taż-żmien speċifikati għal kull lista. 2. L-ewwel trasmissjoni tad-data għandha sseħħ f’Novembru 2003. 3. Il-lista tal-kwantitajiet varjabbli u l-limiti taż-żmien għat-trasmissjoni tad-data stipulati fl-Anness II għandhom jiġu aġġornati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2). Artikolu 4 Proċedura tal-kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar l-Istatiċi fuq l-Agrikoltura. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu ta’ żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu. Artikolu 5 Dispożizzjonijiet finali Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intjier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Diċembru 2003. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox F’isem il-Kunsill Il-President P. Lunardi [1] L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Settembru 2003 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003. [2] ĠU L 310, tat-30.11.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, tat-18.7.2003, p. 1). [3] ĠU L 52, 22.02.97, p. 1. [4] ĠU L 184, 17.07.99, p. 23. -------------------------------------------------- L-ANNESS KONTIJIET EKONOMIĊI GĦALL-AGRIKOLTURA (EAA) WERREJ Paġna Daħla I. Il-karatteristiċi ġenerali tal-kontijiet A. Introduzzjoni B. L-unità bażika u l-industrija agrikola 1. L-unità bażika 2. L-industrija agrikola 3. Attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli C. Il-kejl ta' l-output D. Is-sekwenza tal-kontijiet 1. Is-sekwenza tal-kontijiet kif stipulata fil-ESA 95 2. Is-sekwenza tal-kontijiet ta' l-EAA E. Is-sorsi tad-data u l-metodi tal-kalkolu għat-tħejjija ta' l-EAA F. Il-klassifikazzjoni 1. Ġenerali 2. Definizzjoni ta' l-attivitajiet karatteristiċi ta' l-agrikoltura 3. Definizzjoni ta' l-unità karatteristiċi ta' l-agrikoltura 4. Osservazzjonijiet dwar affarijiet varji 5. Diskrepanza bejn l-industrija agrikola ta' l-EAA u l-fergħa agrikola tal-qafas ċentrali tal-kontijiet nazzjonali II. Operazzjonijiet fi prodotti A. Regoli ġenerali 1. Il-perjodu ta' referenza 2. L-unità 3. Iż-żmien ta' l-irreġistrar B. L-output 1. Kummenti ġenerali dwar il-kunċetti ta' l-output fil-ESA 95 u l-EAA 2. L-output ta' l-attività agrikola: kwantitajiet 3. L-output ta' attivitajiet sekondarji mhux agrikoli nseparabbli 4. L-output ta' l-industrija agrikola 5. L-ivvalutar ta' l-output C. Il-konsum intermedju 1. Definizzjoni 2. L-elementi tal-konsum intermedju 3. L-ivvalutar tal-konsum intermedju D. Il-formazzjoni ta' kapital gross 1. Il-formazzjoni ta' kapital fiss gross (GFCF) 2. Tibdil fl-istokk 3. L-irreġistrar tal-bhejjem bħala 'GFCF'jew 'tibdil fl-istokk' III. Operazzjonijiet distributtivi u ċirkulazzjonijiet oħra A. Definizzjoni B. Regoli ġenerali 1. Il-perjodu ta' referenza 2. L-unità. 3. Iż-żmien ta' l-irreġistrar ta' l-operazzjonijiet distributtivi 4. Rimarki ġenerali dwar il-valur miżjud C. Il-kumpens ta' l-impjegati D. Taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni 1. Taxxi fuq il-prodotti 2. Kif titqies it-taxxa fuq il-valur miżjud VAT 3. Taxxi oħra fuq il-produzzjoni E. Sussidji 1. Sussidji fuq il-prodotti 2. Sussidji oħra fuq il-produzzjoni F. Dħul minn proprjetà 1. Definizzjoni 2. Imgħax 3. Renti (fuq art u depożiti underground) 4. Dħul minn propjetà attribwit lil detenturi ta' poloz ta' assigurazzjoni (mhux koperti bil-EAA) G. Trasferimenti ta' kapital 1. Għotjiet ta' investiment 2. Trasferimenti oħra ta' kapital H. Konsum ta' kapital fiss IV. L-input tax-xogħol agrikolu V. Indikaturi tad-dħul agrikolu A. Definizzjoni ta' dħul u l-punti li jibbilanċjaw B. Kif jitqies id-dħul ta' l-unità organizzati fuq bażi korporattiva C. Definizzjoni ta' l-indikaturi tad-dħul agrikolu D. L-Aggregazzjoni ta' l-indikaturi tad-dħul għall-Unjoni Ewropea E. Id-deflazzjoni ta' l-indikaturi tad-dħul VI. L-ivvalutar ta' l-EAA skond il-prezzijiet kostanti A. Il-kejl tal-prezz u l-volum B. Il-prinċipji u l-metodi għat-tħejjija ta' l-EAA skond il-prezzijiet kostanti 1. L-għażla tal-formula ta' l-indiċi 2. Is-sena bażi 3. Il-preżentazzjoni ta' serje mqabbla ma' sena ta' referenza 4. Il-kalkolu tal-valur miżjud skond il-prezzijiet kostanti 5. Rendikont tat-taxxi u s-sussidji fuq il-prodotti f'partijiet ta' volum u prezz DAĦLA Ir-reviżjoni tas-sistema Ewropea tal-kontijiet (ESA 1995) fl-1995 [1] u l-ħtieġa li jsir adattament għall-iżviluppi ekonomiċi u strutturali fl-agrikoltura wasslu ghall-metodoloġija bażika ġdida użata għall-EAA. L-emendi li saru ghall-metodoloġija bażika ta' l-EAA kellhom jissodisfaw zewġ ħtiġijiet, ħafna drabi konfliġġenti: fuq naħa, kienet meħtieġa konsistenza metodoloġika ma' il-ESA biex ikun hemm armonizzazzjoni ta' l-EAA kemm bejn l-Istati membri u mal-qafas ċentrali tal-kontijiet nazzjonali; u fuq in-naħa l-oħra, il-leġislatur kellu jiżgura li t-tibdil li kellu jsir kien vijabbli. Dan il-manwal tħejja fil-kuntest ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, u minbarra l-kunċetti, il-prinċipji u r-regoli bażiċi għat-tħejjija ta' l-EAA, il-manwal jirreferi wkoll ghall-kwalunkwe adattament għall-karatteristiċi speċifiċi fil-qasam ta' l-agrikoltura. I. IL-KARETTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KONTIJIET A. INTRODUZZJONI 1.01. Sistema ta' kontijiet ekonomiċi integrati għandha tipprovdi dehra ġenerali ta' l-attivitajiet ekonomiċi li tkun sistematika, komparabbli u sħiħa kemm jista' jkun possibli, biex isservi bħala bażi għal analiżi, tbassir u miżuri politiċi. In-numru vast u l-varjetà ta' operazzjonijiet ekonomiċi u l-unità koperti mis-sistema għalhekk għandhom ikunu ikklassifikati skond kriterji ġenerali u mniżżla b' mod ċar u sempliċi f'sistema koerenti ta' kontijiet u tabelli. 1.02. Is-sistema Ewropea tal-kontijiet ekonomiċi integrati, li toħroġ mis-sistema riveduta tal-kontijiet nazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti (SNA 93) [2], inħolqot bħala tweġiba għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' l-Unjoni Ewropea. Hija tistabbilixxi kunċetti, definizzjonijiet, regoli ta' l-ikkontjar u klassifikazzjonijiet uniformi biex jintużaw mill-Istati Membri ta' l-UE. 1.03. L-ekonomija ta' pajjiż hija s-somma ta' l-attivitajiet ta' numru kbir ħafna ta' unità ingaġġati f'ħafna tipi ta' operazzjonijiet bil-għan li jipproduċu, jiffinanzjaw, jassiguraw, jiddistribwixxu u jikkonsmaw. L-unità u l-gruppi ta' unità ikkunsidrati fil-kuntest ta' sistema kontijiet nazzjonali għandhom ikunu definiti skond il-mudelli ekonomiċi eżaminati. Il-ESA 95 hija kkaretterizzata mill-użu ta' tlett tipi ta' unità u żewġ modi distinti ta' kif tinqasam l-ekonomija nazzjonali. 1.04. Sabiex ikunu analizzati ic-cirkolazzjonijiet li jinvolvu dħul,kapital,operazzjonijiet finanzjarji u attiv, huwa meħtieġ li jintgħażlu unità li juru l-interazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi (l-unità istituzzjonali). Sabiex ikun analizzat il-proċess tal-produzzjoni, huwa kruċjali li jitgħażlu unità li juru r-relazzjonijiet tekniċi-ekonomiċi (i.e. l-unità skond it-tip ta' attività f'livell lokali u l-unità ta' produzzjoni omoġenja). 1.05. Għalhekk, l-ekonomija tista' tinqasam f'żewġ modi differenti: (i) f'setturi istituzzjonali jew sottosetturi, li jirrapreżentaw lill-unità istituzzjonali; (ii) f'industriji, li jikkonsistu fi gruppi ta' unità skond it-tip ta' attività f'livell lokali (industrija) u unità ta' produzzjoni omoġenja (fergħa omoġenja). 1.06. L-għan ewlieni ta' l-EAA huwa li jkun analizzat il-proċess tal-produzzjoni u d-dħul primarju iġġenerat minnu. Il-kontijiet huma għalhekk ibbażati fuq il-kunċett ta' l-industrija. 1.07. L-EAA huma kontijiet satellita li jipprovdu informazzjoni kumplimentarja u kunċetti adattati għan-natura partikolari ta' l-industrija ta' l-agrikoltura. Ghalkemm l-istruttura tagħhom tixbaħ ħafna lil dik tal-kontijiet nazzjonali, it-tħejjija tagħhom teħtieġ il-formulazzjoni ta' regoli u metodi xierqa. 1.08. Jeħtieġ issir distinzjoni bejn id-dħul iġġenerat mill-produzzjoni agrikola u d-dħul ta' djar agrikoli, dan ta' l-aħħar jinkludi, minbarra d-dħul mill-attività agrikola, dħul minn sorsi oħra (minn proprjetà, trasferimenti soċjali, eċċ.) li jista' jkollhom id-djar agrikoli. Dawn iż-żewġ tipi ta' dħul These two types of income (id-dħul iġġenerat mill-produzzjoni agrikola u d-dħul ta' djar agrikoli) jitkejlu għal żewġ għanijiet distinti, li jeħtieġu żewġ metodi distinti ta' kif tinqasam l-ekonomija: l-ewwel wieħed, għall-EAA, huwa bbażat fuq unità ta' produzzjoni; li huma definiti b' referenza għall-fergħa ta' l-attività, it-tieni huwa bbażat fuq djar (i.e. unità istituzzjonali) li s-sors ewlieni tad-dħul tagħhom huwa indipendenti mill-attività agrikola [3]. B. L-UNITÀ BAŻIKA U L-INDUSTRIJA AGRIKOLA 1. L-unità bażika 1.09. Sabiex ikunu analizzati ic-cirkolazzjonijiet iġġenerati mill-proċess tal-produzzjoni u l-użu ta' prodotti u servizzi, huwa meħtieġ li jintgħażlu unità li jemfasizzaw ir-relazzjonijiet ta' sura teknika-ekonomika. Din il-ħtieġa tfisser li bħala regola l-unità istituzzjonali għandhom jinqasmu f'unità izgħar u aktar omoġenji skond it-tip tal-produzzjoni. Unità lokali skond it=-tip ta' attività (KAU lokali) huma intenzjonati li jissodisfaw din il-ħtieġa bħala l-ewwel approċċ imma prattikament approċċ operazzjonali orjentat (ESA 95, 2.105) [4]. 1.10. Il-KAU lokali huma definiti bħala l-parti ta' KAU li tikkorrispondi għal unità lokali. Il-KAU tiġbor flimkien il-partijiet kollha ta' unità istituzzjonali fil-kapaċità tagħha ta' produttur li tikkontribwixxi għar-rendiment ta' attività f'livell ta' klassi (erba' numri) fin-NACE Rev. 1 (il-klassifikazzjoni ta' referenza għall-attivitajiet ekonomiċi, cf. 1.55) u tikkorrispondi għal waħda jew aktar sottodiviżjonijiet operazzjonali ta' l-unità istituzzjonali. Is-sistema ta' l-informazzjoni ta' l-unità istituzzjonali ghandha tkun kapaċi li tindika jew tikkalkula għal kull KAU lokali mill-anqas il-valur ta' l-output, il-konsum intermedju, il-konsum ta' l-impjegati, ir-riżultat mill-ġestjoni u l-impjieg u l-GFCF (il-ESA 95, 2.106). 1.11. Għalkemm KAU lokali tista' tikkorrispondi għal unità istituzzjonali jew parti minn unità istituzzjonali fil-kapaċità ta' produttur, hija qatt ma tista' tkun parti minn żewġ unità istituzzjonali distinti. Minħabba li, fil-prattika, ħafna unità istituzzjonali li jipproduċu prodotti u servizzi huma nvoluti f'numru ta' attivitajiet differenti f'daqqa (attività prinċipali u attività waħda jew aktar sekondarji), jistgħu jinqasmu fl-istess numru tal-KAU lokali. Attivitajiet addizzjonali (xiri, bejgħ, marketing, ikkontjar, trasport, ħżin, manteniment, eċċ.; cf. 1.27), imma, ma jistgħux iwasslu għall-ħolqien ta' KAU lokali. 1.12. Bażikament, għandhom jiġu irreġistrati KAU lokali daqs kemm ikun hemm attivitajiet sekondarji, imma jista' jiġri li informazzjoni (ta' l-ikkontjar) fi statistika ma tagħmilhiex possibbli li tifred l-attivitajiet sekondarji jew partijiet minn dawk l-attivitajiet ta' KAU lokali mill-attivitajiet prinċipali tagħha. Għalhekk, KAU lokali tista' tmexxi waħda jew aktar attivitajiet sekondarji flimkien ma' l-attività prinċipali tagħha (il-ESA 95, 2.107). 1.13. Attività jista' jingħad li seħħet meta jkunu ikkombinati riżorsi bħall-apparat, ix-xogħol, it-tekniċi tal-manifattura, in-networks ta' l-informazzjoni jew il-prodotti, li jwassal għall-ħolqien ta' prodotti jew servizzi speċifiċi. Attività hija kkaretterizzata minn input ta' prodotti (oġġetti u servizzi), proċess ta' produzzjoni u output ta' prodotti (il-ESA 95, 2.103). L-attività prinċipali ta' KAU lokali hija l-attività li l-valur miżjud tagħha huwa akbar minn dak ta' kwalunkwe attività oħra li ssir fl-unità. Il-klassifikazzjoni ta' l-attività prinċipali hija determinata b' referenza għan-NACE Rev. 1, l-ewwel fl-ogħla livell tal-klassifikazzjoni u wara f'livelli aktar dettaljati (il-ESA 95, 3.10). 2. L-industrija agrikola 1.14. Billi jinġabru flimkien il-KAU lokali kollha ingaġġati fl-istess tip ta' attività, huwa possibbli li tkun stabbilita industrija. Din tagħmilha possibbli li taqsam l-ekonomija skond l-industrija. Il-klassifikazzjoni ta' dawn l-industriji tiddependi fuq l-attività prinċipali ta' l-unità miġbura hekk flimkien. Fl-aktar livell dettaljat tal-klassifikazzjoni, industrija tinkludi l-KAU lokali kollha fl-istess klassi (livell ta' erba' numri) tan-NACE Rev. 1 u għalhekk ingaġġati fl-istess attività bħal dik definita fin-NACE Rev. 1. 1.15. Għalkemm l-industrija agrikola qabel kienet definita bħala grupp ta' unità ta' produzzjoni agrikola omoġenja, il-KAU lokali kienet magħżula bħala l-unità bażika ta' deskrizzjoni għall-EAA sabiex (i) l-approċċ għall-EAA isir skond is-sitwazzjoni ekonomika ta' l-agrikoltura, i.e. biex tkun ikkunsidrata bis-sħiħ l-eżistenza ta' ċertu attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli meta titkejjel l-attività produttiva totali ta' l-unità agrikola u (ii) tibqa' konsistenti mal-kumplament tal-kontijiet nazzjonali. Din tirrapreżenta partenza mill-approċċ analitiku ibbażat fuq il-kunċett ta' l-unità ta' produzzjoni omoġenja u fergħa omoġenja għal approċċ statistiku ibbażat fuq il-kunċett tal-KAU f'livell lokali u ta' industrija. 1.16. Attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli huma attivitajiet li l-ispejjeż tagħhom ma jistgħux jiġu osservati separatament minn dawk ta' l-attività agrikola. Eżempji ta' dawn huma l-ipproċessar ta' prodotti ta' l-irziezet fuq ir-razzett, il-forestrija, il-logging, it-turiżmu. L-output ta' l-industrija agrikola għalhekk jirriżulta minn żewġ tipi ta' attività: (i) attivitajiet agrikoli (ewlenin jew sekondarji) li jsiru minn unità agrikoli; (ii) attivitajiet sekondarji mhux agrikoli ta' unità agrikoli. 1.17. L-azjenda agrikola, li hija l-unità fil-preżent użata għall-istudji statistiċi ta' l-agrikoltura (ċensimenti, stħarriġ ta' l-istruttura ta' l-azjendi agrikoli), hija l-KAU lokali l-aktar xierqa għall-industrija agrikola (anke jekk ċertu unità oħra, bħall-koperattivi ta' l-inbid jew żejt taż-żebbuġa, jew unità li jagħmlu xogħol b' kuntratt, eċċ., iridu jkunu inklużi fiha). Minkejja dan, irid ikun emfasizzat li l-varjetà ta' attivitajiet agrikoli li jistgħu isiru f'azjendi agrikoli tagħmilhom tip speċjali ta' KAU lokali. L-applikazzjoni stretta tar-regola ta' il-ESA għall-unità u l-grupp tagħhom għandha fil-fatt tirriżulta fid-diviżjoni ta' l-azjenda agrikola f'ħafna KAU lokali separati f'każijiet fejn ħafna attivitajiet tal-klassi b' erba' numri tan-NACE Rev. 1 isiru fl-istess azjenda. L-adozzjoni ta' l-azjenda agrikola bħala l-KAU lokali ta' l-industrija agrikola fil-kontijiet nazzjonali u l-EAA hija bbażata fuq approċċ statistiku. 1.18. Għalhekk, il-kontijiet għall-industrija agrikola huma essenzalment simili għall-kontijiet ta' l-azjendi agrikoli (il-produzzjoni u l-ġenerazzjoni tal-kontijiet tad-dħul). Sabiex tkun evitata kull ambigwità, madankollu, għandu jkun emfasizzat li l-kontijiet agrikoli m' humiex kontijiet ta' impriżi li l-attività prinċipali tagħhom hija agrikola: l-ewwel, ma jinkludux l-attivitajiet mhux agrikoli ta' dawn l-azjendi (dawk li jistgħu jiġu isseparati mill-attivitajiet agrikoli jiġu esklużi). Barra minn hekk, jinkludu l-attivitajiet agrikoli ta' l-impriżi li l-attività prinċipali tagħhom m' hijiex agrikola. Konsegwentament, l-adozzjoni ta' l-azjenda agrikola bħala l-unità bażi għall-EAA ma tibdilx il-fatt li l-kontijiet agrikoli huma kontijiet ta' l-industrija agrikola. 1.19. Minħabba li industrija tikkonsisti fi grupp ta' unità li jagħmlu l-istess tip ta' attività, id-definizzjoni ta' l-industrija agrikola fl-EAA tiddependi fuq l-identifikazzjoni ta' l-attivitajiet karatteristiċi u l-unità f'dik l-industrija. L-għażla riżultanti ta' l-attivitajiet agrikoli karatteristiċi u l-unità tista' twassal għal xi differenzi bejn il-kontijiet ta' l-industrija agrikola ta' l-EAA u l-kontijiet nazzjonali (cf. 1.93). 1.20. L-industrija agrikola hija meqjusa bħala l-KAU kollha f'livell lokali miġbura flimkien li jagħmlu l-attivitajiet ekonomiċi li ġejjin (cf. 1.60 sa 1.66 għad-definizzjoni preċiża ta' l-industrija agrikola): - it-tkabbir ta' ħxejjex; prodotti tal-ġonna għas-suq; ortikoltura (inkluż il-produzzjoni ta' l-inbid u ż-żejt taż-żebbuġa minn għeneb u żebbuġ imkabbar mill-istess unità), - it-trobbija ta' l-annimali ta' l-irziezet, - il-produzzjoni ta' ħxejjex assoċjati ma' annimali tal-biedja, - ix-xogħol agrikolu b' kuntratt, - il-kaċċa, l-insib u t-tnissil ta' tjur, inkluż attivitajiet ta' servizzi relatati. 1.21. Minbarra l-azjendi agrikoli, l-industrija agrikola tikkonsisti f'unità magħmula minn gruppi ta' produtturi (e.g. koperattivi) li jipproduċu l-inbid u ż-żejt taż-żebbuġa w unità speċjalizzati li jipprovdu makkinarju, materjal u ħaddiema għat-twettiq ta' xogħol b' kuntratt. 1.22. Unità speċjalizzati li jipprovdu makkinarju, materjal u ħaddiema għat-twettiq ta' xogħol b' kuntratt fl-istadju tal-produzzjoni agrikola (impriżi kummerċjali ingaġġati f'xogħol b' kuntratt jew okkupanti agrikoli li jipprovdu servizzi bħala kuntratturi) huma meqjusa bħala parti mill-industrija agrikola. Taħt interpretazzjoni aktar stretta, dawn l-unità, li għandhom jiġu inklużi fl-industrija agrikola, iridu jwettqu xogħol li (a) jagħmel parti mill-proċess tal-produzzjoni agrikola, (b) għandu x' jaqsam mal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli, (c) huwa mwettaq konswetudinarjament mill-azjendi agrikoli u (d) huwa attwalment imwettaq kollu kemm hu mill-unità speċjalizzati li jipprovdu makkinarju, materjal u ħaddiema. 1.23. Jekk, madankollu, ix-xogħol b' kuntratt m' huwiex imwettaq kollu kemm hu mill-unità speċjalizzati (e.g. jekk l-imprenditur jikri makkinarju imma jimpjega l-ħaddiema tiegħu stess) din l-attività tird tiġi rreġistrata fid-Diviżjoni 71 tan-NACE Rev. 1 (kiri ta' makkinarju u apparat mingħajr l-operatur); f'dan il-każ, l-ammonti imħallsa mill-okkupanti lill-impriżi li jkunu qegħdin jaħdmu taħt kuntratt għandhom jiġu rreġistrati bħala "prodotti u servizzi oħrajn" taħt "konsum intermedju" (cf. 2.108). 1.24. Minħabba li l-għan ta' l-EAA huwa li jkejjel, jiddeskrivi u janalizza l-formazzjoni tad-dħul mill-attività ekonomika agrikola (li, fl-Istati membri ta' l-UE, hija kważi esklussivament attività kummerċjali), kien deċiż li tkun eskluża din l-unità li għaliha l-attività agrikola hija biss attività tal-ħin liberu. B' kuntrast, l-unità ingaġġati fil-biedja bħala l-mezz ta' l-għixien tagħhom huma inklużi fil-EAA. Għandu jkun emfasizzat li l-output agrikolu mill-azjendi agrikoli għall-konsum tagħhom stess għandu jkun irreġistrat fil-EAA. 3. Attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli 1.25. L-użu tal-KAU lokali bħala l-unità bażika għall-industrija agrikola tirrikjedi l-irreġistrar ta' l-attivitajiet sekondarji mhux agrikoli fejn dawn ma jistgħux ikunu distinti mill-attività agrikola ewlenija. 1.26. L-attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli tal-KAU agrikoli lokali huma definiti bħala attivitajiet li għandhom x' jaqsmu mill-qrib mal-produzzjoni agrikola li għaliha l-informazzjoni dwar l-output, il-konsum intermedju, il-kumpens ta' l-impjegati, l-input tal-ħaddiema jew il-GFCF ma jistgħux jinfirdu mill-attività agrikola ewlenija matul il-perjodu ta' osservazzjoni statistika. 1.27. Il-karatteristiċi ewlenin ta' dawn l-attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli huma kif ġej: - għandhom ikunu intenzjonati għall-bejgħ jew tpartit (matul il-perjodu ta' l-ikkontjar jew aktar tard, wara li jinħażen), għall-użu finali tal-produttur stess jew bħala pagament bi tpartit (inkluż kumpens bi taprtit imħallas lill-impjegati), - m' għandhomx ikunu attivitajiet addizzjonali. Dawn ta' l-aħħar huma attivitajiet supplimentari (e.g. bejgħ, marketing, ħżin, trasport għalihom stess; ara il-ESA 95, 3.12 u 3.13, u l-SNA 93, 5.9 sa 5.16) li jsiru minn impriżi sabiex joħolqu l-kondizzjonijiet għall-ġestjoni ta' l-attivitajiet ewlenin jew sekondarji. Tipikament, l-output ta' l-attivitajiet addizzjonali jidher bħala input fit-tipi differenti ta' l-attività produttiva, - b' konvenzjoni, dawn jistgħu ma jinkludux l-attivitajiet li jinvolvu il-GFCF ta' prodotti mhux agrikoli (bħall-bini jew il-makkinarju) għalihom stess. Din il-produzzjoni għall-konsum finali tagħhom stess hija presunta li hija attività separabbli u hija rreġistrata bħala l-produzzjoni ta' KAU lokali identifikabbli. Servizzi ta' akkomodazzjoni li jitqiegħdu għad-disposizzjoni ta' l-impjegati bħala remunerazzjoni bi tpartit għandha titqies bl-istess mod (dawn jiġu rreġistrati bħala remunerazzjoni bi tpartit fil-ġenerazzjoni tal-kont tad-dħul), - għandhom ikunu karetteristiċi ta' azjendi agrikoli, i.e. għandhom ikunu ta' importanza ekonomika sinifikanti għal numru sinifikanti ta' azjendi, - "xogħol b' kuntratt" agrikolu m' huwiex attività mhux agrikola minħabba li huwa attività karatteristika (servizzi agrikoli) ta' l-industrija agrikola. 1.28. Għandha tkun inkluża biss dik il-parti ta' l-attività sekondarja mhux agrikola li hija inseparabbli. Konsegwentament, attività mhux agrikola għandha tkun inkluża fl-industrija agrikola jekk huwa mpossibbli li tinfired mill-attività ewlenija agrikola tal-KAU lokali, imma għandha tkun eskluża jekk tista' tinfired mill-attività ewlenija agrikola, f'liema każ l-attività sekondarja twassal għall-KAU lokali mhux agrikola. Il-kriterju ta' l-għażla għall-attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseperabbli m' huwiex wisq in-natura tal-prodott bħala t-tip ta' l-attività [5]. Bħala eżempju, servizzi ta' agri-turiżmu ipprovduti minn razzett għandhom jiġu inklużi biss jekk ma jistgħux jinfirdu mill-attivitajiet agrikoli tiegħu. Probabilment dan ma jkunx il-każ meta dawn l-attivitajiet isiru importanti. Għalhekk, prodotti mhux agrikoli ikkontjati fil-produzzjoni ta' l-industrija agrikola jistgħu ivarjaw ġeografikament u matul iż-żmien. 1.29. Zewġ tipi ewlenin ta' attività sekondarja mhux agrikola inseperabbli jistgħu jiġu distinti: - Attivitajiet li jirrapreżentaw kontinwazzjoni ta' l-attività agrikola u li tagħmel użu minn prodotti agrikoli. Din it-tip ta' attività tista' tinstab f'ħafna mill-Istati Membri ta' l-UE. L-ipproċessar ta' prodoti agrikoli hija l-attività tipika ta' dan il-grupp: L-ipproċessar ta' prodotti agrikoli - ħalib f'butir, krema, ġobnijiet, yoghurts u prodotti oħra tal-ħalib, - frott u ħaxix f'meraq tal-frott, ikel fil-laned, xorb alkoħoliku u prodotti oħra, - għeneb, għeneb magħsur u nbid fi prodotti alkoħoliċi (e.g. nbid sparkling, bħal Xampanja, u spiriti, bħal Cognac), - immaljar ta' materjal tal-ħaxix/tessili/suf, - il-produzzjoni ta' pâtés, foie gras u prodotti oħra tal-laħam ipproċessat, - l-ipproċessar ta' prodotti oħra agrikoli, L-għażla u l-ippakkjar ta' prodotti agrikoli, e.g. bajd u patata. - Attivitajiet li jinvolvu l-azjenda agrikola u l-mezzi tagħha ta' produzzjoni agrikola (apparat, stallazzjonijiet, bini, ħaddiema). Dawn l-attivitajiet huma bażikament dawn li ġejjin: - agri-turiżmu - ikkampjar, servizzi ta' ikel, lukandi, tipi varji ta' akkomodazzjoni, eċċ., - ħwienet agrikoli - attivitajiet ta' kummerċ bl-imnut li jikkonċerna prodotti li m' humiex dawk ta' l-azjenda. Bejgħ dirett ta' prodotti agrikoli, nejjin jew ipproċessati, jiġu rreġistrati fl-output tal-prodotti konċernati, - sport u rikreazzjoni rurali – l-użu ta' art għal attivitajiet bħal golf, irkib fuq iż-żwiemel, kaċċa, sajd, eċċ., - servizzi għal terzi persuni - e.g. kiri u tiswija ta' makkinarju agrikolu, proġetti ta' tisqija, servizzi ta' pariri agrikoli, ħażna ta' prodotti, manteniment tal-bini ta' l-irziezet, servizzi kummerċjali dwar prodotti agrikoli, trasport ta' prodotti agrikoli, eċċ. Dawn is-servizzi għandhom jiġu rreġistrati bħala attivitajiet sekondarji, biss jekk jitwettqu għal terzi persuni. Meta jitwettqu għalihom, dawn ikunu attivitajiet addizzjonali, li m' humiex irreġistrati fil-kontijiet (cf. 1.27), - servizzi ta' pajsaġġi – qtugħ ta' ħaxix, hedge-trimming, tneħħija ta' borra, tpoġġija, zriegħ u manteniment ta' għelieqi u imkejjen simili, - tkabbir tal-ħut, - attivitajiet oħra li jinvolvu l-użu ta' l-art u l-mezzi tal-produzzjoni agrikola. 1.30. Il-lista ta' l-attivitajiet sekondarji mhux agrikoli(cf. 1.29) hija madankollu mogħtija b' illustrazzjoni u ma tapplikax f'kull pajjiż. Għall-kuntrarju, kull pajjiż irid iħejji l-lista tiegħu stess ta' l-attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseperabbli, skond il-karatteristiċi ta' l-agrikoltura tiegħu. Il-lista trid titħejja f'kollaborazzjoni mad-dipartiment tal-kontijiet nazzjonali sabiex ikun żgurat li l-EAA huma kompatibbli mal-fergħa tal-kontijiet agrikoli u l-kontijiet ta' dawn l-attivitajiet mhux agrikoli kif imħejjija għall-għanijiet tal-kontijiet nazzjonali (i.e. biex ikun żgurat li l-ebda attività ma titħalla barra jew tingħadd darbtejn). 1.31. L-attivitajiet agrikoli sekondarji ta' unità mhux agrikoli huma negliġibbli u b' konvenzjoni huma rreġistrati bħala zero. Il-produzzjoni agrikola imwettqa minn unità mhux agrikoli hija fil-fatt ikkunsidrata li hija dejjem separabbli, skond id-data ta' l-ikkontjar, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti u l-mezzi tal-produzzjoni agrikola u kif ukoll is-sorsi tad-data u l-metodi użati għat-tħejjija ta' l-EAA riżultanti (cf. taqsima E tal-kapitolu I u taqsimiet B u C tal-kapitolu II). Sabiex l-EAA ikun ibbażat fuq il-kunċett ta' l-industrija, l-output tal-prodotti agrikoli kollha, minbarra dawk il-prodotti li jsiru mill-attivitajiet sekondarji ta' KAU lokali mhux agrikoli, għandha titkejjel. Minħabba li din b' konvenzjoni hija meqjusa bħala zero, l-output agrikolu kollu għandu jkun irreġistrat (bl-eċċezzjoni ta' l-output ta' dawk l-unità li għalihom l-attività agrikola hija biss attività tal-ħin liberu; cf. 1.24). 1.32. Prodotti u servizzi mhux agrikoli prodotti minn azjendi agrikoli m' humiex inklużi fl-EAA ħlief jekk dawn ikunu r-riżultat ta' attivitajiet sekondarji inseparabbli. Bħala eżempju, jekk l-unità jinkludu ħafna proċessi tal-produzzjoni integrati vertikalment (e.g. impriżi ingaġġati fil-qatla, ippakkjar u ippakkjar bla arja ta' tjur, l-għażla, il-ħasil, u l-ippakkjar minn qabel ta' patata u ħxejjex oħra, issortjar, tħejjija u bejgħ ta' zrieragħ; koperattivi li jipprovdu spazju għall-ħażna u li jbiegħu il-prodotti, eċċ.), l-industrija agrikola tinkludi biss il-parti ta' l-attività tagħhom li għandha x' taqsam mal-produzzjoni agrikola kif definita f'1.62 u 1.63, u għall-attivitajiet mhux agrikoli inseparabbli. C. IL-KEJL TA' L-OUTPUT 1.33. Skond il-ESA 95, l-output ta' l-industrija jirrapreżenta l-prodotti kollha prodotti matul il-perjodu ta' l-ikkontjar konċernat mill-unità kollha ta' l-industrija minbarra l-prodotti u servizzi prodotti u kkonsmati matul l-istess perjodu ta' l-ikkontjar mill-istess unità. Il-kejl ta' l-output agrikolu huwa bbażat [6] fuq l-adattament ta' din ir-regola ta' il-ESA, ma' l-inklużjoni fl-output agrikolu ta' parti mill-output ikkonsmat mill-unità agrikoli innifishom (cf. 2.032 sa 2.036). Għalhekk fil-EAA, l-output agrikolu jirrapreżenta is-somma ta' l-output ta' l-unità fl-industrija (minbarra l-output għall-konsum intermedju mill-istess unità), u magħha l-output użat għall-konsum intermedju mill-istess unità, iżda dan l-output irid jikkonċerna żewġ attivitajiet bażiċi differenti (bħal prodotti tal-ħxejjex intenzjonati biex jintużaw bħala għalf ta' l-annimali) u li tissodisfa ċerti kriterji (stabbiliti f'2.055). 1.34. Ir-regola ta' il-ESA kienet adattata minħabba n-natura speċjali ta' l-industrija agrikola: - l-ammont ta' l-output agrikolu użat fl-istess unità bħala konsum intermedju huwa akbar fl-agrikoltura milli f'setturi oħra ta' l-ekonomija, - l-azjenda agrikola tinkludi varjetà kbira ta' attivitajiet agrikoli li għandhom x' jaqsmu mill-qrib ma' xulxin (b' waħda mill-attivitajiet tkun il-bażi għall-kontinwazzjoni ta' l-attività l-oħra, bħall-produzzjoni ta' ċereali u ħaxix mnixxef għall-għalf ta' l-annimali; konnessjonijiet mill-qrib fl-użu tal-fatturi tal-produzzjoni bħall-apparat u l-makkinarju). Il-kontenut varju ta' l-azjenda agrikola, mingħajr ma' tpoġġi fil-kwistjoni l-karatterizzazzjoni tagħha bħala KAU lokali, tagħmilha każ speċjali ħafna meta mqabbla ma' KAU lokali f'partijiet oħra ta' l-ekonomija (cf. 1.17). L-għan tal-kontijiet li jaqsmu l-ekonomija f'industriji huwa, parzjalment, li jkunu riflessi ċ-ċirkulazzjonijiet fil-proċess tal-produzzjoni: il-ħolqien, it-trasformazzjoni, il-kummerċ u t-trasferiment tal-valur ekonomiku. L-attivitajiet differenti imwettqa mill-azjenda agrikola ma jiġux ikkunsidrati kollha jekk jitkejjel biss l-output u titħalla barra l-art agrikola. 1.35. Dan l-adattament tar-regola ta' il-ESA jirrikjedi trattament speċjali għall-ċertu prodotti bħall-prodotti agrikoli intenzjonati għall-użu bħala għalf fuq l-art agrikola, għeneb użat għall-produzzjoni ta' l-inbid u żebbuġ użat għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, u prodotti agrikoli intenzjonati għall-użu bħala konsum intermedju għall-attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli. 1.36. Kummerċ f'annimali ħajjin bejn azjendi agrikoli u importaturi ta' annimali ħajjin huma s-suġġett ta' trattament speċjali minħabba li huma kkunsidrati bħala fil-progress tax-xogħol (cf. il-kapitolu II). D. IS-SEKWENZA TAL-KONTIJIET 1. Is-sekwenza tal-kontijiet kif stipulata fil-ESA 95 1.37. L-EAA huma bbażati fuq sekwenza ta' kontijiet inter-relatati. Fil-ESA 95, is-sekwenza sħiħa tal-kontijiet tinkludi l-kontijiet kurrenti, il-kontijiet ta' l-akkumulazzjoni u l-balance sheets. Dawn il-kontijiet differenti jagħmluha possibbli li jiġu rreġistrati operazzjonijiet u ċirkulazzjonijiet oħra li għandhom x' jaqsmu ma' aspetti speċifiċi taċ-ċiklu ekonomiku (bħala eżempju, il-produzzjoni) f'qafas ordnat. Dawn l-operazzjonijiet ivarjaw mill-ġenerazzjoni ta' dħul permezz ta' dħul akkumulat f'forma ta' attiv, sad-distribuzzjoni u d-distribuzzjoni mill-ġdid. Il-punti li jibbilanċjaw li jitnaqqsu minnhom imbgħad jintużaw għall-kejl tar-rendiment ekonomiku. 1.38. Il-kontijiet kurrenti għandhom x' jaqsmu mal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u d-distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul u l-użu tiegħu fil-forma ta' konsum finali; jagħmluha possibbli li jiġi kkalkulat "it-tifdil", li huwa l-parti essenzali ta' l-akkumulazzjoni. Il-kontijiet ta' l-akkumulazzjoni janalizzaw il-partijiet varji tat-tibdil fl-attiv u l-passiv ta' l-unità u jagħmluha possibbli li jkun irreġistrat it-tibdil fil-valur nett (id-differenza bejn l-attiv u l-passiv). Il-balance sheets juru l-attiv u l-passiv totali ta' l-unità fil-bidu u t-tmiem ta' sena ta' l-ikkontjar, flimkien mal-valur nett tagħhom. Iċ-ċirkulazzjonijiet għal kull oġġett ta' l-attiv u l-passiv irreġistrat fil-kontijiet ta' l-akkumulazzjoni iridu jerġgħu jiġu eżaminati fil-kont tat-"tibdil fil-balance sheets" (il-ESA 95, 8.04). 1.39. Is-sekwenza sħiħa tal-kontijiet imsemmija fuq tapplika biss għall-unità istituzzjonali, is-setturi u s-sottosetturi. Il-ESA 95 tassumi li m' hemmx għalfejn titħejja sekwenza sħiħa ta' kontijiet għal KAU lokali u għal industrija minħabba li unità rari jkollha l-kapaċità li żżomm prodotti u attiv f'isimha jew li tirċievi u tiddistrubwixxi dħul. 2. Is-sekwenza tal-kontijiet ta' l-EAA 1.40. Minħabba li l-EAA huma bbażati fuq il-kunċett ta' industrija, is-sekwenza tal-kontijiet skond il-ESA 95 għandha tkun limitata għall-ewwel kontijiet tal-kontijiet kurrenti: - il-kont tal-produzzjoni u - l-ġenerazzjoni tal-kont tad-dħul li l-punti tagħhom li jibbilanċjaw huma l-valur miżjud u r-riżultat mill-ġestjoni rispettivament (cf. it-tabelli 1 u 2 taħt). 1.41. Minkejja dan, hu maħsub li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta' l-agrikoltura, għandu jkun possibbli li jitħejjew kontijiet oħra, mill-anqas parzjalment, sabiex iċ-ċirkulazzjonijiet relevanti ikunu jistgħu jiġu attribwiti lilhom. Il-kontijiet konċernati (cf. it-tabelli 3 u 4 taħt) huma li ġejjin: - il-kont tad-dħul imprenditorjali (wieħed mill-kontijiet kurrenti) u - il-kont kapitali (wieħed mill-kontijiet ta' l-akkumulazzjoni). 1.42. L-estensjoni ta' din is-sekwenza ta' kontijiet qiegħda tiġi kkunsidrata biex tinkludi ċerti oġġetti (ċirkulazzjonijiet) fil-kont dwar "it-tibdil l-ieħor fl-attiv" fil-kontijiet ta' l-akkumulazzjoni (i.e. ċertu titli taħt “ tibdil ieħor fil-volum fl-attiv” u l-kont ta' l-evalwazzjoni mill-ġdid) u l-balance sheet. 1.43. Fuq il-bażi ta' l-istruttura tat-tabelli u l-ikkontjar fil-ESA 95, is-sekwenza tal-kontijiet ta' l-EAA tista' tiġi deskritta kif muri fit-tabelli 1 sa 4. A. Il-kontijiet kurrenti It-tabella 1: Il-kont tal-produzzjoni L-użu | Ir-riżorsi | P.2 | Il-konsum intermedju | 50 | P.1 | L-output | 100 | B.1b | Il-valur miżjud gross | 50 | | | | K.1 | Il-konsum ta' kapital fiss | 10 | | | | B.1n | Il-valur miżjud nett | 40 | | | | It-tabella 2: Il-kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul L-użu | Ir-riżorsi | D.1 | Il-kumpens ta' l-impjegati | 10 | B.1n | Il-valur miżjud nett | 40 | D.29 | Taxxi oħra fuq il-produzzjoni | 5 | | | | D.39 | Sussidji oħra fuq il-produzzjoni | –10 | | | | B.2n/B.3n | Ir-riżultat nett mill-ġestjoni/id-dħulimħallat nett | 35 | | | | It-tabella 3: Il-kont tad-dħul imprenditorjali | L-użu | Ir-riżorsi | D.4 | Dħul minn proprjetà | 10 | B.2n/B.3n | Ir-riżultat nett mill-ġestjoni/id-dħulimħallat nett | 35 | D.41 | Imgħax | 5 | | | | D.45 | Renti | 5 | D.4 | Dħul minn proprjetà | 1 | | | | D.41 | Imgħax | 1 | | | | D.42 | Dħul distrubwit ta' korporazzjonijiet | | | | | D.43 | Dħul investit mill-ġdid fuq investiment barrani Dirett | | | | | D.44 | Dħul minn proprjetà attribwit lil detenturi ta'poloz ta' l-assigurazzjoni | | | | | D.45 | Renti fuq artijiet u fuq attiv tas-saff tal-ħamrijata' taħt il-wiċċ ta' l-art | | B.4n | Id-dħul imprenditorjali nett | 26 | | | | B. Il-kontijiet ta' l-akkumulazzjoni It-tabella 4: Il-kont tal-kapital It-tibdil fl-attiv | It-tibdil fil-passiv u fil-valur nett | B.10.1 | Tibdil fil-valur nett minħabba trasferiment ta' tifdil u kapital | | B.8n | Tifdil nett | | | | | D.9 | Trasferiment ta' kapital, riċevibbli | 10 | | | | D.92 | Għotjiet ta' investiment | 5 | | | | D.99 | Trasferimenti oħra ta' kapital | 5 | | | | D.9 | Trasferimenti ta' kapital, pagabbli | | | | | D.91 | Taxxi fuq il-kapital | | | | | D.99 | Trasferimenti oħra ta' kapital | | P.51 | Il-formazzjoni ta' kapital fiss gross (GFCF) | 100 | B.10.1 | Tibdil fil-valur nett ikkawżat minn trasferiment ta' tifdil u kapital | | P.511 | L-akkwisti, mnaqqsa bit-tnaqqis fl-attiv fiss tanġibbli | 85 | | | | P.511a | GFCF fi art mizrugħa | 10 | | | | P.511b | GFCF f'bhejjem | 15 | | | | P.511c | GFCF f'makkinarju u apparat | 20 | | | | P.511d | GFCF f'apparat tat-trasport | 20 | | | | P.511e | GFCF f'bini agrikolu | 20 | | | | P.511f | GFCF f'xogħol ieħor minbarra titjib fl-artijiet (bini ieħor, strutturi, eċċ.) | | | | | P.512 | L-akkwisti, mnaqqsa bit-tnaqqis fl-attiv fiss mhux tanġibbli (software eċċ.) | 10 | | | | P.513 | Addizzjonijiet għall-valur ta' attiv mhux prodott mhux finanzjarju | 5 | | | | P.513a | Titjib maġġuri fl-artijiet | 4 | | | | P.513b | L-ispejjeż tat-trasferiment tat-titli ta' l-artijiet u d-drittijiet tal-produzzjoni | 1 | | | | K.1 | Il-konsum ta' kapital fiss | 10 | | | | P.52 | Tibdil fl-inventarji | 5 | | | | P.53 | L-akkwisti, mnaqqsa bit-tnaqqis fil-valuables | | | | | K.2 | L-akkwisti, mnaqqsa bit-tnaqqis fl-attiv mhux prodott mhux finanzjarju | | | | | K.21 | L-akkwisti, mnaqqsa bit-tnaqqis fl-artijiet u attiv ieħor mhux prodott tanġibbli | | | | | K.22 | L-akkwisti, mnaqqsa bit-tnaqqis fl-attiv mhux prodott mhux tanġibbli (drittijiet tal-produzzjoni, eċċ.) | | | | | B.9 | Self mogħti nett (+)/Self akkwistat nett(-) | | | | | 1.44. Wieħed irid iżomm f'moħħu li l-operazzjonijiet u l-istokk imniżżla f'italics f'tabelli 3 u 4 huma punti li: - m' humiex relevanti għall-EAA minħabba li jintuża l-kunċett ta' industrija u s-sekwenza tal-kontijiet m' hijiex sħiħa. It-titli konċernati huma t-titli D.42 Dħul distrubwit ta' korporazzjonijiet, D.43 Dħul investit mill-ġdid fuq investiment barrani dirett, D.44 Dħul minn proprjetà attribwit lil detenturi ta' poloz ta' l-assigurazzjoni u D.45 Renti taħt ir-Riżorsi ta' tabella 3 u t-titli B.8n Tifdil nett, B.10.1 Tibdil fil-valur nett ikkawżat minn trasferiment ta' tifdil u kapital u B.9 Self mogħti nett (+)/Self akkwistat nett(-) f'Tabella 4 jew - m' humiex irreġistrati, jew minħabba nuqqas ta informazzjoni kredibbli inkella minħabba li fil-preżent huma ta' interess limitat għall-għanijiet ta' l-EAA. It-titli imsemmija huma D.9 Trasferimenti ta' kapital, pagabbli, D.91 Taxxi fuq il-kapital u D.99 Trasferimenti oħra ta' kapital, P.53 L-akkwisti, mnaqqsa bit-tnaqqis fil-valuables, K.2 L-akkwisti, mnaqqsa bit-tnaqqis fl-attiv mhux prodott mhux finanzjarju, K.21 L-akkwisti, mnaqqsa bit-tnaqqis fl-l-artijiet u attiv ieħor mhux prodott tanġibbli u K.22 L-akkwisti, mnaqqsa bit-tnaqqis fl-attiv mhux prodott mhux tanġibbli (drittijiet tal-produzzjoni, eċċ.) f'Tabella 4. Ftit minn dawn (e.g. D.91, K.2, K.21 u K.22) jistgħu jiġu rreġistrati fl-EAA f'data oħra aktar tard. 1.45. Il-kont tal-produzzjoni jirreġistra operazzjonijiet dwar il-proċess tal-produzzjoni. Jinkludi l-output taħt "Ir-riżorsi" u l-konsum intermedju taħt "L-użu". Il-valur miżjud, i.e. il-punt li jibbilanċja, jista' jiġi ikkalkulat jew qabel inkella wara l-konsum intermedju ta' kapital fiss (il-valur miżjud gross jew nett). Minħabba li l-output huwa vvalutat skond l-istess prezz bażiku u l-konsum intermedju skond il-prezz tax-xerrej, il-valur miżjud jinkludi s-sussidji imnaqqsa bit-taxxi fuq il-prodotti. 1.46. Il-ġenerazzjoni tal-kont tad-dħul għandha x' taqsam mal-formazzjoni tad-dħul li jirriżulta mill-proċess tal-produzzjoni u l-attribwit tiegħu għall-kost tal-produzzjoni tal-"ħaddiema" u l-ġestjoni ġenerali (fil-forma ta' taxxi u sussidji). Ir-riżultat mill-ġestjoni, i.e. il-punt li jibbilanċja, jikkorrispondi għad-dħul li l-unità jiġġeneraw billi jużaw l-attiv tal-produzzjoni tagħhom. Fil-każ ta' impriżi mhux inkorporati fis-settur tad-djar, il-punt li jibbilanċja ta' dan il-kont inkondizzjonalment fih element li jikkorrispondi għal remunerazzjoni għal xogħol imwettaq mis-sid jew membri tal-familja tiegħu li ma jistax ikun distint mill-profitti tiegħu bħala imprenditur. Dan huwa imsemmi bħala "dħul imħallat" (il-ESA 95, 8.19). 1.47. Il-kont tad-dħul imprenditorjali jagħmilha possibbli li jitkejjel dħul li huwa simili għall-kunċett ta' profitt kurrenti qabel id-distribuzzjoni u t-taxxi fuq id-dħul, kif konswetudinarjament isir fl-ikkontjar kummerċjali. 1.48. Il-kont tal-kapital jagħmilha possibbli li jkun determinat kemm huma l-akkwisti imnaqqsa bit-tnaqqis fl-attiv mhux finanzjarju mit-trasferimenti tat-tifdil u l-kapital. Juri s-self mogħti u s-self akkwistat. M' huwiex possibbli li jitħejja kont tal-kapital sħiħ għall-agrikoltura minħabba li, minkejja li ċertu ċirkolazzjonijiet jistgħu b' mod ċar jiġu attribwiti lil din l-industrija, oġġetti oħra (e.g. tifdil nett, il-bilanċ tas-sekwenza tal-kontijiet kurrenti) ma jistax jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' industrija. Minkejja dan, meta jkunu rreġistrati kemm jista' jkun possibbli it-tibdiliet fil-valur ta' l-attiv mhux finanzjarju fl-industrija (ikkawżat mill-akkwisti, it-tnaqqis u l-konsum ta' kapital fiss) u trasferimenti ta' kapital riċevuti mill-industrija, tinkiseb informazzjoni prezzjuża dwar is-sitwazzjoni ekonomika u tal-balance-sheet tagħha (u informazzjoni dwar id-dħul iġġenerat mill-proċess tal-produzzjoni). E. IS-SORSI TAD-DATA U L-METODI TAL-KALKOLU GĦAT-TĦEJJIJA TA' L-EAA 1.49. Waħda mill-karatteristiċi ewlenin ta' l-EAA hija l-adattament tal-formula "il-kwantità x il-prezz" meta jitkejjel l-output tal-maġġoranza l-kbira tal-prodotti. Dan l-approċċ kien ipprovokat l-aktar mid-diffikultà li jitħejjew il-kontijiet agrikoli ibbażati fuq kampjuni rapreżentattivi tal-kontijiet kummerċjali. 1.50. L-evalwazzjoni ta' l-output agrikolu tista' normalment tkun ibbażata fuq ir-riżorsi, i.e. l-istima tal-kwantitajiet prodotti (miġbura) ibbażati fuq l-estimi ta' l-artijiet miżrugħa, jew fuq l-użu, i.e. fuq l-estimi tax-xiri mill-fergħat ta' l-użu tal-prodotti agrikoli, esportazzjoni netta mill-importazzjoni, li magħhom għandhom jingħaddu ċertu kwantitajiet użati għall-konsum intermedju mill-industrija agrikola, tibdil fl-istokk tal-produttur u l-użu proprju (li ħafna minnhom huwa l-konsum finali tagħhom stess). Dan l-approċċ ta' l-aħħar jista' jirriżulta li huwa xieraq ħafna f'każi fejn ix-xerrejja ta' dawn il-prodotti agrikoli huma identifikabbli u l-erba' partijiet l-oħra ta' l-użu huma illimitati (bħala eżempju, prodotti li jirrikjedu ipproċessar preliminari qabel ikunu jistgħu jintużaw, bħaz-zokkor, tabakk, eċċ.). Minkejja dan, hija meħtieġa balance sheet fiżika sabiex tkun ivverifikata l-konsistenza u l-kredibilità tad-data. 1.51. Statistika dwar il-qatla, esportazzjoni/importazzjoni ta' annimali ħajjin u d-daqs tal-merħliet huma s-sorsi ewlenin għal-kejl ta' l-output ta' l-annimali. L-output tal-prodotti ta' l-annimali (l-aktar ħalib) huwa stmat ġeneralment billi jintuża l-bejgħ lill-fergħat ta' l-użu (dawk li jipproċessaw il-ħalib, dawk li jippakkjaw) minħabba l-użu speċifiku li jitpoġġew fih. 1.52. Deskrizzjoni aktar dettaljata tal-metodi tal-kalkolu tingħata fil-kapitolu II. 1.53. Ħafna prodotti intermedji jistgħu bażikament jintużaw biss fl-agrikoltura (zrieragħ u stokk biex jinżera', fertilizzanti, pestiċidi, eċċ.). F'dan il-każ ix-xiri li għandu x' jaqsam ma' l-agrikoltura huwa bbażat fuq id-data li tikkonċerna l-bejgħ mill-fergħat li jissupplixxu dawn il-prodotti intermedji (wara l-inklużjoni tal-kummerċ estern). 1.54. L-applikazzjoni ta' din ir-regola m' hijiex mingħajr riskji, madankollu. Fil-fatt, il-bejgħ mill-produtturi ta' prodotti għall-konsum intermedju, li huma l-aktar użati fl-agrikoltura, mhux neċessarjament jikkorrispondu għax-xiri ta' dawn il-prodotti mis-settru agrikolu, minħabbar li l-fertilizzanti, il-pestiċidi, eċċ. jistgħu jinxtraw ukoll għal għanijiet oħra (stokk ta' unità kummerċjali, konsum ta' unità oħrajn bħal parks pubbliċi u djar eċċ.). F. IL-KLASSIFIKAZZJONI 1. Ġenerali 1.55. L-EAA huma parti integrali mis-sistema tal-kontijiet Ewropea u għalhekk għat-tħejjija tagħhom tintuża l-klassifikazzjoni ġenerali ta' l-attivitajiet ekonomiċi tal-Eurostat, in-NACE Rev. 1. In-NACE Rev. 1 hija nomenklatura ta' attivitajiet f'erba' livelli li kienet tħejjiet fl-1990. Hija fil-fatt reviżjoni tal-klassifikazzjoni industrijali ġenerali ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunitajiet Ewropej, jew NACE, li kienet ippubblikata l-ewwel darba mill-Eurostat fl-1970. 1.56. In-NACE Rev. 1 hija verżjoni aktar dettaljata ta' l-ISIC Rev. 3 [7], adattata għal ċirkostanzi speċifikament Ewropej. In-NACE Rev. 1 hija wkoll diretta marbuta mal-klassifikazzjoni statistika tal-prodotti skond l-attività (CPA) fil-Komunità Ekonomika Ewropea, li minn naħa tagħha hija bbażata fuq il-klassifikazzjoni tal-prodott ċentrali tan-Nazzjonijiet Uniti (CPC). 1.57. In-NACE Rev. 1 hija klassifikazzjoni ta' attivitajiet li hija użata biex tiddefenixxi l-industrijifil-kontijiet nazzjonali. Hija bbażata fuq is-sistema ta' kodiċi f'erba' livelli deskritta taħt: - livell preliminari, li fih titli identifikati b' kodiċi alfabetiku li jirrapreżenta "taqsimiet", - livell intermedju, li fih titli identifikati b' kodiċi alfabetiku b' żewġ ittri li jirrapreżenta "sotto taqsimiet", - it-tieni livell, li fih titli identifikati b' kodiċi numeriku b' żewġ numri li jirrapreżenta "diviżjonijiet", - it-tielet livell, li fih titli identifikati b' kodiċi numeriku bi tlett numri li jirrapreżenta "gruppi", - ir-raba' livell, li fih titli identifikati b' kodiċi numeriku b' erba' numri li jirrapreżenta "klassijiet". 1.58. Kull livell fi klassifikazzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi jista' jiġi definit mill-prodotti u servizzi karatteristiċi tiegħu. Għalhekk, il-CPA tintuża biex tiddeskrivi fid-dettall l-attivitajiet ekonomiċi varji fl-industrija agrikola b' demarkazzjoni addizzjonali ta' żewġ numri li tipprovdi definizzjoni aktar dettaljata tat-titli. 1.59. L-industrija tikkorrispondi għall-grupp tal-KAU lokali ingaġġati fl-istess attività ekonomika jew simili għaliha. Fl-aktar livell dettaljat tal-klassifikazzjoni, industrija tinkludi l-KAU lokali kollha fl-istess klassi (erba' numri) tan-NACE Rev. 1 u li għalhekk huma ngaġġati fl-istess attività kif definita f'din in-nomenklatura (il-ESA 95, 2.108). Definizzjoni tal-qasam ta' l-industrija agrikola għalhekk teħtieġ dikjarazzjoni preċiża ta': - l-attivitajiet karatteristiċi tagħha, - l-unità karatteristiċi ta' l-EAA. 2. Definizzjoni ta' l-attivitajiet karatteristiċi ta' l-agrikoltura 1.60. L-industrija agrikola, kif deskritta fil-EAA, tikkorrispondi għal Diviżjoni 01 fin-NACE Rev. 1. 1.61. L-EAA huwa kont satellita fil-qafas tal-kontijiet nazzjonali, li l-kunċetti, prinċipji u regoli bażiċi tiegħu huma bbażati fuq il-ESA 95. Madankollu, dawn ta' l-aħħar jipprovdu biss qafas ġenerali għall-ekonomija globali, u jridu jiġu adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' l-agrikoltura. Dawn il-ħtiġijiet partikolari joħorġu l-aktar mill-għanijiet speċifiċi ta' l-EAA, id-disponibilità tas-sorsi tad-data u l-karattru speċjali ta' l-unità agrikoli u l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom. In-natura speċifika tal-kontijiet satellita teħtieġ it-tħejjija ta' lista ta' attivitajiet agrikoli ta' l-EAA, li ovvjament trid tkun ibbażata fuq in-NACE Rev. 1. 1.62. Għall-għanijiet tal-kontijiet nazzjonali l-industrija agrikola hija definita bħala l-unità li jwettqu, jew waħidhom inkella flimkien ma' attivitajiet ekonomiċi sekondarji oħra, attivitajiet li jaqgħu taħt Diviżjoni 01 tan-NACE Rev. 1 "Agrikoltura, kaċċa u attivitajiet ta' servizzi relatati". Diviżjoni 01 fiha [8]: - Grupp 01.1: Tkabbir ta' ħxejjex; market gardening; ortikoltura; - Grupp 01.2: Trobbija ta' l-annimali għall-biedja; - Grupp 01.3: Tkabbir ta' ħxejjex flimkien ma' trobbija ta' l-annimali għall-biedja (biedja mħallta); - Grupp 01.4: Attivitajiet ta' servizzi agrikoli jew biedja,hlief attivitajiet veterinarji; - Grupp 01.5: Kaċċa, insib u tnissil ta' tjur, inkluż attivitajiet ta' servizzi relatati. 1.63. Il-lista ta' l-attivitajiet agrikoli karatteristiċi ta' l-EAA tikkorrispondi għal dawn il-ħames gruppi ta' attivitajiet (01.1 sa 01.5), imma bid-differenzi li ġejjin: - l-inklużjoni tal-produzzjoni ta' l-inbid u ż-żejt taż-żebbuġa (esklussivament bl-użu ta' għeneb u żebbuġ imkabbar mill-istess azjenda), it-tkabbir ta' materjali tal-ħaxix għall-immaljar, siġar tal-Milied, siġar tal-frott, dwieli u siġar zgħar ornamentali (li jaqgħu taħt Diviżjoni 02, Forestrija), - minbarra l-attivitajiet li jikkonċernaw il-produzzjoni ta' zrieragħ favur u kontra l-multiplikazzjoni u ċertu attivitajiet li, fin-NACE Rev. 1, huma kkunsidrati bħala servizzi agrikoli (i.e. it-tħaddim ta' sistemi ta' tisqija, id-disinn, iż-żrigħ u l-manteniment ta' ġonna, parks u siti bil-ħaxix għall-faċilitajiet sportivi u affarijiet simili, qtugħ ta' siġar u hedge trimming; xogħol agrikolu b' kuntratt biss huwa ikkunsidrat hawnhekk). 3. Definizzjoni ta' l-unità karatteristiċi ta' l-agrikoltura 1.64. L-unità kollha li jwettqu attivitajiet karatteristiċi ta' l-industrija agrikola ta' l-EAA iridu jiġu inklużi. L-unità imsemmija iwettqu l-attivitajiet inklużi fil-gruppi li ġejjin fin-NACE Rev. 1: - grupp 01.1: Tkabbir ta' ħxejjex; market gardening; ortikultura - produzzjoni ta' zrieragħ: l-unità ingaġġati biss fil-multiplikazzjoni taż-żrieragħ, - produzzjoni ta' nbid (żejt taż-żebbuġa): l-unità ingaġġati biss f'din it-tip ta' produzzjoni minn għeneb (żebbuġ) imkabbar mill-istess unità u gruppi ta' produtturi (e.g. koperattivi) [9], - grupp 01.2: Trobbija ta' l-annimali għall-biedja, - grupp 01.3: Tkabbir ta' ħxejjex flimkien ma' trobbija ta' l-annimali għall-biedja (biedja mħallta); - grupp 01.4: Attivitajiet ta' servizzi agrikoli jew biedja,hlief attivitajiet veterinarji; - minbarra unità li jwettqu attivitajiet ta' servizzi agrikoli li m' humiex b' kuntratt ta' xogħol (i.e. unità li joperaw sistemi ta' tisqija jew iwettqu servizzi li jikkonċernaw id-disinn, iż-żrigħ u l-manteniment tal-ġonna, parks u siti bil-ħaxix għall-faċilitajiet sportivi u affarijiet simili, qtugħ ta' siġar u hedge trimming), - grupp 01.5: Kaċċa, insib u tnissil ta' tjur, inkluż attivitajiet ta' servizzi relatati. 1.65. Il-lista taħt 1.64 għandha tkun estiża biex tinkludi unità li jipproduċu siġar tal-Milied, siġar tal-frott, dwieli u siġar zgħar ornamentali w unità ta' produzzjoni ta' materjali tal-ħaxix għall-immaljar. 1.66. Wieħed jista' jara mill-lista li, ħlief għall-azjendi agrikoli, l-unità karatteristiċi l-oħra ta' l-agrikoltura huma: gruppi ta' produtturi li jipproduċu nbid u żejt taż-żebbuġa u unità speċjalizzati li jwettqu xogħol agrikolu b' kuntratt (cf. 1.20 u 1.21). Wieħed għandu jiftakar li l-unità li għalihom l-attività agrikola hija biss attività tal-ħin liberu m' humiex inklużi ma' l-unità karatteristiċi ta' l-agrikoltura (cf. 1.24). 4. Osservazzjonijiet dwar affarijiet varji (a) Grupp 01.1: Tkabbir ta' ħxejjex; market gardening; ortikultura 1.67. Grupp 01.1, "Ħxejjex", huwa mqassam b' mod sistematiku li jagħmilha possibbli li jikklassifika l-attivitajiet kollha tal-produzzjoni tal-ħxejjex fl-Istati Membri ta' l-UE u l-attivitajiet tal-ħsad tal-ħxejjex (pjanti jew frott selvaġġ). 1.68. Sabiex ikunu rreġsitrati, il-produzzjoni ta' ħxejjex għall-għalf iridu jkunu parti mill-attività ekonomika. 1.69. Kontra kif isir fin-NACE Rev. 1, li tattribwixxi l-produzzjoni ta' siġar zgħar lill-forestrija, din l-attività hija meqjusa bħala attività agrikola sakemm din tikkonċerna l-produzzjoni ta' siġar ta' ftit żmien u pjanti li jagħtu l-frott, dwieli u pjanti ornamentali, billi l-produzzjoni ta' pjanti tal-foresti hija meqjusa bħala attività tal-foresti jekk il-pjanti huma intenzjonati għall-użu fil-produzzjoni ta' siġar tal-foresti [10]. Il-produzzjoni ta' siġar tal-Milied hija wkoll meqjusa bħala attività agrikola jekk is-siġar jitkabbru f'nurseries b' għanijiet ornamentali speċifiċi, imma jekk bħala eżempju, is-siġar tal-Milied huma r-riżultat ta' qtugħ f'biċċiet zgħar jew thinning ta' siġar tal-foresti, imbgħad din hija kkunsidrata bħala produzzjoni tal-foresti. 1.70. Fin-nomenklatura ta' l-EAA, zrieragħ agrikoli huma ggruppati taħt it-titolu "Żrieragħ", l-eċċezzjonijiet ikunu iż-żerriegħa għaċ-ċereali (inkluż ross), oilseeds, ħxejjex ta' proteini u patata, li huma mdaħħla rispettivament taħt iċ-ċereali individwali u l-varjetajiet ta' oilseeds, ħxejjex ta' proteini u patata [11]. Il-produzzjoni ta' żrieragħ fil-fatt tkopri ħafna tipi ta' attività produttiva: riċerka (i.e. produzzjoni ta' prototipi ta' żerriegħa ta' l-ewwel ġenerazzjoni), multiplikazzjoni (issir minn azjendi agrikoli taħt kuntratt) u ċertifikazzjoni (i.e. għażla u ppakkjar minn unità speċjalizzati tal-produzzjoni). Il-multiplikazzjoni taż-żrieragħ biss hija attività agrikola karatteristika minħabba li attivitajiet ta' riċerka u ċertifikazzjoni isiru minn istituti ta' riċerka u produzzjoni u m'humiex parti mill-attività agrikola tradizzjonali (i.e. it-tħassir ta' riżorsi naturali bil-għan li jkunu prodotti pjanti u annimali). Bħala riżultat, il-produzzjoni taż-żrieragħ fl-EAA tikkonċerna l-produzzjoni ta' żrieragħ multiplikati. Il-konsum intermedju taż-żrieragħ jikkorrispondi għal (i) żrieragħ ta' l-ewwel ġenerazzjoni mixtrija bil-għan ta' multiplikazzjoni u (ii) żrieragħ iċċertifikati mixtrija minn produtturi agrikoli bil-għan tal-produzzjoni tal-ħxejjex. 1.71. Il-produzzjoni ta' l-għeneb magħsur, l-inbid u ż-żejt taż-żebbuġa: il-CPA iqisu l-inbid u ż-żejt taż-żebbuġa bħala prodotti ta' l-ikel. In-NACE Rev. 1 jikklassifika l-produzzjoni ta' l-inbid u ż-żejt taż-żebbuġa taħt is-sotto taqsima DA "Industriji agri-alimentari" (Il-klassijiet 15.93 "Il-Manifattura ta' l-inbid" u 15.41 "Il-Manifattura ta' żjut mhux maħduma u xaħmijiet"). Il-produzzjoni ta' l-għeneb għall-inbid biss taqa' taħt l-agrikoltura (Il-klassi 01.13 "Tkabbir ta' frott, karawett, xorb u ħxejjex għall-ispices"). Madankollu, wara l-konvenzjoni adottata bin-NACE Rev. 1, fejn l-inbid (iż-żejt taż-żebbuġa) huwa prodott mill-għeneb (żebbuġ) imkabbar mill-istess unità ta' produzzjoni, għandu jkun attribwit lill-agrikoltura (Il-klassi 01.13). Din il-konvenzjoni ma tagħmilx meħtieġa d-distinzjoni bejn l-unità li jkabbru l-għeneb u l-unità li jipproduċu l-inbid. Bħala riżultat, l-inbid kollu (iż-żejt taż-żebbuġa) prodott mill-għeneb (żebbuġ) mill-istess azjenda agrikola tifforma parti mill-attivitajiet agrikoli karatteristiċi. 1.72. Il-produzzjoni ta' l-inbid minn unità marbuta mill-qrib ma' azjendi agrikoli hija meqjusa wkoll bħala attività agrikola fil-EAA. L-unità b' rabtiet sodi ma' azjendi agrikoli inkluż gruppi ta' produtturi (e.g. koperattivi tat-tkabbir tad-dwieli). L-inklużjoni tagħhom fl-industrija agrikola hija ddettata minn natura ta' dawn l-organizzazzjonijiet, li storikament jirrapreżentaw "estensjoni" ta' azjendi agrikoli (fuq termini reċiproċi li jikkonċernaw il-produzzjoni u l-marketing) u li huma normalment proprjetà ta' l-istess azjendi. B' kuntrast, il-produzzjoni ta' l-inbid (żejt taż-żebbuġa) minn negozji agri-alimentari hija eskluża mill-EAA (minħabba li hija b' mod ċar ta' natura industrijali). 1.73. Il-produzzjoni ta' l-għeneb trid tidħol flimkien mal-produzzjoni ta' l-inbid fil-lista ta' attivitajiet karatteristiċi minħabba li l-għeneb magħsur jista' jinbiegħ jew jiġi esportat fl-istat nej tiegħu jew miżjud ma' l-istokk qabel jinbiegħ jew jiġi esportat, jew għall-konsum inkella biex isiru nbid, f'perjodu ta' referenza sussegwenti. 1.74. Minħabba li l-inbid, iż-żejt taż-żebbuga u l-għeneb magħsur (dan ta' l-aħħar dejjem jekk ma jinħadimx f'inbid matul il-perjodu ta' referenza) jirriżultaw minn produzzjoni agrikola fil-forma ta' ipproċessar ta' għeneb u żebbuġ imkabbra mill-istess unità, la l-għeneb intenzjonat għall-manifattura ta' għeneb magħsur u nbid u lanqas żebbuġ intenzjonat għall-manifattura ta' żejt taż-żebbuġa (i.e. Il-prodotti bażiċi) m' għandhom jiġu inklużi taħt l-output. Għandhom jitqiesu bħala konsum intern fi ħdan l-unità li m' huwiex imkejjel bħala output ta' l-industrija (cf. 2.052). Għeneb magħsur li ma jinħadimx f'inbid matul il-perjodu ta' referenza għandu jkun inkluż fl-output tul l-istess perjodu. Matul il-perjodu li jkun qiegħed isir l-inbid, għandu jkun irreġistrat bħala konsum intermedju (konsum intern ta' l-industrija) li jibbilanċja tnaqqis fl-istokk korrispondenti. L-inbid li jirriżulta mill-ipproċessar ta' l-għasir għandu jkun irreġistrat bħala parti mill-output. 1.75. L-artijiet miżrugħa (e.g. dwieli u ġonna bis-siġar tal-frott) huma oġġetti ta' kapital fiss, u l-istabbiliment tagħhom għandu jkun irreġistrat taħt l-output. L-istabbiliment ta' artijiet miżrugħa għall-użu proprju jiġbor fih l-"Oġġetti ta' kapital fiss prodotti għall-użu proprju". Meta l-istabbiliment ta' artijiet miżrugħa isir minn unità speċjalizzati fuq bażi ta' kuntratt, il-valur korrispondenti huwa kkunsidrat bħala "Bejgħ". (b) Grupp 01.2: Trobbija ta' l-annimali għall-biedja 1.76. Fejn jidħlu l-attivitajiet tat-tkabbir tal-ħxejjex (cf. 1.67), dan il-grupp jikkonsisti fi tqassim sistematiku tal-bhejjem u l-prodotti kollha ta' l-annimali prodotti fl-Istati Membri ta' l-UE. 1.77. Fil-CPA, bajd imfaqqas huwa kklassifikat flimkien mal-bajd f'sottokategorija waħda. Imma, b' konvenzjoni, jitqiesu, fil-EAA, bħala output mhux mitmum ta' prodotti tat-tjur [12]. 1.78. It-tnissil taż-żwiemel hija attività karatteristika ta' l-EAA hi x' inhi id-destinazzjoni finali ta' l-annimal (tnissil, produzzjoni tal-laħam jew servizzi). Għandu jkun innutat, imma, li l-ġestjoni ta' l-istatel ta' l-iżwiemel tat-tiġrija u skejjel ta' l-irkib fuq iż-żwiemel m' humiex attività agrikola karatteristika (hija attività rekreattiva, kulturali u sportiva: Diviżjoni 92) (cf. 2.210). Għalhekk id-dħul li jdaħħlu l-bdiewa minn attivitajiet bħal dawn għandhom jiġu esklużi mill-EAA. Barra minn hekk, iż-żamma ta' żwiemel tat-tiġrija jew żwiemel tas-sarġ li m' humiex parti mill-proċess tal-produzzjoni agrikola huma esklużi mill-EAA. Trattament simili għandu jsir fil-każ ta' barrin mnissla għall-ġlied tal-barrin. 1.79. Fil-kontijiet ekonomiċi, prodotti indiretti [13] li jirriżultaw awtomatikament mill-produzzjoni ta' ċertu prodotti agrikoli m' humiex irreġistrati taħt l-istess titli bħall-prodott innifsu. Jidhru għalihom fl-aħħar ta' kull grupp ta' attivitajiet tal-produzzjoni, maqsuma bl-ispeċi. Fil-produzzjoni tal-ħxejjex, bħala eżempju, eżempji jinkludu tiben, xtieli tal-pitravi u weraq tal-kaboċċi, piżelli u fsiedaq tal-fażola, eċċ.; fil-proċess li fih isir l-inbid, il-fdalijiet u t-tartru; fil-manifattura taż-żejt taż-żebbuġa, dak li jibqa' żejjed, bħal oilseed cakes; u, fil-każ tal-produzzjoni ta' l-annimali, ġlud, xagħar u fur ta' tjur mejta, u xema, demel u slurry. B' mod ġenerali, l-ebda wieħed minn dawn il-prodotti m' huwa l-għan ewleini tal-produzzjoni, u dan jispjega għaliex huwa rari li d-data statistika dwarhom tkun kredibbli. Fl-agrikoltura innifisha, dawn il-prodotti huma użati l-aktar bħala għalf għall-annimali jew biex itejbu l-ħamrija. Kultant, madankollu, dawn il-prodotti indiretti jinbiegħu lil setturi ekonomiċi li m' humiex fl-agrikoltura, f'liema każ il-valur ta' l-output għandu jintwera fil-EAA. (c) Grupp 01.4: Attivitajiet ta' servizzi agrikoli jew biedja,hlief attivitajiet veterinarji; 1.80. L-attivitajiet fi grupp 01.4 jistgħu jinqasmu f'żewġ kategoriji: - servizzi agrikoli f'forma ta' xogħol b'kuntratt fl-istadju tal-produzzjoni (i.e. xogħol agrikolu b' kuntratt), - servizzi agrikola "oħra" (it-tħaddim ta' sistemi ta' tisqija, id-disinn, iż-żrigħ u l-manteniment ta' ġonna, parks u siti bil-ħaxix għall-faċilitajiet sportivi u affarijiet simili, qtugħ ta' siġar u hedge trimming, eċċ.). 1.81. Attivitajiet ta' servizzi agrikoli fit-tieni kategorija m' humiex meqjusa bħala attivitajiet karatteristiċi ta' l-EAA (anke jekk huma rreġistrati fil-kontijiet agrikoli tal-kontijiet nazzjonali), minħabba li m' humiex attivitajiet agrikoli tradizzjonali jew tipiċi. Jistgħu, imma, jiġu rreġistrati bħala attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli (fit-tifsira ta' l-EAA). L-approċċ tradizzjonali, li fih l-agrikoltura hija deskritta bħala l-kultivazzjoni tal-ħamrija, jinkludi, b' estensjoni, ix-xogħol kollu iddisinjat għall-użu u l-isfuttar ta' riżorsi naturali għall-produzzjoni tal-ħxejjex u l-annimali għall-bniedem. Minkejja l-importanza ekonomika dejjem tikber tagħhom, inħass li jekk ikunu kkunsidrati servizzi li jikkonċernaw l-ambjent dan ikun ifisser twessiegħ inaċċettabbli ta' l-approċċ tradizzjonali deskritt fuq. Xogħol agrikolu b'kuntratt 1.82. Bħala parti mill-proċess ta' l-ispeċjalizzazzjoni ekonomika, l-azjendi agrikoli u d-djar ilhom ħafna ma jwettqu ċertu funzjonijiet, li ttieħdu minn numru jikber ta' professjonijiet speċjalizzati bl-unità tagħhom tal-produzzjoni. Din id-diviżjoni ta' funzjonijiet tikkonċerna l-aktar l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli (qatla u ipproċessar tal-laħam, it-tħin taċ-ċereali, il-manifattura tal-ħobż, butir u ġobon u l-ipproċessar ta' żrieragħ minn setturi ġodda), u, fi stadju aktar tard, ċertu operazzjonijiet ta' marketing. Dan huwa speċjalment il-każ fil-kuntest tat-tibdil strutturali kbir li jaffetwa lill-agrikoltura, l-użu jikber ta' magni kbar u attivitajiet agrikoli li jagħtu kontribuzzjoni diretta lill-produzzjoni tal-prodotti tal-ħxejjex u annimali għall-biedja u li qed jiżdied l-għoti ta' dawn l-attivitajiet ta' xogħol lil unità speċjalizzati. 1.83. L-aktar popolari fost dawn l-attivitajiet hemm l-iddemellar, it-trattament tal-ħamrija, il-ħrit, iż-żrigħ, il-qtugħ ta' ħaxix ħażin, il-kontroll ta' l-insetti, il-protezzjoni tal-pjanti, il-ġbir ta' ħuxlief, id-dris u l-ġeżż tan-nagħaġ. 1.84. Element karatteristiku ta' dawn l-attivitajiet kollha huwa li huma ġeneralment meħtieġa bħala parti mill-proċess tal-produzzjoni għall-prodotti agrikoli u huma marbuta mal-produzzjoni ta' dawn il-prodotti. 1.85. Attivitajiet li m' humiex direttament marbuta mal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli, i.e. li ma jsirux fl-istadju tal-produzzjoni agrikola (it-trasport fuq il-kont ta' terzi persuni u t-tqassim ta' ħalib lill-dairies li huma eżempji ta' attività mhux agrikola jagħmlu parti minn industrija differenti) m' għandhomx jidhru fl-EAA (ħlief jekk huma attivitajiet li huma inseparabbli mill-attività agrikola; cf. 1.12). 1.86. Wieħed irid iżomm f'moħħu li din il-klassifikazzjoni tapplika biss meta l-attivitajiet imsemmija huma esklussivament fuq il-kont ta' l-unità speċjalizzati. Jekk, fuq in-naħa l-oħra, il-bidwi jikri magni mingħajr min iħaddihom jew b' anqas minn dawk li huma meħtieġa biex iħaddmuhom, bir-riżultat li huwa/hija tkompli twettaq din l-attività, permezz tal-magni, din l-attività taqa' taħt id-Diviżjoni 71 tan-NACE Rev. 1. Din is-sitwazzjoni tiġri l-aktar b' magni sempliċi li għandhom bżonn relattivament ftit tiswija, u l-aktar matul il-perjodi l-aktar bieżla, meta jkun hemm domanda qawwija għall-magni (cf. 1.23). 1.87. Xogħol b' kuntratt imwettaq matul l-istadju tal-produzzjoni agrikola jinvolvi l-aktar l-użu ta' magni u apparat li jiswew ħafna flus. Dan ix-xogħol jista' jitwettaq minn: (a) kuntratturi speċjalizzati li għalihom dawn huma l-attivitajiet prinċipali (kuntratturi fis-sens proprju); (b) azjendi agrikoli Xogħol b' kuntratt mill-okkupanti normalment isir f'dawn il-forom: - sa fejn huwa konċernat id-dħul supplimentari tal-bdiewa, l-aktar forma flessibbli hija għajnuna ta' kultant mogħtija lill-ġirien. Din il-kategorija tinkludi wkoll il-proviżjon ta' akkomodazzjoni għall-bhejjem u l-aktar għall-majjali u tjur, annimali għall-biedja fuq bażi ta' miżati (speċjalment is-simna). L-akkomodazzjoni tista' tingħata għall-bhejjem proprjetà ta' bidwi ieħor jew il-bhejjem jistgħu ikunu proprjetà ta' mpriża industrijali, normalment fornitur (e.g. fabbrikant/negozjant ta' ħxejjex għall-għalf) jew xerrej (e.g. biċcerija), - f'forma ta' għaqda tal-magni ftit jew wisq anqas awtonoma li tirrapreżenta forma sistematizzata ta' għajnuna reċiproka bejn il-ġirien. L-ispejjeż għoljin tal-makkinarju u r-rata baxxa ta' l-użu tiegħu minn azjenda individwali twassal biex azjendi li għandhom dawn il-magni jifformaw dawn it-tip ta' għaqdiet li jitqiegħdu għad-disposizzjoni ta' azjendi oħra, kompluti bil-ħaddiema meħtieġa. Aktar ma jgħaddi z-zmien, id-dħul agrikolu ewlieni tal-bdiewa qiegħed jiġi minn xogħol b' kuntratt fuq il-kont ta' persuni li għalihom l-agrikoltura m' hijiex aktar minn attività sekondarja u li f'xi każi huma purament is-sidien ta' l-art, - koperattivi tal-magni agrikoli [14]. Dawn huma koperattivi kbar b' ħaddiema imħallsa; jixbħu lil kuntratturi speċjalizzati; (c) impriżi involuti fi stadju sussegwenti ta' produzzjoni li fiha jinġabar il-frott jew il-ħaxix u wara jiġu pproċessati (e.g. fabbriki li jimlew il-piżelli fil-bottijiet b' kuntratt); (d) impriżi involuti fi stadju qabel ta' produzzjoni. Dawn jinkludu kummerċjanti f'makkinarju agrikolu li jwettqu xogħol b'kuntratt. Għalkemm każi oħra jistgħu, fil-kuntest ta' l-EAA, jidhru mhux probabbli, hija teoretikament possibbli għall-fabbrikant ta' pestiċidi li japplika l-prodott huwa stess. Jekk dan isir billi tintuża l-aktar teknika moderna, madankollu, m' huwiex neċessarjament xogħol b' kuntratt fl-istadju tal-produzzjoni agrikola, u ċertament m' huwiex il-każ jekk ix-xogħol ma jitwettaqx regolarment mill-bidwi (e.g. sprejjar mill-ajru ta' parassiti). 1.88. F'każijiet fejn irid jiġi deċiż jekk attività għandhiex titqies bħala xogħol b' kuntratt (i.e. xogħol li, fil-kuntest tal-proċess tal-produzzjoni agrikola, normalment jitwettaq mill-azjendi agrikoli innifishom), wieħed irid iżomm f'moħħu mhux biss in-natura ta' l-attività, imma anke il-kuntest speċifiku li titwettaq fih, i.e. Il-"proċess tal-produzzjoni agrikola" huwa importanti. 1.89. It-trobbija ta' l-annimali għall-biedja li ssir f'irziezet għal remunerazzjoni (il-proviżjon ta' art għall-bhejjem) xogħol agrikolu b' kuntratt minħabba li huwa parti mill-proċess tal-produzzjoni agrikola. Dan it-titolu ma jinkludix, madankollu, it-trobbija u l-kura privata taż-żwiemel tas-sarġ, minħabba li dawn l-attivitajiet ma jiġbrux fihom il-produzzjoni ta' oġġetti imma servizz ġenwin skond it-tifsira ta' il-ESA 95 (taqsima O tan-NACE Rev. 1). Bl-istess mod, xogħol li għandu x' jaqsam mal-ħolqien u l-manteniment ta' parks, ġonna, korsijiet tal-golf u żrigħ mat-triq m' għandhomx jitqiesu bħala proċess tal-produzzjoni agrikola. 1.90. It-tip ta' kumpens imħallas lill-persuni li jwettqu xogħol b' kuntratt m' huwiex importanti. M' għandu bl-ebda mod ikun remunerazzjoni fissa (i.e. paga fis-sens strett); il-kumpens jista' perfettament jieħu l-forma ta' profitt maqsum jew formula mħallta (bħala eżempju, bidwi li jsemmen l-għoġġiela biex jirċievi kumpens ġeneralment jirċievi ammont fiss għal kull annimal u sehem fil-profitt nett). Il-kumpens jista' anke jieħu l-forma ta' sehem speċifiku ta' l-output. 1.91. Minkejja dan, ix-xogħol dejjem irid jitwettaq minn impriżi indipendenti: xogħol imwettaq mill-impjegati imħallsa ta' l-azjenda ma jaqax f'din il-kategorija. Mill-posizzjoni ta' l-azjenda, remunerazzjoni għal xogħol bħal dan (bħala eżempju, xogħol li jsir minn rgħajja mħallsa) huwa kost tal-paga u għandu jidher taħt it-titolu "kumpens ta' impjegati". B' kuntrast, xogħol imwettaq minn impriża li taħleb l-annimali fuq bażi ta' kuntratt għal azjendi agrikoli oħrajn huwa rreġistrat fl-EAA kemm bħala output (bejgħ ta' servizzi), mill-posizzjoni tal-kuntrattur, u wkoll bħala konsum intermedju (xiri ta' servizzi), mill-posizzjoni ta' l-azjenda agrikola. (d) Grupp 01.5: Kaċċa, insib u tnissil ta' tjur, inkluż attivitajiet ta' servizzi relatati 1.92. Il-grupp ta' attivitajiet jikkonsisti fl-attivitajiet li ġejjin: (i) il-kaċċa u l-insib ta' l-annimali għall-ikel, għall-pil jew ġilda tagħhom, għal għanijiet ta' riċerka, zoos, jew biex jintużaw bħala annimali domestiċi; (ii) il-produzzjoni ta' oġġetti tal-fur, ġlud tar-rettili jew għasafar li joriġinaw minn attivitajiet tal-kaċċa u l-insib; (iii) restocking bit-tjur; (iv) servizzi li jippromwovu l-kaċċa u l-insib għal għanijiet kummerċjali. Għandu jkun innutat li l-produzzjoni tal-ġilda friska u l-ġilda minn biċċeriji u kaċċa li ssir bħala sport jew attività ta' rekreazzjoni m' humiex inklużi bħala attivitajiet karatteristiċi ta' l-industrija agrikola. Barra minn hekk, il-grupp tal-"kaċċa" ma jinkludix it-tnissil ta' tjur f'azjendi, li għandu jkun irreġistrat bħala parti mill-klassi "Biedja ta' annimali oħra ħajjin". 5. Diskrepanza bejn l-industrija agrikola ta' l-EAA u l-fergħa agrikola tal-qafas ċentrali tal-kontijiet nazzjonali. 1.93. L-industrija agrikola ta' l-EAA, kif definit fit-Taqsimiet 1.62 sa 1.66, hija xi ftit differenti mill-fergħa kif definita għall-għanijiet tal-kontijiet nazzjonali. Id-differenzi għandhom x' jaqsmu mad-definizzjoni ta' l-attivitajiet karatteristika u l-unità. Dawn jistgħu jiġu spjegati fil-qosor kif ġej: L-industrija agrikola ta' l-EAA | = Il-fergħa agrikola ta' l-NA | | +L-unità tal-produzzjoni ta' l-inbid u ż-żejt taż-żebbuġa (gruppi ta' produtturi, koperattivi, eċċ.) | | +L-unità tal-produzzjoni li jipproduċu materjal għall-immaljar | | +L-unità tal-produzzjoni li jipproduċu, f'nurseries, siġar tal-Milied, siġar tal-frott, dwieli u siġar ornamentali | | –Unità ingaġġati fil-produzzjoni taż-żrieragħ (għar-riċerka u ċ-ċertifikazzjoni) | | –L-unità tal-produzzjoni li jipprovdu servizzi agrikoli assoċjati li m'humiex xogħol agrikolu b' kuntratt (i.e. it-tħaddim ta' sistemi ta' tisqija, disinn, żrigħ u manteniment ta' ġonna, parks u siti bil-ħaxix għall-faċilitajiet sportivi u affarijiet simili, qtugħ ta' siġar u hedge trimming) | | –L-unità li għalihom l-attività agrikola hija biss attività tal-ħin liberu | II. OPERAZZJONIJIET FI PRODOTTI 2.001. Operazzjonijiet fi prodotti jipprovdu kont ta' l-oriġini u l-użu tal-prodotti. Prodotti huma oġġetti u servizzi maħluqa f'marġni ta' produzzjoni. Il-kategoriji ewlenin ta' l-operazzjonijiet fi prodotti definiti mill-ESA 95 huma: l-output, il-konsum intermedju, l-ispiża tal-konsum finali, il-konsum finali attwali, il-formazzjoni ta' kapital gross, l-esportazzjoni ta' oġġetti u servizzi u l-importazzjoni ta'oġġetti u servizzi. 2.002. Kif imsemmi f'1.40 u 1.41, huma biss l-output, il-konsum intermedju u l-formazzjoni ta' kapital gross li jiġu kkunsidrati fil-EAA. L-output huwa rreġistrat bħala riżors u l-konsum intermedju bħala użu fil-kont tal-produzzjoni. Il-formazzjoni ta' kapital gross huwa rreġistrat bħala użu (tibdil fl-attiv) fil-kont tal-kapital. A. REGOLI ĠENERALI 1. Il-perjodu ta' referenza 2.003. Għall-EAA, il-perjodu ta' referenza huwa s-sena kalendarja. 2. L-unità (a) Il-kwantitajiet 2.004. Il-kwantitajiet għandhom ġeneralment jintwerew f'1000 t, (f'10000 hl, għall-għeneb magħsur u l-inbid) sa post wieħed deċimali. Għall-annimali, jintuża l-piż ħaj. (b) Il-prezzijiet 2.005. Fil-EAA, il-prezzijiet għandhom jintwerew kull tunnellata (kull 10 hl għall-inbid u l-għeneb magħsur). 2.006. Fil-EAA, il-prezzijiet għandhom jiġu rreġistrati jew sa l-eqreb numru sħiħ jew irranġat sa post jew tnejn deċimali, b' dan ta' l-aħħar jiddependi fuq il-kredibilità ta' l-istatistika tad-data tal-prezzijiet disposnibbli. (c) Il-valuri 2.007. Il-valuri għandhom jintwerew f'miljuni ta' unità tal-munita nazzjonali. 3. Iż-żmien ta' l-irreġistrar 2.008. Il-ESA 95 (1.57) jirreġistra ċirkulazzjonijiet (speċjalment operazzjonijiet fi prodotti u operazzjonijiet distributtivi) fuq bażi akkumulattiva, fi kliem ieħor, fil-mument meta l-valur ekonomiku, l-ammont dovut jew it-talba joriġinaw, jiġu ttrasformati, ikkanċellati jew ma jibqgħux jeżistu, u mhux fil-mument meta l-pagament attwalment isir. (a) L-output 2.009. L-output għandha tkun ivvalutata u rreġistrata fil-mument li tkun ġġenerata. Għandha għalhekk tkun rreġistrata meta tkun prodotta u mhux meta titħallas mix-xerrej. 2.010. Fil-ESA 95, il-produzzjoni hija meqjusa bħala proċess kontinwu li fih l-oġġetti u s-servizzi jiġu kkonvertiti f'oġġetti u servizzi oħra. Dan il-proċess jista' jseħħ matul perjodi differenti u dan jiddependi fuq il-prodotti, u l-perjodi jistgħu jeċċedu il-perjodu ta' l-ikkontjar. Il-karatterizzazzjoni tal-produzzjoni, flimkien mal-prinċipju ta' l-akkumulazzjoni, għalhekk jirriżulta fl-irreġistrar ta' l-output fil-forma ta' xogħol mhux lest. Għalhekk, skond il-ESA 95 (3.58), l-output ta' prodotti agrikoli għandu jkun irreġistrat daqs li kieku kienu prodotti kontinwament matul perjodu sħiħ ta' produzzjoni (u mhux sempliċiment meta l-ħxejjex jinġabru jew l-annimali jinqatlu). It-tkabbir ta' ħxejjex u ħut jew annimali mrobbija għall-għanijiet ta' konsum uman għandhom jitqiesu bħala stokk ta' xogħol mhux lest matul il-proċess tal-produzzjoni, u mibdul fi stokk ta' prodotti lesti meta l-proċess jitlesta. 2.011. L-irreġistrar ta' l-output bħala xogħol mhux lest huwa mixtieq u meħtieġ għall-analiżi ekonomika meta l-proċess tal-produzzjoni iseħħ matul perjodu li jeċċedi l-perjodu ta' l-ikkontjar. Dan jippermetti biex tinżamm il-konsistenza bejn l-irreġistrar ta' l-ispejjeż u l-irreġistrar ta' l-output sabiex tinkiseb data sinifikanti fuq il-valur miżjud. Minħabba li l-EAA huma bbażati fuq is-sena kalendarja, l-irreġistrar ta' xogħol mhux lest jista' jkun assunt li japplika biss għal prodotti li l-proċess tal-produzzjoni tagħhom ma tlestiex sa l-aħħar tas-sena kalendarja (imma anke f'każi fejn il-livell tal-prezz ġenerali jgħaddi minn tibdil mgħaġġel matul il-perjodu ta' l-ikkontjar) [15]. 2.012. Madankollu, għall-prodotti tal-biedja li ċ-ċiklu tagħhom tal-produzzjoni huwa iqsar mill-perjodu ta' l-ikkontjar, ma jkunx meħtieġ li l-output jiġi rreġistrat bħala xogħol mhux lest. L-irreġistrar ta' l-output fl-istadju tal-prodott lest, i.e. fil-ħsad (għall-produzzjoni tal-ħxejjex), fil-fatt tippremetti grad adegwat ta' konsistenza bejnha u l-ispejjeż tal-produzzjoni li jridu jinżammu. Din hija s-sitwazzjoni għall-ħafna mill-output agrikolu li ċ-ċiklu tal-produzzjoni tagħha iddum għal anqas minn sena. M' huwiex meħtieġ, lanqas, li tkun irreġistrata l-produzzjoni mhux lesta u f'ċiklu qasir ta' ħxejjex li l-proċess ta' produzzjoni tagħhom jidħol fit-tieni sena kalendarja (cf. 2.172.). F'dawn il-każi, it-tkabbir tal-ħxejjex m' huwiex ikkunsidrat bħala stokk ta' xogħol mhux lest. 2.013. Fil-prattika, il-prodotti b' ċiklu ta' produzzjoni twil biss huma konċernati bil-metodu ta' l-irreġistrar fil-forma ta' xogħol mhux lest. Prodotti bħal dawn huma b' mod partikolari bhejjem, prodotti tal-ħxejjex bħall-inbid (li ż-żmien tal-proċess tiegħu huwa parti integrali mill-proċess tal-produzzjoni) u l-artijiet miżrugħa. Ix-xejra normali fil-prezzijiet fl-Unjoni Ewropea hija fil-fatt ġeneralment mhux daqshekk evidenti u m' għandhiex tkun raġuni biex jiġu rreġistrati ċertu prodotti bħala xogħol mhux lest (għalkemm dan jista' jiġri f'każi eċċezzjonali, cf. 2.172). 2.014. Meta prodotti b' ċiklu twil ta' produzzjoni li gew irreġistrati bħala xogħol mhux lest jigu miġbura (produzzjoni ta' ħxejjex) jew maqtula (annimali), il-proċess tal-produzzjoni ikun komplut u x-xogħol mhux lest mibdul fi stokk ta' prodotti lesti lesti għall-bejgħ jew użu għal għanijiet oħra. Matul il-proċess tal-produzzjoni, il-valur li jrid ikun irreġistrat kull sena bħala output ta' xogħol mhux lest jista' jinkiseb bid-distribuzzjoni tal-valur tal-prodott lest fi proporzjon għall-ispejjeż magħmula f'kull perjodu (SNA 93. 6.96). 2.015. Annimali: il-produzzjoni ta' l-annimali normalment tirrikjedi perjodu ta'żmien, possibilment li jtul fuq diversi perjodi ta' ikkontjar qabel il-proċess ikun lest. Mit-twelid, huwa possibli u anke xieraq li tkun irreġistrata kull fażi tal-produzzjoni, i.e. għal kull grupp ta' età ta' l-annimali individwali (il-parti tal-proċess tal-produzzjoni ta' qabel it-twelid, madankollu, ma tistax tiġi rreġistrata minħabba li ma tistax tiġi isolata mis-servizzi kkonsmati fit-trobbija ta' l-annimal ġenitur). 2.016. Il-proċess tal-produzzjoni f'bhejjem tat-tgħabija jitlesta formalment fit-twelid tagħhom; minn hemm 'il quddiem, huma jkunu rreġistrati bħala attiv ta' kapital. L-annimali għadhom, naturalment, m'humiex lesti għall-użu intenzjonat tagħhom, imma l-varjazzjoni individwali hi tali li kwalunkwe għażla ta' età fissa f'kull każ tkun arbitrarja ħafna. Iż-żmien tat-twelid intagħżel għal raġunijiet prattiċi, partikolarment minħabba li l-użu sussegwenti li għalih se jitpoġġew huwa diġà ddeterminat f'dan l-istadju. 2.017. Dan m' huwiex dejjem il-każ għall-baqar, il-majjali, in-nagħaġ u bhejjem oħra li jistgħu jitrabbew għal għanijiet ta' tnissil jew għall-qatla. Meta hu possibli li tiddistingwi bejn l-annimali żgħar fl-età skond l-użu futur tagħhom, annimali intenzjonati biex jintużaw bħala fattur tal-produzzjoni għandhom jiġu rreġistrati bħala GFCF eżatt minn twelidhom (il-kont tagħhom stess GFCF i.e. huma kkunsidrati bħala xogħol mhux lest u t-tkabbir tagħhom irreġistrat bħala output, cf. il-ESA 95, 3.112). Inkella, annimali inklużi fi stokk bħala xogħol mhux lest sakemm jimmaturaw u huma stess jintużaw bħala fatturi tal-produzzjoni (e.g. bħala baqar tal-ħalib, għat-trobbija jew għal raġunijiet produttivi oħra bħall-produzzjoni tas-suf). Huma mbgħad jiġu rreġistrati taħt il-kapital fiss. Annimali li tneħħew minn merħliet tat-tnissil qabel inqatlu għandhom ukoll jiġu rreġistrati bħala stokk u mhux attiv ta' kapital. 2.018. Il-produzzjoni tat-tiġieġ tingħata trattament speċjali jekk ittul f'żewġ perjodi ta' referenza. Bajd imfaqqas f'inkubaturi fl-aħħar ta' perjodu jitqies bħala output ta' tiġieġ u rreġistrat fl-EAA taħt l-output ta' tjur (fil-forma ta' xogħol mhux lest) (cf. 2.048). 2.019. Nbid: l-output għandu jiġi rreġistrat bħala xogħol mhux lest sakemm il-maturita' tiegħu tifforma parti mill-proċess tal-produzzjoni u li tista ddum għal diversi perjodi ta' ikkontjar. L-istess ħaġa, il-fermentazzjoni ta' l-għeneb magħsur, li, għalkemm m' għadux fl-istat naturali, xorta għadu ma sarx nbid, hija ttrattat fl-aħħar tal-perjodu ta' l-ikkontjar l-istess bħal fil-każ tat-tfaqqis tal-bajd fl-inkubaturi u murija fl-EAA bħala nbid fil-forma ta' xogħol mhux lest. 2.020. Attiv ikkultivat fi żrigħ: oġġetti intenzjonati għall-kont proprju GFCF (minbarra l-bhejjem) bħal zrigħ li jipproduċi prodotti ripetuti għandhom jiġu rreġistrati bħala GFCF fil-mument tal-produzzjoni ta' l-attiv konċernat. (b) Il-konsum intermedju 2.021. L-oġġetti u s-servizzi għandhom jiġu rreġistrati fil-mument li jidħlu fil-proċess tal-produzzjoni, i.e. meta attwalment jiġu kkonsmati u mhux meta jinxtraw jew jinħażnu. 2.022. Il-konsum ta' oġġetti għal perjodu ta' referenza partikolari fil-prattika jikkorrispondi għax-xiri jew l-akkwsiti ta' oġġetti magħduda bl-istokk inizjali u mnaqqsa bl-istokk finali fit-tmiem tal-pejodu [16]. 2.023. Is-servizzi huma rreġistrati fil-mument tax-xiri. Minħabba li s-servizzi ma jistgħux jinħażnu, il-mument tax-xiri huwa wkoll il-mument tal-konsum. 2.024. Is-servizzi li ġejjin huma l-eċċezzjoni għal din ir-regola: - servizzi li għandhom x' jaqsmu max-xiri ta' oġġetti, bħas-servizzi ta' kummerċ u trasport, huma rreġistrati bħala konsum intermedju fil-mument li l-oġġetti jiġu kkonsmati (cf. 2.111), - servizzi ikkunsidrati li huma permanenti, bħas-servizzi ta' assigurazzjoni. Dawn jiġu rreġistrati fuq bażi pro-rata fit-tmiem tal-perjodu ta' referenza skond il-proporzjon tal-pagament dovut għas-sena, jew parti minn sena, fil-kwistjoni. Bi qbil ma' dan, l-ammonti rreġistrati mhux neċessarjament jikkorrispondu għall-premiums ta' l-assigurazzjoni imħallsa fil-perjodu konċernat. (c) Il-formazzjoni ta' kapital fiss gross 2.025. Il-GFCF huwa rreġistrat fil-mument tat-trasferiment tal-proprjetà ta' l-attiv fiss konċernat lil unità li għandhom l-intenzjoni li jużawhom għal skopijiet ta' produzzjoni. Minkejja dan, hemm żewġ eċċezzjonijiet għal dan il-priċipju: l-ewwel, attiv akkwistat permezz ta' leasing finanzjarju huwa rreġistrat bħal li kieku l-utent sar is-sid meta l-oġġetti tpoġġew għad-disposizzjoni tiegħu biex jużahom (cf. 2.122). It-tieni, il-kont tal-GFCF tiegħu stess huwa rreġistrat fil-mument tal-produzzjoni ta' l-attiv konċernat (ħlief baqar, majjali, nagħaġ u bhejjem oħra, li l-użu futur tagħhom ma jistax ikun definit b' mod ċar minħabba li dawn l-annimali huma nklużi fl-istokk bħala xogħol mhux lest, cf. 2.017). 2.026. Ugwalment, fil-każ ta' l-istabbiliment ta' ġonna tal-frott u dwieli (oġġetti ta' kapital fiss prodotti għall-użu proprju), jekk mhux ix-xogħol kollu meħtieġ tlesta sa' tmiem il-perjodu ta' l-ikkontjar, il-valur tal-materjali kkonsmati u s-servizzi fornuti matul is-sena ta' referenza jiġu rreġistrati bħala GFCF fit-tmiem tal-perjodu. 2.027. Ix-xiri u l-bejgħ ta' art u kif ukoll l-ispejjeż assoċjati jiġu rreġistrati fil-mument tat-trasferiment tat-titolu tal-proprjetà. Madankollu, l-akkwsit nett ta'l-art ma jiġix inkluż fil-GFCF minħabbar li l-art m' hijiex attiv mhux prodott. L-akkwsit nett ta' l-art (u attiv tanġibbli ieħor mhux prodott) jiġi rreġistrat fil-kont tal-kapital (il-kont ta' l-akkwist ta' attiv mhux finanzjarju). (d) Tibdil fl-istokk 2.028. It-tibdil fl-istokk jikkorrispondi għad-differenza bejn l-oġġetti li mdaħħla u l-oġġetti maħruġa mill-istokk matul perjodu ta' referenza. 2.029. L-oġġetti li jiddaħħlu fl-istokk huma oġġetti li jew huma intenzjonati għall-konsum aktar tard fil-proċess tal-produzzjoni (stokk dieħel), f'liema każ jiġu rreġistrati fil-mument tat-trasferiment tat-titolu tal-proprjetà, inkella huma oġġetti mill-industrija innifisha li se jitpoġġew għall-użu futur, e.g. b' bejgħ jew bi trasferiment lejn il-kapital fiss ta' l-unità (stokk output), f'liema każ jiġu rreġistrati bħala stokk meta titlesta l-produzzjoni tagħhom. 2.030. Fil-każ ta' prodotti mhux lesti mill-industrija (irreġistrat bħala xogħol mhux lest), il-valur tal-materjali ikkonsmati u s-servizzi fornuti matul il-perjodu ta' referenza huwa rreġistrat ukoll bħala stokk fit-tmiem ta' dak il-perjodu (ħlief għall-ħxejjex wieqfa ta' ċiklu qasir, cf. 2.012; bħala riżultat li, parti mill-materjali kkonsmati u s-servizzi fornuti matul il-perjodu ta' referenza ikunu ġew ikkonsmati mingħajr tnaqqis fil-valur ta' l-istokk). 2.031. Oġġetti maħruġa mill-istokk huma, fil-każ ta' stokk dieħel, oġġetti li jidħlu fil-proċess tal-produzzjoni jew, fil-każ ta' stokk output, oġġetti li joħorġu mill-industrija biex jinbiegħu jew iservu użu ieħor. Fl-ewwel każ, l-oġġetti jitnaqqsu mill-istokk ta' l-industrija fil-mument tal-konsum intermedju attwali tagħhom fil-proċess tal-produzzjoni; fit-tieni każ, jitnaqqsu mill-istokk fil-mument tal-bejgħ jew użu ieħor tagħhom. B. L-OUTPUT (cf. il-ESA 95, 3.07 sa 3.58) 1. Kummenti ġenerali dwar il-kunċetti ta' l-output fil-ESA 95 u l-EAA 2.032. Fil-ESA 95, il-kelma "produzzjoni" tirrapreżenta l-proċess u l-kelma "output" tirrapreżenta l-oġġetti u servizzi riżultanti; huwa importanti li wieħed iżomm f'moħħu din id-distinzjoni ċara. Skond il-ESA 95 (3.14), l-output ikopri l-prodotti kollha manifatturati matul il-perjodu ta' l-ikkontjar. 2.033. Skond il-ESA 95, l-output jinkludi wkoll (i) oġġetti u servizzi forniti minn KAU lokali għal oħra li tippartjeni għall-istess unità istituzzjonali, (ii) oġġetti prodotti minn KAU lokali u għadhom fl-istokk fit-tmiem tal-perjodu ta' l-ikkontjar li matulu kienu prodotti, irrispettivament mill-użu li sussegwentament huma intenzjonati għalih. Madankollu, oġġetti u servizzi prodotti u kkonsmati matul l-istess perjodu ta' l-ikkontjar mill-istess KAU lokali jiġu rreġistrati. Dawn jiġu rreġistrati la bħala output u lanqas bħala konsum intermedju ta' l-unità. 2.034. Il-kunċett ta' output użat fl-EAA li għandhu x' jaqsam mal-kunċett ta' "output totali" huwa bbażat fuq l-adattament ta' il-ESA 95, minħabba li xi oġġetti u servizzi agrikoli prodotti u kkonsmati matul l-istess perjodu ta' l-ikkontjar fl-istess unità agrikola jiġu rreġistrati fl-output ta' l-attività agrikola globali. Il-kriterji biex ikunu identifikati dawn l-oġġetti u servizzi biex jiġu nklużi fl-output ta' l-industrija agrikola huma stabbiliti f'2.055. Id-differenza bejn il-ESA 95 u l-metodu adattat fl-EAA huwa rapreżentat b' dawn l-elementi ta' konsum intern bejn l-unità li l-valur tiegħu huwa inkluż kemm fl-output u kemm fil-konsum intermedju. Il-valur miżjud għalhekk jibqa' identiku, hu liema hu il-metodu użat. 2.035. Kif imsemmi f'1.34, din il-modifikazzjoni tar-regola ta' il-ESA hija bbażata fuq in-natura speċjali ta' l-attività agrikola u l-azjenda agrikola (bħala KAU lokali). Aktar minn hekk, tagħmilha possibbli li: - ittejjeb l-analiżi ekonomika tal-kontijiet agrikoli, speċjalment id-definizzjoni tal-koeffiċjenti tekniċi u r-rati tal-valur miżjud (il-proporzjon bejn l-output w il-konsum intermedju), - ittejjeb il-paragun bejn il-koeffiċjenti tekniċi u r-rati tal-valur miżjud bejn sottofergħat ta' l-attività u l-pajjiżi. Fil-fatt, l-output ikkonsmat f'unità huwa l-aktar illimitat għal ftit prodotti speċifiċi (bħaċ-ċereali, il-proteini u l-prodotti taż-żejt, il-ħxejjex għall-għalf taż-żwiemel u l-baqar u l-ħalib għat-tmigħ tal-bhejjem) u r-rati tal-konsum interni bejn l-unità ivarjaw konsiderevolment skond il-fergħa ekonomika u l-pajjiż. - issaħħaħ il-konsistenza bejn il-produzzjoni, il-ġenerazzjoni tad-dħul l-kontijiet tad-dħul imprenditorjali: il-konsistenza meħtieġa bejn l-operazzjonijiet fi prodotti (l-output, il-konsum intermedju, eċċ.) u l-operazzjonijiet distributtivi (il-kumpens ta' l-impjegati, is-sussidji, it-taxxi, ir-renti, l-imgħax, eċċ.) issaħħew mir-riforma tal-Politika Agrikola Komuni fl-1992 fis-sens li s-sussidji (li uħud minnhom jikkonċernaw prodotti suġġetti għall-konsum intern bejn il-fergħat) fil-preżent għandhom rwol importanti fil-formazzjoni u l-iżvilupp tad-dħul agrikolu. 2.036. Għalkemm mhux proposta mill-ESA 95, ir-regola adottata fl-EAA ipprovduta mill-SNA (cf. l-SNA 93, l-Anness I, 15) minħabba n-natura speċjali ta' l-agrikoltura, u mill-manwal metodoloġiku tal-FAO [17]. Fl-aħħarnett, tippermetti li d-differenza bejn il-kejl ta' l-output li joħroġ mill-għażla ta' l-unità bażika (KAU lokali jew unità ta' produzzjoni omoġenja) titnaqqas sostanzjalment. 2. L-Output ta' l-attività agrikola: kwantitajiet 2.037. Fit-tħejjija ta' l-EAA, l-output huwa maqsum progressivament f'termini ta' kwantità. Rapreżentazzjoni skematika tar-riżorsi u l-użu tal-prodotti agrikoli +++++ TIFF +++++ 2.038. Il-punt tat-tluq għal dan il-kalkolu progressiv huwa jew: - l-output gross (1q), jew - l-output li jista' jintuża (3q), skond jekk iċ-ċifri tal-ħsad tal-ħxejjex jinkludux jew le it-telf ta' l-għelieqi, tal-ħsad u ta' l-irziezet. (a) L-output gross L-output gross: (1q) 2.039. Dan huwa l-punt tat-tluq għall-pajjiżi li l-istatistika uffiċjali tal-ħsad tagħhom tinkludi t-telf. Skond il-kunċett ta' l-industrija, il-prodotti kollha ta' l-attivitajiet agrikoli ta' l-unità agrikoli fl-industrija (kif imsemmi f'1.62 u 1.63) jeħtieġ li jitkejlu. Skond il-konvenzjoni adottata f'1.31 (li l-output ta' l-attivitajiet sekondarji agrikoli ta' unità mhux agrikoli ma jeżistix minħabba li l-attivitajiet agrikoli kollha huma meqjusa li huma separabbli u għalhekk jiffurmaw l-attività ewlenija tal-KAU agrikola lokali tagħhom stess), l-output agrikolu kollu jeħtieġ jiġi rreġistrat ħlief dak prodott mill-unità li għalihom l-attività agrikola hija biss attività tal-ħin liberu (cf. 1.24). (b) It-telf It-telf: (2q) 2.040. Dan il-punt jirreferi għat-telf rikurrenti ta' oġġetti fl-inventarji (cf. 2.041). Dawn jinkludu l-għelieqi, il-ħsad u telf ieħor fl-irziezet (minħabba n-natura konsumabbli tal-prodotti, l-influwenzi tat-temp, bħall-ġlata, nixfa, eċċ.). It-telf li jseħħ matul l-istadji varji tal-marketing, i.e. matul it-trasport mir-razzett, matul il-ħażna mal-bejjiegħa u matul l-ipproċessar jew trattament fl-industrija ta' l-ipproċessar m'għandhomx jiġu inklużi hawn. B' kuntrast, il-prodotti offruti għall-bejgħ mill-produtturi imma li jibqgħu ma jinbiegħux u għalhekk jitħassru (partikolarment il-frott u l-ħaxix) għandhom jiġu inklużi hawn ukoll. It-tipi tat-telf 2.041. Skond il-ESA 95, hemm tlett tipi ta' telf li jista' jsir mill-produtturi: it-telf rikurrenti fl-inventarji (il-ESA 95, 3.117 u 3.118), it-telf eċċezzjonali fl-inventarji (il-ESA 95, 6.25.e) u t-telf katastrofiku (il-ESA 95, 6.22 u 6.23.b). L-irreġistrar tat-tlett tipi ta' telf 2.042. Għall-irreġistrar tat-telf ta' affarijiet fl-inventarji, trid issir distinzjoni bejn it-telf rikurrenti, minn naħa, u t-telf eċċezzjonali u katastrofiku, minn naħa l-oħra. Imma l-irreġistrar tat-telf jiddependi ukoll fuq il-metodu tal-kalkolu ta' l-output u t-tip tal-materjal statistiku bażiku ta' kull pajjiż. 2.043. Meta l-output ikun ikkalkolat fuq id-data ta' l-istokk inizjali u l-istokk finali, il-bejgħ u possibilment l-użu l-ieħor (bħall-oġġetti ta' kapital fiss prodotti fuq il-kont proprju), it-telf rikurrenti ikun diġa tnaqqas mit-tibdil fl-istokk, u għalhekk l-irreġistar tagħhom għal darba oħra taħt il-punt "telf" iwassal biex jingħadd darbtejn. B'kuntrast, fejn il-kalkolu ta' l-output mhux ibbażat fuq data ta' stokk imma minflok fuq kalkolu fuq bażi soda bħal ma huma figuri attwali tat-twelid, it-telf rikurrenti matul il-produzzjoni fil-perjodu ta' referenza konċernat għandu jigi rreġistrat, kif ukoll it-telf ta' annimali importati għat-trobbija jew simna jew imwielda f'perjodi ta' qabel. 2.044. It-telf eċċezzjonali u katastrofiku ta' oġġetti f'inventarji għandu jiġi rreġistrat fil-kontijiet ta' l-akkumulazzjoni, jiġifieri fil-kont "tibdil ieħor fil-volum ta' l-attiv". L-output għalhekk jiġbor fih il-valur kollu ta' dan it-telf. 2.045. It-telf (kemm jekk rikorrenti, eċċezzjonali jew katastrofiku) ta' attiv fiss (bħall-baqar tal-ħalib, l-annimali tat-trobbija, eċċ.) għandu jiġi rreġistrat fil-kont "tibdil ieħor fil-volum ta' l-attiv". Dan m' għandu l-ebda impatt fuq il-valur ta' l-output. Għandu jkun emfasizzat li t-telf li jaffetwa ż-żrigħ li diġa' qed jipproduċi għandu jiġi rreġistrat jew bħala "konsum ta' kapital fiss" jew bħala "tibdil ieħor fil-volum ta' l-attiv'", skond it-tip tat-telf. (c) L-output li jista' jintuża L-output li jista' jintuża: (3q) = (1q) mnaqqas b' (2q) = l-output gross imnaqqas bit-telf (fl-istadju tal-produzzjoni) 2.046. Dan huwa l-ewwel punt li jrid jiddaħħal mill-pajjiżi li l-istatistika tar-referenza tal-ħsad tagħhom ma tinkludix it-telf. Tiġbor il-produzzjoni disponibbli tal-perjodu ta' referenza li jew se tiġi mibjugħa, użata bħala mezz ta' produzzjoni, ipproċessata mill-produttur innifsu, ikkonsmata f'daru, maħżuna, jew possibilment, użata bħala oġġetti ta' kapital fiss prodotti fuq il-kont proprju. (d) L-istokk inizjali L-istokk inizjali: (4q) 2.047. Dan jiġbor fih l-istokk lest jew nofsu lest ta' prodotti għall-użu proprju li jeżistu fl-azjendi agrikoli (i.e. miżmuma mill-produtturi) fil-bidu tas-sena ta' referenza. L-istokk fl-istadji differenti tal-marketing u l-istokk ta' bejn stadju u ieħor m'għandhomx għalhekk jiddaħħlu hawnhekk (cf. 2.201 u jkomplu rigward it-trattament tal-bhejjem). 2.048. L-istokk inizjali tat-"tjur" għandu wkoll jinkludi t-tfaqqis tal-bajd ġo l-inkubaturi fil-bidu tal-perjodu ta' referenza minħabba li dawn jitqiesu bħala prodott tat-tjur nofsu lest (cf. 2.018). (e) Ir-riżorsi disponibbli totali Ir-riżorsi disponibbli totali: (5q) = l-output li jista' jintuża magħdud bl-istokk inizjali (3q magħdud b' 4q) (f) Il-konsum intern ta' bejn l-unità Il-konsum intern bejn l-unità: (6q) 2.049. Taħt it-titolu ta' konsum intern bejn l-unità jiġu rreġistrati prodotti li huma prodotti fi ħdan l-unità agrikola (KAU lokali) w użati mill-unità bħala inputs fil--proċess tal-produzzjoni fl-istess perjodu ta' l-ikkontjar. 2.050. Il-prodotti kollha agrikoli (ħlief il-bhejjem; cf. 2.067 u 2.208) mibjugħa minn unità agrikola għal unità agrikola oħra li tipproduċi għandu jiġi rreġistrat bħala bejgħ u wara bħala konsum intermedju. Dawn jinkludu oġġetti suġġetti għat-trattament u l-ipproċessar u l-prodotti indiretti tagħhom (e.g. ir-ritorn tal-ħalib xkumat, in-nuħħala, l-oilcake u l-polpa u l-partijiet ta' fuq tax-xitla taz-zokkor, kif ukoll ir-ritorn taż-żrieragħ wara t-trattament). Il-klassifikazzjoni tal-konsum intern bejn l-unità 2.051. Il-konsum intern bejn l-unità jista' jinqasam skond l-użu tal-prodotti konċernati: 2.052. Il-prodotti kkonsmati fl-industrijà fl-istess attività agrikola (i.e. l-istess klassi ta' l-attività, skond il-livell b' erba' numri tan-NACE Rev. 1): - iż-żerriegħa (għaċ-ċereali, ħaxix, fjuri, eċċ.): użati mill-ġdid għall-istess ħaxixa; - l-għeneb ta' l-inbid u l-għeneb magħsur: użati fil-produzzjoni ta' l-inbid; - Iż-żebbuġ: użat fil-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa; - il-ħalib: użat għall-għalf tal-bhejjem. 2.053. Il-prodotti kkonsmati fl-industrija minn attività agrikola differenti (i.e. klassi differenti ta' attività, skond il-livell b'erba' numri tan-NACE Rev. 1). Dawn huma l-aktar prodotti tal-ħxejjex użati bħala għalf ta' l-annimali, imma anke prodotti indiretti ta' l-annimali użati fil-proċess tal-produzzjoni ta' attività oħra (slurry u demel użati bħala fertilizzant għall-produzzjoni tal-ħxejjex). Il-prodotti tal-ħxejjex użati fl-għalf ta' l-annimali jistgħu jiġu kklassifikati skond il-grad li fih normalment jinbiegħu u jinxtraw (li huwa stmat b' mod ġenerali): - normalment il-prodotti għall-għalf ta' l-annimali li jinbiegħu fis-suq: iċ-ċereali (qamħ, segala, xgħir, ġwież, qamħirrum, sorgu, ross u qmuħ ta' ċereali oħrajn); il-ħxejjex tal-proteini; patata; żrieragħ taż-żejt (żerriegħa tal-kolza, żerriegħa tal-fjura tax-xemx, fażola tas-soya u żrieragħ taż-żejt oħra), - prodotti għall-għalf ta' l-annimali li normalment ma jinbiegħux: - prodotti ta' l-għalf annwali: ħxejjex bl-għeruq (xitla taz-zokkor, xitla għall-għalf, swedes, ġdur għall-għalf, zunnarija għall-għalf, kale/curly kale għall-għalf u ħxejjex oħra bl-għeruq); qamħirrum għall-għalf u għalf ieħor aħdar (aħdar, imnixxef jew preservat), - prodotti għall-għalf perpetwi: prodotti għall-għalf permanenti jew temporanji li joħorġu minn xi attività ekonomika (ħodor, imnixxfa jew preservati), - prodotti indiretti għall-għalf (tiben, qxur tal-qamħ, weraq u truf tal-pjanti u prodotti indiretti oħra għall-għalf). Id-definizzjoni ta' konsum intern bejn l-unità li trid tiġi nkluża fl-output ta' l-industrija 2.054. Il-prodotti agrikoli li jgħaddu mill-konsum intern bejn l-unità m' humiex inklużi fil-kejl ta' l-output ta' l-industrija sakemm jissodisfaw ċertu kriterji. L-istabbiliment ta' kriterji restrinġenti għall-irreġistrar tal-konsum intern bejn l-unità jilħaq żewġ ħtiġijiet: l-ewwel, il-ħtieġa metodoloġika minħabba li, wara li wieħed imur lil hinn mill-ittra tar-regola ta' il-ESA, kien hemm il-ħtieġa li tkun segwita fl-ispirtu (bl-involviment ta' żewġ attivitajiet separati); it-tieni, il-ħtieġa prattika, minħabba li l-kriterji żviluppati kellhom iservu bħala qafas preċiż u paragunabbli għad-definizzjoni ta' liema konsum intern bejn l-unità kellu jiġi rreġistrat, biex dan il-metodu tal-kejl ta' l-output ikun aktar vijabbli. 2.055. Dawn il-kriterji huma skond kif ġej: 1. Iż-żewġ attivitajiet eżerċitati għandhom jiġu taħt livelli differenti b' erba' numri tan-NACE Rev. 1 (id-Diviżjoni 01: Agrikoltura, kaċċa u servizzi oħra ta' attivitajiet relatati). L-applikazzjoni ta' dan il-kriterju għalhekk jipprekludi, bħala eżempju, l-ivvalutar tal-ħalib użat għall-għalf tal-bhejjem u ż-żerriegħa prodotta w użata fl-istess azjenda għall-produzzjoni tal-ħxejjex (matul l-istess perjodu ta' l-ikkontjar); 2. Il-prodott agrikolu għandu jkollu valur ekonomiku sinifikanti għal numru sinifikanti ta' bdiewa. 3. Id-data fuq il-prezzijiet u l-kwantitajiet trid tkun mingħajr wisq diffikultà. Dan il-kriterju huwa diffiċli biex jintlahaq għal xi prodotti li ma jinbiegħux fis-suq. 2.056. Skond id-definizzjoni tal-kriterji ta' l-għażla biex ikun inklużi prodotti ta' konsum intern bejn l-unità fil-kejl ta' l-output (cf. 2.055), huma biss il-prodotti tal-ħxejjex użati għall-għalf ta' l-annimali (jinbiegħu jew le fis-suq) li jridu jiġu rreġistrati fl-output agrikolu ta' l-industrija. 2.057. Meta dawn il-prodotti jiġu rreġistrati fl-output ta' l-industrija, iridu jiġu rreġistrati wkoll bħala konsum intermedju, b' hekk ikun qed jiġi rrispettat il-prinċipju li jiġu kkunsidrati l-kwantitajiet totali prodotti u wara użati għal attività ta' produzzjoni differenti matul is-sena ta' referenza (cf. 2.055). Meta l-bidla mill-output għall-konsum intermedju tieħu aktar mis-sena ta' referenza fil-kwistjoni, imbgħad il-kwantitajiet korrispondenti ta' l-output għandu jiġi rreġistrat bħala "stokk finali" tal-prodott konċernat matul is-sena ta' referenza. 2.058. Il-prodotti indiretti ta' l-annimali huma esklużi mill-konsum intern bejn l-unità minħabba d-diffikultajiet ta' l-indisponibilità tad-data dwar il-kwantitajiet u speċjalment il-prezzijiet. (g) L-ipproċessar mill-prdoutturi L-ipproċessar mill-produtturi: (7q) 2.059. Taħt it-titolu ta' l-ipproċessar mill-produtturi jiġu rreġistrati kwantitajiet prodotti għal aktar ipproċessarmill-produtturi agrikoli (e.g. Il-ħalib ipproċessat biex isir il-butir jew il-ġobon, it-tuffieħ ipproċessat biex isir it-tuffieħ magħsur jew is-sidru) imma biss fil-qafas ta' l-attivitajiet ta' l-ipproċessar li huma separabbli mill-attività agrikola ewlenija (fuq il-bażi tad-dokumenti ta' l-ikkontjar, cf. 1.26). Il-prodotti mhux ipproċessati biss (e.g. ħalib u tuffieħ mhux ipproċessat) għandhom jiġu rreġistrati u mhux il-prodotti ipproċessati minnhom (e.g. Il-butir, it-tuffieħ magħsur jew is-sidru). Fi kliem ieħor, ix-xogħol inkorporat fl-ipproċessar tal-prodotti agrikoli ma jiġix ikkunsidrat taħt dan it-titolu. Il-prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar mill-produttur jiġu naturalment indikati fl-output tas-sottosettur ta' l-"agrikoltura" fil-kontijiet nazzjonali (cf. 1.04 and 1.05). 2.060. Fejn dawn l-attivitajiet ta' l-ipproċessar huma attivitajiet mhux agrikoli nseparabbli, il-prodott ta' dawn l-attivitajiet ta' l-ipproċessar jiġu rreġistrati fil-valur ta' l-output ta' l-industrija agrikola (cf. 1.25). Il-prodotti agrikoli bażiċi użati bħala konsum intermedju minn dawn l-attivitajiet ta' l-ipproċessar ma jiġux irreġistrati la bħala output u lanqas bħala konsum intermedju. Din ir-regola tirriżulta mill-fatt li ż-żewġ attivitajiet (il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u l-ipproċessar ta' tali prodotti) ma jistgħux jiddistingwu ruhom fuq il-bażi tad-dokumenti ta' l-ikkontjar. Allura, l-ispejjeż ta' dawn iż-żewġ tipi ta' attivitajiet jiddaħħlu flimkien u l-output tagħhom huwa evalwat bħala l-output ta' prodotti pproċessati. (h) Il-konsum propju finali Il-konsum propju finali: (8q) 2.061. Dan jinkludi: (i) il-prodotti kkonsmati fid-djar tal-bdiewa li pproduċewhom; (ii) il-prodotti li joriġinaw mill-unità agrikola (azjenda) w użati għall-ħlas bi tpartit fil-forma ta' remunerazzjoni imħallsa lill-ħaddiema jew bi tpartit għal oġġetti oħra. 2.062. Il-prodotti agrikoli ipproċessati mill-unità agrikola b' mod separabbli (i.e. li jwasslu għall-formazzjoni ta' KAU lokali mhux agrikola) u kkonsmati fid-djar tal-bdiewa jiġu rreġistrati fl-output ta' l-industriji tal-"Manifattura ta' prodotti ta' ikel, xorb u tabakk" (sottotaqsima DA tan-NACE Rev. 1), bħala konsum proprju finali. B'kuntrast, il-konsum agrikolu tad-djar tal-bdiewa ta' prodotti agrikoli ipproċessati b' mod inseparabbli (i.e. l-output ta' attivitajiet mhux agrikoli ta' l-ipproċessar inseparabbli), jiġi rreġistrat bħala konsum proprju finali ta' dawn l-attivitajiet (cf. 2.080) w inkluż fl-output ta' l-industrija agrikola. 2.063. Il-valur akkreditat tal-kiri tad-dar okkupata mis-sid ma jiġix irreġistrat hawn imma fil-fergħa "kiri tal-proprjetà proprja" (Il-klassi 70.20 tan-NACE Rev. 1). Il-kiri ta' l-akkomodazzjoni huwa attività mhux agrikola li hija dejjem ikkunsidrata bħala attività separabbli mill-attività agrikola. (i) Il-bejgħ Il-bejgħ: (9q) 2.064. Dan it-titolu ikopri bejgħ ta' prodotti agrikoli magħmula minn unità agrikola lil unità oħra (agrikola jew dawk ta' fergħat oħra), inkluż bejgħ lil ċentri għall-ħżin jew ħżin temporanju, bl-eċċezzjoni tat-tnaqqis fl-attiv fiss. Dan jinqasam f'bejgħ domestiku barra l-industrija, bejgħ domestiku lil unità oħrajn u bejgħ barra l-pajjiż. 2.065. Konsegwentament, għal unità partikolari, il-bejgħ jikkorrispondi għall-valur tal-bejgħ miksub mill-marketing ta' l-output tagħha. Għandu jkun innutat li l-bejgħ ta' l-annimali ikklassifikati bħala attiv fiss, li jittieħdu mill-merħla produttiva (esprotazzjoni jew qatla) ma jiġux irreġistrati. L-animali ikklassifikati bħala attiv fiss u meħuda mill-merħla produttiva jiġu ttrasferiti fl-istokk qabel il-bejgħ tagħhom, imma l-bejgħ ta' dawn l-annimali (qatla jew esportazzjoni) jidhru fil-kontijiet bħala tnaqqis fl-istokk, u murija biss fil-kont tal-kapital. L-output korrispodnenti ikun diġà akkreditat bħala parti mill-oġġetti ta' kapital fiss prodotti fuq il-kot proprju [18] u mbgħad irreġistrati fil-kont tal-produzzjoni. 2.066. Il-bhejjem ikkunsidrati li huma stokk: it-tneħħija ta' bhejjem ikkunsidrati bħala stokk u mogħtija lil azjenda oħra jirrapreżentaw bejgħ skond id-definizzjoni mogħtija f'2.064. Dan il-bejgħ jista' jitnaqqas bi tnaqqis mill-istokk jekk il-bhejjem jiġu rreġistrati bħala stokk fil-bidu tas-sena ta' referenza (mill-bqija, il-bejgħ biss jiġi rreġistrat). 2.067. L-akkwist ta' bhejjem jitqies bħala dħul fl-istokk jekk il-prodotti ma jerġgħux jinbiegħu matul is-sena ta' referenza. Il-bhejjem akkwsitati, madankollu, ma jistgħux jitqiesu bħala konsum intermedju minħabba li, bid-definizzjoni, oġġetti ta' konsum intermedju huma destinati li ma jibqgħux jidhru (jew għall-anqas jgħaddu minn trasformazzjoni sostanzjali) matul il-proċess tal-produzzjoni. Dawn l-annmimali huma meqjusa bħala xogħol mhux lest minħabba li l-proċess tal-produzzjoni tal-bhejjem ma jkunx lest kollu (il-proċess tal-produzzjoni jintemm fil-mument tal-qatla). L-akkwisti għalhekk jiġu rreġistrati bħala dħul fl-istokk ta' xogħol (prodotti) mhux lesti u għalhekk irreġistrat bħala bejgħ "negattiv" u mhux bħala konsum intermedju. Fil-każ ta' kummerċ bejn azjendi residenti, il-bejgħ u x-xiri korrispondenti jikkumpensaw lil xulxin (ħlief għall-ispejjeż tat-trasferiment tat-titolu tal-proprjetà) [19]. Minżabba dan it-trattament speċjali tal-kummerċ f'annimali ħajjin bejn l-unità agrikoli, m' hemmx konsum intermedju taħt "bhejjem u prodotti ta' l-annimali" [20]. 2.068. Il-bhejjem ikklassifikat bħala attiv fiss: kummerċ f'bhejjem ta' attiv fiss bejn l-unità agrikoli ma jiġix irreġistrat fil-bejgħ kif imfisser fuq imma bħala kummerċ f'attiv (rreġistrat fil-kont tal-kapital bħala GFCF ta' l-agrikoltura). Fil-każ ta' kummerċ bejn azjendi residenti, il-bejgħ u x-xiri korrispondenti jikkumpensaw lil xulxin (ħlief għall-ispejjeż tat-trasferiment). 2.069. L-irreġistrar ta' importazzjoni ta' annimali ħajjin (mhux intenzjonati għall-qatla immedjata): bħal fil-każ ta' kummerċ bejn azjendi residenti, il-bhejjem meqjusa bħala stokk (minbarra l-annimali għall-qatla immedjata) w importati matul il-perjodu ta' referenza mill-unità agrikoli jiġu irreġistrat bħala dħul fl-istokk ta' xogħol mhux lest w huma għalhekk imnaqqsa mill-bejgħ. Fuq in-naħa l-oħra, il-bhejjem ikklassifikati bħala attiv fiss (bħall-annimali għat-tnissil) w importati bħala tali, m' għandhomx jitnaqqsu mill-bejgħ. 2.070. Minkejja dan, minħabba li huwa ħafna drabi diffiċli, fil-prattika, li jsiru d-distinzjonijiet relevanti bejn il-kategoriji differenti ta' l-annimali fuq il-bażi tas-sorsi disponibbli tad-data ta' l-UE (bejn l-annimali kklassifikati bħala attiv fiss u dawk ikklassifikati bħala stokk), l-importazzjoni kollha tkun ikkunsidrata bħala ta' l-annimali intenzjonata għall-bini ta' l-istokk u l-valur ta' l-annimali importati (ħlief dawk intenzjonati għall-qatla immedjata) jitnaqqas mill-valur tal-bejgħ. Dan il-metodu ta' reġistrazzjoni jiggarantixxi t-trattament ta' kummerċ estern f'annimali ħajjin simili għal dak adottat biex tiġi kkalkulata l-produzzjoni indiġena gross fl-istatistika tal-produzzjoni ta' l-annimali. (j) L-oġġetti ta' kapital fiss prodotti fuq il-kont proprju L-oġġetti ta' kapital fiss prodotti fuq il-kont proprju: (10q) 2.071. Dawn jinkludu biss: - xogħol magħmul mill-unità agrikoli (e.g. l-użu tal-ħaddiema, magni u mezzi oħra tal-produzzjoni, inkluż l-istokk lest għaż-żrigħ) għall-istabbiliment fuq il-kont proprju ta' żrigħ bħal ġonna tal-frott, dwieli, żrigħ tal-frott artab u għelieqi tal-ħops. B' mod ġenerali, xogħol fuq il-kont proprju fuq iż-żrigħ ta' ġonna tal-frott u dwieli, eċċ., hija magħmula minn numru kbir ta' operazzjonijiet individwali ta' xogħol li majistgħux jingħaddu fi kwantitajiet speċifiċi, - annimali prodotti f'unità agrikoli u ttrasferiti għall-kapital fiss tagħhom (cf. 2.161). Dawn huma annimali mrobbija għall-output li jfornu fuq bażi regolari (l-aktar bhejjem għat-tnissil, bhejjem għall-ħalib, bhejjem tat-tgħabija, nagħaġ u annimali oħra imrobbija għal sufhom; cf. 2.202). (k) L-istokk finali L-istokk finali: (11q) 2.072. Dan huwa stokk ta' prodotti lesti jew xogħol mhux lest fl-azjendi ta' l-industrija (i.e. miżmum mill-produtturi) fit-tmiem tas-sena ta' referenza. L-istokk fi stadji differenti tal-marketing (speċjalment ir-riżervi miżmuma mill-bejjiegħa u d-ditti ta' l-ipproċessar) kif ukoll l-istokk ta' bejn stadju w ieħor m' għandux jiġi elenkat hawn. 2.073. Il-prodotti li jitpoġġew biss fl-istokk temporanjament u jiġu kkonsmati f'perjodu aktar tard fl-industrija (e.g. iċ-ċereali għall-għalf, iż-żerriegħa u l-istokk biex jinzera', eċċ) għandhom jiddaħħlu hawn wkoll minħabba li l-użu finali tal-prodott m' huwiex magħruf fil-mument tad-dħul tagħhom fl-istokk. (l) L-użu totali L-użu totali: (12q) (ma jinkludix il-konsum intern bejn l-unità) = (7q) + (8q) + (9q) + (10q) + (11q) = l-ipproċessar mill-produtturi miżjud bil-konsum finali proprju miżjud bil-bejgħ miżjud bl-oġġetti ta' kapital fiss prodotti fuq il-kont proprju miżjud bl-istokk finali. 2.074. Dak li jiddaħħal huwa s-somma tal-kolonni 7q sa 11q. (m) It-tibdil fl-istokk It-tibdil fl-istokk: (12q) = (11q) imnaqqas b' (4q) = iż-żidiet fl-istokk (A) imnaqqas bit-tnaqqis fl-istokk (W) 2.075. It-tibdil fl-istokk fl-industrija (minbarra l-istokk fl-istadji varji tal-marketing) matul is-sena ta' referenza jitkejjel billi tkun ikkalkulata d-differenza bejn iż-żidiet u t-tnaqqis fl-istokk, jew id-differenza bejn l-istokk finali u l-istokk inizjali. Fil-każ ta' dan ta' l-aħħar tibdil ieħor fil-volum u l-qligħ ta' l-azjenda agrikola (nett mit-telf) għandhom jitnaqqsu fil-kalkolu tal-valuri (cf. 2.179 u ta' wara). (n) L-output ta' l-attivitajiet agrikoli L-output ta' l-attivitajiet agrikoli = (6q, affarijiet għall-għalf ta' l-annimali) + (7q) + (8q) + (9q) + (10q) + (12q) 2.076. Skond il-kunċett ta' l-output u r-regoli għall-irreġistrar tal-konsum intern ta' bejn l-unità (cf. 2.049 u ta' wara), l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli (cf. 2.059 u 2.060), u l-konsum finali proprju (cf. 2.061, 2.062, 2.063), l-output ta' l-attivitajiet agrikoli jista jiġi deskritt kif ġej: Ir-riżorsi | L-użu | L-output agrikolu ta' l-industrija agrikola | L-output gross - It-telf = L-output li jista' jintuża | Il-bejgħ (totali, minbarra l-kummerċ f'annimali bejn l-azjendi agrikoli) | X | It-tibdil fl-istokk (mal-produtturi) | X | Oġġetti ta' kapital fiss prodotti fuq il-kont proprju (zrigħ li jipproduċi prodotti ripetuti, annimali produttivi) | X | Il-konsum finali proprju (ta' prodotti agrikoli) | X | L-ipproċessar mill-produtturi (ta' prodotti agrikoli, attivitajiet separabbli) | X | Il-konsum intern bejn l-unità — għall-istess attività: (zrieragħ, ħalib għall-għalf tal-bhejjem, għeneb għall-inbid, żebbuġ għaż-żejt taż-żebbuġa, bajd imfaqqas) | | għal attività separata: prodotti tal-ħxejjex użati fl-għalf ta' l-annimali (ċereali, oilseeds, ħxejjex għall-għalf, li jistgħu jinbiegħu jew le, eċċ.) | X | prodotti indiretti ta' l-annimali użati fil-produzzjoni tal-ħxejjex (slurry, demel) | | 2.077. Imqabbel mal-kunċett ta' qabel ta' l-"output finali" li fuqu l-EAA kienu bbażati, il-kunċett ġdid biex jitkejjel l-output ta' l-attività agrikola jinkludi l-kummerċ f'oġġetti u servizzi agrikoli bejn l-unità agrikoli kif ukoll il-konsumintern bejn l-unità ta' prodotti għall-għalf tal-bhejjem (li jistgħu jinbiegħu jew le). 3. L-output ta' attivitajiet sekondarji mhux agrikoli nseparabbli 2.078. Issir distinzjoni bejn żewġ tipi ta' “ attivitajiet sekondarji mhux agrikoli nseparabbli” (cf. 1.29): - "l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli": dan il-grupp ikopri attivitajiet li huma estensjoni ta' l-attività agrikola u li fihom jintużaw il-prodotti agrikoli. L-ipproċessar ta' prodotti agrikoli hija l-attività tipika ta' dan l-ewwel grupp, - "attivitajiet sekondarji mhux agrikoli nseparabbli oħrajn": dan il-grupp ikopri attivitajiet li jagħmlu użu mill-azjenda agrikola u l-mezzi tagħha tal-produzzjoni agrikola. Hija anqas uniformi mill-ewwel grupp. 2.079. B' mod ġenerali, dawn l-attivitajiet jinkludu varjetà ta' prodotti (oġġetti u servizzi) li l-kwantitajiet tagħhom ma jistgħux jingħaddu flimkien. 2.080. Il-prodott ta' dawn l-attivitajiet huwa jew intenzjonat għall-bejgħ, tpartit, pagament b' servizz, konsum finali proprju (cf. 2.062) jew miżmum fl-istokk. 4. L-output ta' l-industrija agrikola 2.081. Skond id-definizzjoni ta' l-output ta' l-industrija agrikola (cf. 1.16), l-output ta' l-industrija agrikola jikkonsisti fis-somma ta' l-output tal-prodotti agrikoli (cf. 2.076 sa 2.077) u ta' l-oġġetti u servizzi prodotti f'attivitajiet sekondarji mhux agrikoli nseparabbli (cf. 2.078 sa 2.080). 5. L-ivvalutar ta' l-output 2.082. L-output jiġi vvalutat skond il-prezz bażiku. Il-prezz bażiku huwa l-prezz li jirċievu l-produtturi mix-xerrej għal unità ta' oġġett jew servizz prodott bħala output imnaqqas b' kull taxxa mħallsa fuq dik l-unità bħala riżultat tal-produzzjoni jew bejgħ tagħha (i.e. taxxi fuq prodotti) miżjuda b' kull sussidju rċevut fuq dik l-unità bħala riżultat tal-produzzjoni jew bejgħ tagħha (i.e. sussidji fuq prodotti). Il-prezz bażiku jeskludi kwalunkwe spejjeż għat-trasport fatturat separatament mill-produttur. Madankollu, jinkludi kwalunkwe marġini ta' trasport mitluba mill-produttur fuq l-istess fattura, anke jekk huma inklużi bħala oġġett separat fuq il-fattura (cf. il-ESA 95, 3.48). 2.083. Il-partijiet ta' l-output bħall-bejgħ, il-pagamenti f'servizz, iż-żidiet fl-istokk u prodotti ikkonsmati internament bejn l-unità għandhom jiġu vvalutati skond il-prezz bażiku. Bl-istess mod, l-output għall-użu finali proprju (i.e. oġġetti ta' kapital fiss fuq il-kont proprju u konsum finali proprju) għandu jiġi vvalutat skond il-prezz bażiku ta' prodotti simili mibjugħa fis-suq. Ix-xogħol mhux lest u ż-żidiet miegħu jiġu vvalutati proporzjonalment għall-prezz bażiku kurrenti tal-prodott lest. Jekk dan ta' l-aħħar irid jiġi evalwat bil-quddiem, il-kalkolu għandu jiġi bbażat fuq l-ispejjeż attwali magħmula miżjuda bl-ammont korrispondenti għar-riżultat mill-ġestjoni gross jew dħul imħallat. 2.084. Meta jkun stabbilit l-EAA skond is-sistema ta' reġistrazzjoni "netta" (cf. 3.033 u 3.035 sa 3.043), il-VAT fatturat mill-produttur ma tiġix inkluża meta jiġi stabbilit il-prezz bażiku. 2.085. Il-prezz miksub mill-produttur jikkorrispondi għall-prezz tal-produttur (mingħajr ma tkun inkluża il-VAT ffatturata) skond kif definit fl-SNA 93 (i.e. Il-prezz ex-farm). Il-prezz bażiku jista' jinkiseb mill-prezz tal-produttur billi jingħaddu s-sussidji imnaqqsa bit-taxxi (ħlief it-VAT) fuq il-prodotti. Meta jkun hemm problemi biex tkun allokata taxxa jew sussidju fuq prodotti għal prodott speċifiku li tagħmilha diffiċli biex ikun ikkalkulat il-prezz bażiku, l-output jista' jiġi kkalkulat direttament fuq il-prezz bażiku. F'dan il-każ dan jinkiseb direttament mill-valur tal-prezz tal-produttur (eskluż mil-VAT ffatturata), imnaqqas bil-valur tat-taxxi fuq il-prodotti (minbarra t-VAT) u miżjuda bil-valur tas-sussidji fuq il-prodotti. 2.086. L-ivvalutar ta' l-output skond il-prezz bażiku jagħmilha meħtieġa li ssir distinzjoni bejn it-taxxi (minbarra t-VAT) fuq prodotti u sussidji fuq prodotti (cf. 3.027 u 3.053), fuq naħa, u taxxi u sussidji oħrajn fuq il-produzzjoni (cf. 3.044 u 3.058), fuq in-naħa l-oħra. It-taxxi u s-sussidji fuq il-prodotti ma jiġux rreġistrati fil-ġenerazzjoni tal-kont tad-dħul ta' l-industrija (dan il-kont jinkludi biss taxxi oħrajn fuq il-produzzjoni u sussidji oħrajn fuq il-produzzjoni, cf. 3.055). 2.087. Il-prezz ta' oġġett partikolari li jirċievu l-produtturi m' huiwex neċessarjament dejjem l-istess; jista' jvarja, inter alia, skond it-tip tal-kunsinna. Bħala eżempju, l-istruttura, f'termini ta' kwalità, ta' oġġetti esportati direttament mill-produttur tista' tkun differenti mill-istruttura tal-bejgħ intenzjonat għall-konsum nazzjonali jew tal-bejgħ domestiku lil unità agrikoli. Dawn l-oġġetti konsegwentament ikollhom prezz differenti. Għandu jkun innutat li meta unità li tipproduċi tesporta direttament l-output tagħha, l-ammonti ta' kumpens monetarju riċevuti jew imħallsa għall-esportazzjoni iridu jiġu ikkunsidrati fil-EAA. 2.088. Dawn il-prinċipji ġenerali ta' l-ivvalutar jirrikjedu applikazzjonijiet speċifiċi għal ċertu prodotti bħall-prodotti staġjonali u l-inbid. Dawn huima spjegati fit-taqsima li titratta l-ivvalutar tat-tibdil fl-istokk (cf. 2.185 sa 2.200). C. Il-KONSUM INTERMEDJU (cf. il-ESA 95, 3.69 sa 3.73) 1. Definizzjoni 2.089. Il-konsum intermedju jirrapreżenta l-valur ta' l-oġġetti u servizzi kollha użati bħala inputs fil-proċess tal-produzzjoni, minbarra attiv fiss li l-konsum tiegħu huwa rreġistrat bħala konsum ta' kapital fiss. L-oġġetti u servizzi konċernati jew jiġu ttrasformati inkella użati fil-proċess tal-produzzjoni (cf. il-ESA 95, 3.69). Fi klassifikazzjoni dettaljata skond kategoriji differenti ta' oġġetti, il-konsum intermedju juri l-konnessjoni ta' l-agrikoltura ma' fergħat oħra ta' l-ekonomija li jiġri minħabba l-inputs. Il-konsum intermedju jidħol ukoll fil-kalkolu tal-factor intensities (i.e. Il-proporzjon ta' żewġ fatturi tal-produzzjoni, bħala eżempju il-konsum intermedju u l-input tal-ħaddiema). 2.090. Il-konsum intermedju jeskludi attiv fiss akkwistat ġdid jew eżistenti li kien prodott fl-ekonomija jew impurtat: dan jiġi rreġistrat bħala GFCF (cf. 2.109 (c) sa (f)). Dan jikkonċerna oġġetti li huma attiv fiss mhux agrikola, bħall-bini jew strutturi oħrajn, magni w apparat, kif ukoll attiv fiss agrikolu bħaż-żrigħ u l-annimali produttivi. L-akkwist ta' attiv mhux prodott bħall-art huwa eskluż bl-istess mod mill-konsum intermedju. Għodda u oġġetti simili oħra (srieraq, imrietel, turnaviti, eċċ.) jiġu rreġistrati bħala konsum intermedju meta l-valur tax-xiri tagħhom ma jeċċedix il-limitu ta' EUR 500 (skond il-prezzijiet ta' l-1995) kull oġġett (jew għax-xiri totali, jekk miksub fi kwantitajiet kbar). Meta jinqabeż dan il-limitu, ix-xiri ta' dawn l-oġġetti ta' kapital jiġu rreġistrati fil-GFCF (cf. il-ESA 95, 3.70). 2.091. Il-konsum intermedju jinkludi oġġetti u servizzi ikkonsmati f'attivitajiet addizzjonali (e.g. l-amministrazzjoni tax-xiri u l-bejgħ, il-marketing, l-ikkontjar, it-trasport, il-ħżin, il-manteniment, eċċ.). Il-konsum ta' dawn l-oġġetti u servizzi m' għandux ikun distint minn dak ta' l-oġġetti u servizzi ikkonsmati matul l-attività ewlenija (jew sekondarja) ta' KAU lokali. 2.092. Il-konsum intermedju jinkludi wkoll l-infieq fuq l-oġġetti u s-servizzi li, waqt li jibbenefikaw minnhom l-impjegati, huma l-aktar għall-benefiċċju ta' min iħaddem [21] (e.g. ir-rifużjoni lill-imġjegati għal spejjeż ta' trasport, separazzjoni, tneħħija u divertiment magħmula waqt dmirijiethom; infieq biex ikunu pprovduti faċilitajiet fuq il-post tax-xogħol). 2.093. Minħabba l-adozzjoni tal-kunċett ta' l-industrija u l-KAU lokali bħala unità bażika ta' l-EAA, il-konsum intermedju ta' l-industrija jinkludi wkoll oġġetti u servizzi ipprovduti minn KAU lokali għall-oħra (għall-għanijiet tal-produzzjoni), anke jekk dawn l-unità jappartjenu lill-isess unità istituzzjonali. 2.094. Il-kummerċ fil-bhejjem, li huwa simili għal stokk ta' xogħol mhux lest (bħall-majjali zgħar u bajd għat-tfaqqis, cf. 1.77) u li jsir bejn unità agrikoli,u l-importazzjoni tal-bhejjem, ma jiġix rreġistrat bħala konsum intermedju (jew bħala tip ta' output) (cf. 2.066 sa 2.070). 2.095. L-oġġetti u servizzi prodotti u kkonsmati fl-istess unità agrikola (i.e. prodott w użat fl-istess perjodu ta' referenza għall-għanijiet tal-produzzjoni agrikola) ma jiġux irreġistrati bħala konsum intermedju ħlief meta jidhru wkoll fl-output ta' l-industrija (i.e. prodotti tal-ħxejjex użati għall-għalf ta' l-annimali, cf. 2.049 sa 2.057; 2.060). 2.096. Għandu jkun innutat li skond il-konvenzjoni proviżorja ta' il-ESA 95, is-servizzi ta' intermedjazzjoni finanzjarji kollha imkejla indirettament (FISIM) forniti mill-produtturi residenti jiġu rreġistrati fil-konsum intermedju ta' l-ekonomija globali. Fil-każ li jkun deċiż fil-ESA 95 li jsir rendikont tas-servizzi ta' intermedjazzjoni finanzjarji kollha imkejla indirettament mis-settur utent u mill-industrija utenti, il-FISIM użat mill-industrija agrikola għandu jiġi rreġistratbħala konsum intermedju ta' l-industrija agrikola (cf. il-ESA 95, l-Anness I). 2. L-elementi tal-konsum intermedju (a) Iż-żrieragħ u l-istokk biex jinżera' 2.097. Dan it-titolu ikopri l-konsum totali ta' żerriegħa u stokk biex jinżera' mixtrija u mpurtati domestikament għall-produzzjoni kurrenti u l-manteniment ta' stokk fid-dwieli, ġonna tal-frott, u żrigħ ta' siġar tal-Milied. Tinkludi partikolarment xiri dirett ta' żerriegħa u stokk biex jinżera' minn bdiewa oħrajn. Madankollu, iż-żerriegħa prodotta u kkonsmata fl-istess unità fl-istess perjodu ta' referenza ma tiġix irreġistrata taħt dan it-titolu (cf. 2.052). 2.098. Għandu jkun innutat li l-konsum intermedju ta' żerriegħa tal-ħxejjex ta' l-għalqa u ħaxix jikkorrispondi l-aktar għal (i) żerriegħa ta' l-ewwel ġenerazzjoni mixtrija mill-produtturi għat-tnissil u (ii) żerriegħa ċċertifikata mixtrija mill-okkupanti agrikoli għall-produzzjoni tal-ħxejjex. (b) Enerġija; lubrikanti 2.099. Dan it-titolu ikopri l-elettriċità, il-gass u l-fuels u l-propellanti solidi u likwidi l-oħra kollha. Għandu jkun innutat li l-konsum ta' l-enerġija biss fl-azjendi agrikoli għandu jintwera, u mhux il-konsum fid-djar tal-bdiewa. (c) Fertilizzanti u prodotti għat-titjib tal-ħamrija 2.100. Il-prodotti għat-titjib tal-ħamrija jinkludu, bħala eżempju, lime, peat, sludge, ramel u foams sintetiċi. (d) Protezzjoni tal-pjanti u pestiċidi 2.101. Dawn jinkludu erbiċidi, fungiċidi, pestiċidi u sustanzi oħra simili organiċi u mhux organiċi (e.g. lixkiet ivvalenati). (e) Spejjeż veterinarji 2.102. Mediċini li huma fatturati separatament mill-miżata tal-kirurġiku veterinarju għandhom jiġu rreġistrati hawn (mediċini amministrati direttament mill-kirurġiku veterinarju jiġu rreġistrati mal-miżata tiegħu) u l-ispejjeż veterinaji. (f) Affarijiet għall-għalf ta' l-annimali 2.103. Dan it-titolu jkopri l-affarijiet kollha mixtrija w importati domestikament għall-għalf ta' l-annimali, kemm jekk ipproċessati u kemm jekk le, inkluż dawk miksuba direttament minn bdiewa oħrajn. Il-prodotti tal-ħxejjex użati fl-għalf ta' l-annimali prodotti w użati fl-istess perjodu ta' referenza fl-istess azjenda agrikola jiġu wkoll irreġistrati w imdaħħla taħt is-sottotitolu ta' "l-affarijiet għall-għalf ta' l-annimali" bħala konsum intern bejn l-unità (cf. 2.057). Jiġu rreġistrati wkoll fl-output. 2.104. L-ispejjeż magħmula fit-tħejjija u l-preservazzjoni ta' l-għalf (e.g. spejjeż ta' l-enerġija u spejjeż għall-preservativi kimiċi, eċċ.) iridu jinqasmu skond it-tip ta' l-ispiża u mhux flimkien ma' l-għalf innifsu. (g) Manteniment ta' materjali 2.105. Dan it-titolu jinkludi: - xiri ta' oġġetti u servizzi għall-manteniment (i.e. bdil regolari ta' partijiet individwali imħassra jew miksura) u t-tiswija meħtieġa biex l-oġġetti ta' kapital jinżammu f'kondizzjoni li jistgħu jintużaw (cf. 2.127 sa 2.129), - ix-xiri ta' apparat għall-protezzjoni tal-ħxejjex (minbarra preparazzjonijiet għall-protezzjoni tal-pjanti u l-kontroll ta' l-insetti, cf. 2.101), bħal detonaturi, protezzjoni kontra s-silġ, duħħan kontra l-ġlata, eċċ. (h) Manteniment tal-bini 2.106. Dan it-titolu ikopri x-xiri ta' materjali (siment, bricks, eċċ.), l-ispejjeż tal-ħaddiema jew l-ispejjeż sħaħ magħmula mill-bdiewa għall-manteniment ta' bini agrikolu jew strutturi oħra (hlief djar) (cf. 2.127 sa 2.129). (i) Servizzi agrikoli 2.107. Dawn is-servizzi agrikoli (li jiġbru fihom il-kiri ta' makkinarju u apparat bil-ħaddiema magħhom) huma parti integrali mill-agrikoltura (cf. 1.82 sa 1.91) u jiġu rreġistrati bħala konsum intermedju u mdaħħla wkoll taħt l-"output". (j) Oġġetti u servizzi oħrajn 2.108. Dawn l-oġġetti u servizzi oħrajn jinkludu: (a) renti imħallsa, jew direttament inkella bħala parti minn ftehim ta' kiri, għall-użu ta' bini mhux residenzali u attiv ta' kapital ieħor (kemm jekk tanġibbli u kemm jekk mhux tanġibbli) bħall-kiri ta' makkinarju u apparat mingħajr min iħaddimhom (cf. 1.23) jew software tal-kompjuter. Madankollu, jekk ma tista' ssir l-ebda distinzjoni bejn il-kiri ta' bini mhux residenzali minn KAU lokali agrikola u l-kiri ta' l-art, kollox għandu jiġi rreġistrat bħala kiri ta' art fil-kont tad-dħul ta' l-impriża (cf. 3.082); (b) miżati għall-eżamijiet mediċi tal-ħaddiema; (c) miżati għall-konsulenti agrikoli, surveyors, accountants, konsulenti tat-taxxa, avukati, eċċ.; (d) xiri ta' servizi ta' riċerka xjentifika, riċerka tas-suq u reklamar, infieq fuq it-taħriġ tal-ħaddiema u servizzi simili; (e) infieq fuq servizzi tat-trasport: dan jinkludi r-rifużjoni ta' spejjeż magħmula mill-impjegati għal trasport, separazzjoni u tneħħija matul il-qadi ta' dmirijiethom, primarjament għall-benefiċċju ta' min iħaddem, u l-ammonti imħallsa minn min iħaddem lil impriżi indipendenti li jipprovdu trasport għall-impjegati (ħlief għal trasport bejn id-dar u l-post tax-xogħol; cf. 2.092, 2.109(b) u 3.016) kif ukoll it-trasport ta' oġġetti għall-fieri w esebizzjonijiet. Jekk, fuq in-naħa l-oħra, it-trasport huwa pprovdut mill-ħaddiema u min iħaddem stess, l-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati taħt it-titli xierqa. Minħabba li x-xiri ta' oġġetti irid jiġi vvalutat skond il-prezz tax-xerrej u l-bejgħ skond il-prezz bażiku (cf. 2.110 u 2.111, 2.082), l-ispiża tat-trasport ta' l-oġġetti m' hijiex normalment indikata separatament. L-ispejjeż tat-trasport inklużi fil-bejgħ huma kkunsidrati li jiġu ffatturati separatament. Fil-każ fejn il-produttur jingaġġa terza persuna biex tittrasporta l-oġġetti lix-xerrej, l-ispejjeż tat-trasport la jidhru bħala konsum intermedju, u lanqas bħala output fil-EAA. Fil-każ fejn il-produttur jittrasporta l-oġġetti huwa stess, dan huwa kkunsidrat bħala attività mhux agrikola, li għaliha l-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati skond il-każ, jekk l-attività hija nseperabbli. Fl-aħħarnett, dan it-titolu jinkludi l-infieq li jikkonċerna t-trasport magħmul fuq attivitajiet sekondarji mhux agrikoli, kummerċ u ħżin għal terzi persuni; (f) spejjeż postali u tat-telekomunikazzjoni; (g) remunerazzjoni għal servizzi inkluża fi premiums gross ta' l-assigurazzjoni maħruġa biex ikopru lill-impriża kontra riskji bħal telf ta' bhejjem, ħsara bis-silġ, ġlata, nar u rjieħat qawwija, eċċ. Il-bqija, i.e. Il-premium nett,huwa l-parti tal-premium gross imħallas u li hu disponibbli għall-kumpaniji ta' l-assigurazzjoni biex isolvu t-talbiet. Tqassim preċiż tal-premiums gross fiż-żewġ partijiet jista' jsir biss għall-ekonomija nazzjonali globali, kif isir għall-kontijiet nazzjonali. L-allokazzjoni tal-parti dwar is-servizz bejn il-fergħat tal-produzzjoni ġeneralment issir billi jintużaw spjegazzjonijiet adegwati ta' tqassim, b' konnessjoni mal-bini tat-tabelli ta' l-input-output. Għalhekk għandha ssir referenza għall-kontijiet nazzjonali meta jkun qiegħed jiġi rreġistrat dan il-punt fl-EAA (għall-irreġistrar tas-sussidji li jikkonċernaw is-servizzi ta' l-assigurazzjoni ara 3.063, in-nota t' isfel 48); (h) miżati għall-istudju; (i) spejjeż tal-bank ikkontjati (imma mhux imgħax fuq self mill-bank) fil-każi kollha u servizzi ta' intermedjazzjoni finanzjarji imkejla indirettament biss meta dawn ikunu mqassma skond l-utent tas-settur/l-utent ta' l-industrija (cf. 2.096; 3.079); (j) sottoskrizzjonijiet, miżati għas-sħubija f'assoċjazzjonijiet professjonali bħal kmamar tal-kummerċ u trade unions agrikoli; (k) sottoskrizzjonijiet għall-koperattivi agrikoli; (l) spejjeż tat-testijiet tal-ħalib, wirjiet u dħul f'reġistri tal-pedigree; (m) infieq fuq inseminazzjoni artifiċjali u kastrar; (n) pagamenti għall-użu ta' attiv mhux tanġibbli mhux prodott bħal attiv bil-patenti, marki tad-ditti, drittijiet ta' l-awtur, kwoti tal-ħalib jew drittijiet oħra tal-produzzjoni, eċċ. Ix-xiri ta'dan l-attiv mhux tanġibbli mhux prodott, fuq in-naħa l-oħra, jiġi rreġistrat fil-kont tal-kapital; (o) pagamenti magħmula lill-korpi pubbliċi bl-għan li jinkisbu liċenzi jew permessi biex isiru attivitajiet kummerċjali jew professjonali, jekk il-permessi huma suġġetti għal skrutinju dettaljat għall-għanijiet regolatorji (sakemm il-ħlasijiet m' humiex sproporzjonati għall-benefiċċji tas-servizzi konċernati, cf. 3.048(e), u il-ESA 95, 4.80(d)); (p) xiri ta' għodod zgħar, ilbies għax-xogħol, partijiet żejda u apparat li jiflaħ għall-istrapazz ta' valur baxx (anqas minn EUR 500 skond il-prezzijiet ta' l-1995) jew b' ħajja ta' servizz normali ta' anqas minn sena (cf. 2.125); (q) xiri ta' għodod, apparat w ilbies għax-xogħol minn impjegati b' għajnuna speċjali ipprovduta għal dan il-għan jew miżmuma mill-pagi jew salarji tagħhom bi ftehim kuntrattwali. (k) Oġġetti mhux inklużi fil-konsum intermedju 2.109. Il-konsum intermedju, ma jinkludix: (a) oġġetti u servizzi tas-suq li l-unità tal-produzzjoni jipprovdu lill-impjegati tagħhom b' xejn jew b' rata imnaqqsa, sakemm dan l-infieq huwa b' mod ċar u primarjament għall-benefiċċju ta'l-impjegati. Il-valur ta' dawn l-oġġetti u servizzi jifforma parti mill-kumpens ta' l-impjegati (cf. 3.018); (b) għajnuna għal trasport imħallsa minn min iħaddem fi flus lill-impjegati tiegħu; dawn jitiqiesu bħala element ta' kumpens ta' l-impjegati (l-impjegat imbgħad juża dawn il-flus biex iħallas għat-trasport bejn id-dar u l-post tax-xogħol) (cf. 3.018(c)). Bl-istess mod, pagamaneti magħmula minn min iħaddem direttament lil xi mpriża tat-trasport għat-trasport kollettiv tal-ħaddiema (għat-trasport bejn id-dar u l-post tax-xogħol) jgħodd bħala kumpens ta' l-impjegati. Dawn is-servizzi bħat-trasport mid-dar għax-xogħol jew għal faċilitajiet ta' parkeġġ għandhom xi karatteristiċi ta' konsum intermedju. Minkejja dan, dawk li jħaddmu huma kkunsidrati li jeħtieġu dan it-tip ta' servizz biex jattiraw u jżommu lill-impjegati tagħhom (li xorta jkollhom iħallsu għalihom stess) u mhux minħabba l-ħtiġijiet tal-proċess tal-produzzjoni innifsu (cf. l-SNA 93, 7.41); (c) xiri ta' bini agrikolu u proprjetà mobbli (i.e. oġġetti ta' kapital li l-perjodu normali ta' l-użu tagħhom huwa aktar minn sena); dawn l-akkwisti huma kkunsidrati li huma GFCF (cf. 2.162); (d) pagamenti ta' leasing finanzjarju magħmul għall-użu ta' l-attiv fiss għall-agrikoltura ma jiġbrux fihom xiri ta' servizzi imma operazzjonijiet li għandhom jiddaħħlu parti taħt l-imgħax (fil-kont tad-dħul imprenditorjali) u parti bħala rifużjoni ta' kapital (fil-kont finanzjarju) (cf. 2.122); (e) infieq fuq restorazzjoni (għall-manteniment, cf. 2.105 u 2.106) ta' oġġetti ta' kapital fiss (restorazzjoni ta' soqfa, drenaġġ, stallazzjonijiet elettriċi u tas-sħana f'bini agrikolu) u nfieq fuq it-titjib u t-tiswija ta' oġġetti ta' kapital, li huma ntenzjonati li jtawlu il-ħajja tas-servizz normali tagħhom jew iżidu l-produttività tagħhom; dan l-infieq jitqies bħala GFCF minħabba li sew lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex l-attiv fiss jinżamm f'kondizzjoni li jaħdem (cf. 2.127 sa 2.129); (f) xiri ta' servizzi li għandhom x' jaqsmu ma' l-akkwist ta' proprjetà ta' art, bini u oġġetti ta' kapital fiss oħrajn eżistenti, bħal miżati għall-intermedjarji, avukati, surveyors, inġiniera, eċċ. kif ukoll miżati għal reġistrazzjonijiet fir-reġistru ta' l-artijiet (cf. il-ESA 95, 3.111). Dan jitqies bħala li jifforma parti mill-GFCF (cf. 2.132 u2.133); (g) oġġetti u servizzi prodotti u kkonsmati fl-istess unità fl-istess perjodu ta' referenza (ħlief għal ċertu prodotti, cf. 2.056, 2.103, 2.107). Dawn l-oġġetti u servizzi ma jiġux irreġistrati bħala output lanqas; (h) renti mħallsa għall-użu ta' l-art elenkati taħt "renti" (cf. 3.080); (i) infieq fuq l-użu ta' djar; dan huwa konsum finali (kontijiet għad-djar) u m' huwiex muri fil-EAA; (j) deterjorament ta' l-oġġetti ta' kapital, li jaqa' taħt il-konsum ta' kapital fiss (cf. 3.099); (k) premiums ta' l-assigurazzjoni netti (cf. 2.108(g)); (l) premiums ta' l-assigurazzjoni fuq dannu personali u kontribuzzjonijiet għal skemi ta' assigurazzjoni għall-mard u korriment fuq ix-xogħol; dawn huma maqsuma bejn operazzjonijiet distributtivi u konsum finali (kontijiet għad-djar); (m) rati ta' l-ilma imħallsa purament bħala taxxa u li m'għandhomx x' jaqsmu mal-kwantitajiet ta' ilma kkonsmati; (n) xiri ta' servizzi minn korpi pubbliċi taħt ċertu ċirkostanzi (cf. 3.048(e)). 3. L-ivvalutar tal-konsum intermedju 2.110. Prodotti użati għall-konsum intermedju għandhom jiġu vvalutati skond il-prezzijiet tax-xerrej għal oġġetti u servizzi simili applikabbli fil-mument tad-dħul tagħhom fil-proċess tal-produzzjoni. 2.111. Il-prezz tax-xerrej huwa l-prezz li x-xerrej attwalment iħallas għall-prodotti, fil-mument tax-xiri. Dan jinkludi t-taxxi mingħajr sussidji fuq il-prodotti (imma jeskludi taxxi deduċibbli bħal-VAT fuq il-prodotti). Il-prezz tax-xerrej jinkludi wkoll kwalunkwe spejjeż tat-trasport imħallsa separatament mix-xerrej biex iwasslulu l-kunsinna fil-ħin u l-post mixtieq, wara tnaqqis għal xi skonti mill-prezzijiet normali jew spejjeż, fuq xiri li sar bi kwantità kbira jew mhux fi żmienu; minbarra spejjeż fuq imgħax jew servizzi magħduda taħt l-arranġamenti ta' krediti; minbarra kwalunkwe spejjeż oħra magħmula bħala riżultat ta' nuqqas ta' ħlas fil-perjodu stipulat fiż-żmien li fih sar ix-xiri (il-ESA 95, 3.06). 2.112. Kontra dak li jiġri f'fergħat oħra ta' l-ekonomija, is-sussidji li jikkonċernaw il-konsum intermedju huma mportanti fl-agrikoltura. L-għan tagħhom huwa li jnaqqsu l-ispejjeż tal-konsum intermedju. Meta dawn is-sussidji jiġu kklassifikati bħala sussidji fuq prodotti (mhux agrikoli), inaqqsu il-valur tal-konsum intermedju, li huwa rreġistrat fil-prezz tax-xerrej (kemm jekk huma mħallss lill-fornituri tal-konsum intermedju jew lill-produtturi agrikoli). 2.113. Jekk oġġetti jew servizzi jiġu mportati direttament mill-unità ta' produzzjoni, il-prezz tax-xerrej użat għandu jinkludi d-dazji kollha ta' l-importazzjoni, VAT mhux deduċibbli, u ammonti ta' kumpens monetarju (riċevuti jew pagamenti). 2.114. Il-konsum intermedju huwa vvalutat mingħajr VAT deduċibbli. Il-VAT deduċibbli tiġi kkalkulata fuq ix-xiri kollu magħmul mill-unità agrikoli, kemm jekk suġġetti għal-VAT taħt is-sistema normali u kemm jekk is-sistema ta' rata fissa. Id-differenza bejn il-VAT deduċibbli li l-unità agrikoli taħt is-sistema ta' rata fissa setgħu inaqqsu, kieku kienu suġġetti għall-iskema normali tat-VAT, u l-kumpens b' rata fissa jirrapreżentaw kumpens aktar jew kumpens anqas ta' VAT. Dan jiġi rreġistrat taħt sussidji oħra fuq il-produzzjoni jew taxxi oħra fuq il-produzzjoni rispettivament (cf. 3.041 u 3.042). D. IL-FORMAZZJONI TA' KAPITAL GROSS (cf. il-ESA 95 3.100 sa 3.116) 2.115. Il-formazzjoni ta' kapital gross tikkonsisti: - fil-GFCF, - fit-tibdil fl-istokk, - fl-akkwisti imnaqqsa bit-tneħħija ta' oġġetti ta' valur. 2.116. Minħabba li l-EAA huma kontijiet imħejjija sabiex juru ċ-ċirkulazzjonijiet iġġenerati mill-unità fil-funzjoni tal-produzzjoni tagħhom, il-GFCF u t-tibdil fl-istokk biss huma ttrattati hawn taħt. 2.117. Il-formazzjoni ta' kapital gross tfisser il-gross tal-konsum ta' kapital fiss. Il-formazzjoni ta' kapital nett tinkiseb bit-tnaqqis tal-konsum ta' kapital fiss mill-formazzjoni ta' kapital gross. Il-konsum ta' kapital fiss huwa l-valur tad-deprezzament ta' oġġetti ta' kapital fiss bħala riżultat ta' l-użu u d-deterjorazzjoni normali matul il-proċess tal-produzzjoni (cf. 3.099). 1. Il-formazzjoni ta' kapital fiss gross (GFCF) (a) Definizzjoni 2.118. Il-GFCF jikkonsisti fl-akkwisti ta' produtturi residenti, imnaqqsa bit-tneħħija, ta' l-attiv fiss matul perjodu partikolari u miżjuda b' ċertu żidiet fil-valur ta' attiv mhux prodott li joħroġ mill-attività produttiva ta' produttur jew unità istituzzjonali. Attiv fiss huwa attiv tanġibbli jew mhux tanġibbli prodott bħala outputs mill-proċessi tal-produzzjoni li fihom infushom jiġu wżati ripetutament, jew kontinwament, fi proċessi oħra tal-produzzjoni għal aktar minn sena (cf. il-ESA 95, 3.102). (b) Il-kunsiderazzjonijiet għall-ekonomija nazzjonali globali 2.119. Il-GFCF ta' l-ekonomija nazzjonali hu mifhum li jfisser il-proporzjon tal-prodott gross domestiku (PGD) prodott matul is-sena ta' referenza intenzjonat li jintuża għal perjodu ta' aktar minn sena bħala mezz ra' produzzjoni fil-proċess tal-produzzjoni (distint mill-konsum finali ta' djar privati jew pubbliċi, esportazzjoni u tibdil fl-istokk). Konsegwentament, oġġetti li, għalkemm ġew prodotti xi żmien qabel u għalhekk inklużi fil-prodott nazzjonali, jiġu wżati b'mod differenti fil-perjodu ta' referenza, ma jiġux inklużi fil-GFCF ta' l-ekonomija nazzjonali. It-tibdil ta' l-użu jew it-titolu ta' proprjetà ma jimplikax li dawn l-oġġetti jsiru parti mill-prodott domestiku għat-tieni darba u bl-ebda mod ma jbiddel il-massa totali ta' kapital fiss ta' l-ekonomija nazzjonali globali. L-inklużjoni ta' operazzjonijiet bħal dawn hija, madankollu, importanti fl-analiżi ta' fergħa, industrija jew settur omoġenji 2.120. Jekk xi tibdil ta' sidien jirriżulta f'użu differenti (i.e. mhux aktar bħala attiv ta' kapital), ikun hemm tnaqqis fl-attiv ta' kapital ta' l-ekonomija nazzjonali. L-istanti l-aktar komuni ta' dan huma l-vetturi bil-mutur li d-djar jixtru mhux ġodda minn unità ta' produzzjoni, il-bastimenti tal-merkanzija li jinbiegħu mhux ġodda lil pajjiżi oħra, kif ukoll oġġetti ta' kapital li ġew mkissra w impoġġija għal xi użu intermedju. Minħabba li l-użu l-ġdid f'dawn il-każi jifforma parti mill-prodott nazzjonali (konsum finali, esportazzjoni jew xi użu ieħor li jiddependi fuq it-tip ta' oġġetti prodotti mill-iskart) bħala riżultat ta' dan il-GFCF irid jitnaqqas. Din hija r-raġuni għala l-ESA 95 tuża l-kunċett ta' akkwisti netti ta' oġġetti prodotti eżistenti biex tikkalkula l-GFCF: dan it-titolu jippermetti t-tneħħija ta' kapital, i.e. irid jiġu kkunsidrat it-tnaqqis fil-kapital fiss. 2.121. Huwa possibli li l-akkwisti netti ta' oġġetti eżistenti jkunu pożittivi, fi kliem ieħor, li jirrapreżentaw żidiet fl-attiv ta' kapital ta' l-ekonomija globali. Dan huwa l-każ, bħala eżempju, meta vetturi mhux ġodda li diġa' huma mniżżla bħala konsum finali fil-prodott nazzjonali jinxtraw biex jintużaw bħala kapital fiss. Minħabba li l-bejgħ ta' oġġetti ta' investiment eżistenti jeċċedi x-xiri, l-akkwisti netti huma negattivi għall-ekonomija nazzjonali globali. Jekk, madankollu, il-GFCF jinqasam skond il-fergħa utenti, l-akkwisti netti jistgħu ikunu posittivi għal xi fergħat. (c) Il-kriterju tat-trasferiment ta' titolu ta' proprjetà 2.122. Id-determinazzjoni tal-GFCF ta' setturi jew fergħat ta' l-ekonomija hija bbażata fuq il-kriterju tat-trasferiment ta' titolu ta' proprjetà (akkwist, tneħħija) u mhux fuq dak ta' l-użu ta' l-oġġetti. Għandu jiġi nnotat li attiv fiss miksub minn leasing finanzjarju (imma mhux dak li huwa sempliċiment mikri) jitqies bħala attiv tal-kerrej (jekk huwa l-produttur) u mhux ta' min jikri, li jżomm l-attiv finanzjarju ekwivalenti għal talba ipotetika (cf. 2.109(d) u l-Anness II ta' l-ESA 95 dwar id-distinzjoni bejn il-forom differenti ta' kiri ta' oġġetti li jifilħu għall-istrapazz) [22]. 2.123. L-applikazzjoni tal-kriterju tat-trasferiment ta' titolu ta' proprjetà tiddependi fuq is-sistema ta' l-istatistika li fuq il-bażi tagħha l-GFCF jiġi kkalkulat. Jekk hi data mix-xerrejja, fit-teorija m'għandu jkun hemm l-ebda diffikultà (minbarra d-diffikultà prattika ta' l-irreġistrar ta' l-investituri kollha). Madankollu, ħafna drabi, (u dan hu paritikolarment veru fl-agrikoltura), hija l-informazzjoni minn produtturi ta' oġġetti ta' kapital dwar l-output jew il-bejgħ tagħhom li tintuża bħala l-bażi għall-kalkoli. Minbarra dawk il-każi fejn mhux ċar jekk prodott jaqax taħt it-titolu ta' oġġetti ta' kapital jew le, huwa diffiċli wkoll li wieħed jiddetemina min hu x-xerrej attwali minħabba li n-natura ta' l-oġġetti ta' kapital tagħti biss indikazzjoni ta' min hu l-utent. Fl-agrikoltura, għalhekk, hemm ir-riskju li jiġu rreġistrati wkoll oġġetti ta' kapital li ma ġewx akkwistati minn azjendi agrikoli imma minn impriżi kummerċjali bil-għan li jinkrew mingħajr min iħaddihom. (d) Akkwisti 2.124. L-akkwisti ta' attiv fiss jikkonsistu f'attiv fiss ġdid jew eżistenti li kien akkwistat (mixtri, akkwistat bi tpartit, riċevut bħala trasferiment ta' kapital bi tpartit jew miksub bħala lease finanzjarja), attiv fiss prodott u miżmum għall-użu personali tal-produttur, titjib kbir f'attiv fiss u f'attiv mhux prodott tanġibbli, tkabbir naturali f'attiv agrikolu (bhejjem u żrigħ) u spejjeż assoċjati mat-trasferiment ta' titolu ta' proprjetà ta' attiv mhux prodott (cf. il-ESA 95, 3103(a)). 2.125. Wieħed għandu jiftakar li sabiex jikkwalifikaw għall-irreġistrar bħala GFCF, oġġetti li jifilħu għall-istrapazz akkwistati irid ikollhom valur ta' unità (jew valur totali jekk dawn inkisbu fi kwantitajiet kbar) ta' aktar minn EUR 500 skond il-prezzijiet ta' l-1995 (ct. 2,090). 2.126. L-istess japplika għax-xiri jew produzzjoni fuq il-kont proprju ta' sett ta' oġġetti li jifilħu għall-istrapazz meħtieġa għal istallazzjoni inizjali. L-istokk ta' fliexken ta' birrerija jew impriża li tipproduċi l-inbid (minbarra fliexken li ma jiġux ritornati) bħala eżempju, tiiġbor fiha massa ta' oġġetti li jridu jiġu rreġistrati bħala attiv, għalkemm il-valur ta' kull flixkun huwa negliġibbli. L-istess japplika għal siġġijiet u mwejjed, fuħħar u pożati tar-ristoranti u l-għodod ta' impriża. L-istallazzjoni inizjali ta' dawn l-oġġetti tiġbor fiha l-formazzjoni ta' kapital fiss: minkejja dan, l-ebda konsum ta' kapital fiss ma jiġi kkalkulat f'dawn il-każi għaliex huwa assunt li la darba din l-istallazzjoni tkun saret, dejjem se żżomm l-istess valur bħala riżultat ta' xiri kostanti ta' oġġetti li jissostitwixxu oħrajn biex jagħmlu tajjeb għal dawk li jkunu ntilfu jew ma jibqgħux f'posizzjoni li jintużaw. Ix-xiri kurrenti ta' oġġetti li jissostitwixxu oġġetti oħrajn jiġi rreġistrat bħala konsum intermedju. Din ir-regola, li fit-teorija hija ċara, hija kultant diffiċli biex tkun applikata fil-prattika minħabba li data ta' statistika fuq produzzjoni jew bejgħ ma tagħtix idea ċara dwar jekk l-oġġetti imsemmija kienux mixtrija bħala istallazzjoni inizjali jew biex jissostitwixxu oġġetti eżistenti. 2.127. Oġġetti u servizzi nkorporati f'kapital fiss eżistenti bil-għan li jsirilhom titjib, jew jinbnew mill-ġdid, biex titwal il-ħajja ta' l-użu tagħhom jew tiżdied il-produttivita tagħhom, jiġu rreġistrati ma' l-oġġetti ta' kapital li fihom huma nkorporati. Dan ix-xogħol huwa kkunsidrat bħala akkwist ta' attiv fiss ġdid. Fil-prinċipju, dan it-titolu jinkludi l-oġġetti w is-servizzi kollha nkorporati fl-oġġetti ta' kapital fiss li jmorru ferm aktar 'il bogħod mill-għan tal-manutenzjoni u tiswija kurrenti. Manutenzjoni kurrenti hi meħudha li tfisser is-servizzi kollha li, meta mqabbla mat-tul tal-ħajja normali ta' l-oġġetti ta' kapital, iridu jiġu pprovduti kontinwament f'intervalli relattivament qosra sabiex iżommu l-oġġetti f'kondizzjoni tajba. Tkopri, bħala eżempju, it-tibdil ta' partijiet ta' oġġetti ta' kapital li jiddeterjoraw malajr, zebgħa esterna w interna, eċċ. 2.128. L-ammont tas-somom minfuqa fuq din il-manutenzjoni m'hija bl-ebda mod kriterju biex ikun stabbilit jekk servizz joħloqx attiv jew jirrapreżentax manutenzjoni kurrenti, minħabba li fil-każ ta' oġġetti ta' valur għoli ta' kapital, anke servizzi ta' manutenzjoni kurrenti jistgħu iqumu ħafna flus (cf. 2.109(e)). Strettament, l-allokazzjoni ta' servizzi mwettqa fuq oġġetti ta' kapital fiss kemm jekk għall-kategorija tal-"manutenzjoni kurrenti" jew għall-kategorija tal-"GFCF" għandha tiġi stabbilita mill-intervall li jgħaddi qabel is-servizz jiġi rripetut, e.g. tibdil ta' partijiet li normalment jispiċċaw fi żmien sena, bħat-tyres ta' trakk, jgħodd bħala manutenzjoni kurrenti, waqt li l-bdil ta' magna jirrapreżenta formazzjoni ta' kapital fiss, mhux għax il-valur huwa aktar għoli imma għaliex normalment magna ma jkollhiex bżonn tinbidel kull sena imma wara diversi snin. L-irreġistrar ta' servizz ta' dan it-tip taħt it-titolu ta' l-attiv (i.e. trattament bħala formazzjoni ta' kapital fiss u mhux bħala manutenzjoni kurrenti) jagħmilha possibbli li l-valur jitqassam b' mod uniformi matul il-perjodu ta' l-użu kollu permezz tal-konsum ta' kapital fiss. 2.129. Is-SNA 93 tispeċifika li t-titjib fuq attiv fiss għandu jiġi stabbilit jew mid-daqs tat-tibdil fil-karatteristiċi ta' l-attiv fiss – i.e. minn tibdil kbir fil-qies, għamla, rendiment, kapacità jew tul antiċipat tas-servizz – jew mill-fatt li t-titjib m' huwiex tat-tipi li jiġu osservati li jseħħu b'rutina f'attiv fiss ta' l-istess tip, bħala parti minn programmi ordinarji ta' manutenzjoni u tiswija (cf. is-SNA 93, 10.49). (e) Tneħħija 2.130. It-tneħħija ta' attiv fiss jikkonsisti fil-bejgħ, twaqqigħ, rimi jew qerda ta' attiv fiss mis-sid, jew iċ-ċediment tagħhom f'idejn ħaddieħor bi tpartit jew bħala trasferiment ta' kapital bi tpartit (cf. il-ESA 95, 3.103(b) u 3.104). Din it-tneħħija għandha normalment twassal għal tibdil fit-titolu tal-proprjetà u jkollha għan ekonomiku dirett (għalhekk attiv fiss li jitwaqqa', jintrema' jew jinqered mis-sid sabiex ma ma jintużax aktar ekonomikament m'huwiex inkluż f'din it-tneħħija) (cf. is-SNA 93,1035 u 1039). Madankollu, ċertu tneħħija tista' tinżamm fl-istess unità istituzzjonali, bħal fil-każ ta' l-annimali maqtula minn bidwi u kkunsmati mill-familja tiegħu. (f) L-ivvalutar tal-formazzjoni ta' kapital fiss gross 2.131. Il-GFCF jiġi vvalutat fuq il-prezzijiet tax-xerrej (inkluż l-ispejjeż tat-trasferiment tat-titolu ta' proprjetà, istallazzjoni u spejjeż oħra tat-trasferiment) jew, meta prodott fuq il-kont proprju, jiġi vvalutat fuq il-prezzijiet bażiċi ta' attiv fiss simili (il-prezz bażiku jista jinkiseb mis-somma ta' l-ispejjeż magħmula). It-tneħħija għandha tiġi rreġistrata skond il-prezz tal-bejgħ, li għandu jikkorrispondi mal-prezz tax-xerrej imnaqqas bl-ispejjeż magħmula fit-trasferiment tat-titolu tal-proprjetà ta' attiv, istallazzjoni u spejjeż tat-trasferiment (cf. 2.130). (g) L-ispejjeż tat-trasferiment ta' titolu ta' proprjetà 2.132. L-ispejjeż tat-trasferiment ta' titolu ta' proprjetà ta' attiv jirrapreżenta GFCF mill-akkwistatur, anke jekk ftit mill-ispejjeż jitħallsu mill-bejjiegħ. Huma jiġbru fihom l-infieq magħmul sabiex jiittieħed il-pussess ta' l-attiv (spejjeż ta' l-istallazzjoni u trasport, eċċ), ħlas u kummissjonijiet ta' intermedjarji (avukati, esperti, eċċ) u taxxi li jridu jitħallsu fuq servizzi intermedjarji wżati fit-trasferiment tat-titolu tal-proprjetà ta' l-attiv. 2.133. Il-GFCF ta' l-akkwistatur jiġbor fih il-valur ta' l-oġġetti akkwistati (minbarra l-ispejjeż tat-trasferiment) flimkien ma' l-ispejjeż kollha tat-trasferiment involuti fl-akkwist. Kuntrarju għal dan, il-GFCF tal-bejjiegħ jinkludi biss il-valur ta' l-oġġetti mibjugħa (minbarra l-ispejjeż tat-trasferiment) [23]. Fil-każ ta' attiv mhux prodott (bħal art, jew attiv bil-patenti bħad-drittijiet tal-produzzjoni) li m'huwiex inkluż fil-GFCF, dawn l-ispejjeż għandhom jinfirdu mill-akkwist/tneħħija ta' dan l-attiv u rreġistrati taħt titolu differenti bħala GFCF ta' l-akkwistatur. (h) Il-GFCF u t-tibdil fil-valur ta' l-attiv 2.134. Il-balance sheet, li tipprovdi lista dettaljata tal-valuri ta' l-attiv miżmum u impenji li wieħed jidħol għalihom, tipprovdi informazzjoni fuq il-partijiet differenti tat-tibdil fil-valur ta' l-attiv. Kif iddefinit fil-balance sheets (cf. il-ESA 95, 7.08) it-tibdil fil-valur ta' attiv bejn l-aħħar u l-bidu ta' perjodu ta' ikkontjar jista' jiġi deskritta kif ġej: Il-valur ta' l-attiv fil-bidutal-perjodu ta' l-ikkontjar | | –Il-valur ta' l-attiv fil-bidutal-perjodu ta' l-ikkontjar = | Il-GFCF | | –Konsum ta' kapital fiss | | +Tibdil ieħor fil-volum | | +Qligħ nominali ta' l-azjenda (nett mit-telf) | 2.135. Il-qligħ nominali ta' l-azjenda (nett mit-telf) jikkorrispondi għal qligħ ta' l-azjenda (nett mit-telf) akkumulat matul il-perjodu kkunsidrat u li jirriżulta minn tibdil fil-prezz ta' l-attiv li l-karatteristiċi ekonomiċi u fiżiċi (kwantitattivi u kwalitattivi) tiegħu jibqgħu l-istess matul il-perjodu kkonċernat. Dawn it-tibdiliet jiġu rreġistrati fil-kont ta' l-ivvalutar mill-ġdid. 2.136. It-tibdil l-ieħor fil-volum ta' l-attiv huwa ċirkulazzjonijiet li jagħmluha possibbli li tkun irreġistrata is-sejba, id-deterjorament jew l-eżawriment ta' attiv naturali kif ukoll il-konsegwenzi ta' avvenimenti eċċezzjonali li jistgħu ibiddlu l-benefiċċju meħud mill-attiv. Sa fejn jikkonċerna l-attiv ta' l-industrija agrikola, it-tibdil fil-volum jista' jitqassam fi tlett kategoriji ewlenin: - it-telf eċċezzjonali jew it-telf katastrofiku (terremoti, gwerer, nixfa, epidemiji, eċċ.). - il-marġni bejn id-deprezzament antiċipat ta' l-attiv (imkejla bil-konsum ta' kapital fiss) u d-deprezzament attwalment stabbilit (minħabba skadenza ta' l-attiv, dannu, deterjorament u avvenimenti aċċidentali li jwasslu għal deprezzament akbar milli jkun antiċipat). - it-tibdil fil-klassifikazzjoni jew l-istruttura ta' attiv fiss: e.g. it-tibdil fil-għan ekonomiku ta' l-art agrikola, bhejjem tal-ħlib intenzjonati għall-produzzjoni tal-laħam (ct. 2.149. in-nota ta' isfel numru 1) jew bini agrikolu li ġie mibdul għall-użu privat jew użu ekonomiku ieħor. 2.137. Il-GFCF u l-konsum ta' kapital fiss (cf. 3.098 sa 3.106) m'humiex għalhekk l-uniċi elementi li għandhom jiġu kkunsidrati meta jkun analizzat it-tibdil fil-valur ta' l-attiv. (i) L-elementi tal-GFCF 2.138. Il-ESA 95 tiddistingwi bejn erba' tipi ta' elementi li għandhom jiġu rreġistrati bħala GFCF (cf. il-ESA 95, 3.105): - akkwisti imnaqqsa bit-tneħħija ta' attiv fiss tanġibbli ġdid jew eżistenti (djar, bini ieħor u strutturi, makkinarju u apparat, attiv ikkultivat). - akkwisti imnaqqsa bit-tneħħija ta' attiv fiss mhux tanġibbli ġdid jew eżistenti (esplorazzjoni minerali, software tal-kompjuter, xogħolijiet artistiċi u xogħolijiet oħra). - titjib kbir f'attiv tanġibbli mhux prodott, li jinkludi l-art. - spejjeż assoċjati mat-trasferiment ta' titolu ta' proprjetà ta' attiv mhux prodott bħal art u attiv bil-patenti. 2.139. Għall-EAA, issir distinzjoni bejn ħames tipi ta' elementi tal-GFCF: - żrigħ li jipproduċi prodotti ripetutament, - bhejjem, - attiv fiss tanġibbli u mhux tanġibbli: - makkinarju w oġġetti oħra ta' kapital, - apparat tat-trasport, - rziezet (mhux residenzali), - strutturi oħra bl-eċċezzjoni ta' titjib ta' l-art (bini ieħor u strutturi, eċċ.), - oħrajn (software tal-kompjuter, eċċ.), - titjib ta' l-art, - infieq assoċjat mat-trasferiment ta' titolu ta' proprjetà ta' attiv mhux prodott bħal art u drittijiet tal-produzzjoni. 2.140. Il-GFCF fl-attiv agrikolu jikkonċerna żewġ tipi ta' attiv (żrigħ u annimali) li huma wżati ripetutament u kontinwament għall-produzzjoni ta' prodotti bħall-frott, lastiku, ħalib, eċċ.: siġar tal-frott, dwieli, għelieqi tal-ħops, żrigh tal-frott artab u sodod ta' l-asparagu. Iż-żrigħ tas-siġar tal-Milied (li jipprovdi prodott lest darba biss) m' huwiex attiv fiss, bħalma m' humiex iċ-ċereali u l-ħaxix. Annimali li jservu bħala attiv fiss jinkludu, bħala eżempju, annimali tat-tnissil, baqar tal-ħlib, nagħaġ imrobbi għas-suf u annimali tat-tgħabija (annimali tal-qatla, inkluż tjur m'humiex attiv fiss). (j) Iż-żrigħ 2.141. Skond il-ESA 95 (3.103) il-GFCF fi żrigħ jikkorrispondi għall-valur ta' l-akkwisti imnaqqas bit-tneħħija ta' attiv naturali li jipproduċi prodotti ripetuti (bħas-siġar tal-frott) li laħqu l-maturità, flimkien mat-tkabbir naturali ta' dan l-attiv naturali sakemm jilħaq il-maturita' (i.e. jiġġenera prodott), matul il-perjodu ta' l-ikkontjar konċernat. 2.142. Din id-definizzjoni ta' GFCF tikkorrispondi għal: - infieq fuq żrigħ ġdid (ġdid jew imġedded) matul il-perjodu ta' l-ikkontjar, li jinkludi ammonti minfuqa fuq il-manutenzjoni ta' żrigħ mhux antik matul il-perjodu ta' l-ikkontjar (matul l-ewwel tlett snin), - iż-żieda fil-valur intrinsiku taż-żrigħ sal-maturità tiegħu, - l-ispejjeż assoċjati ma' trasferiment ta' titolu ta' proprjetà fi skambji, bejn unità agrikoli, ta' żrigħ li laħaq il-maturità. 2.143. L-ewwel żewġ elementi tal-GFCF fi żrigħ jirrapreżentaw l-output agrikolu fuq il-kont proprju tal-GFCF. 2.144. It-tneħħija ta' żrigħ (rreġistrat bħala GFCF negattiv) jista' jieħu żewġ forom: jista' jkun bejgħ ta' żrigħ li għadu ma ġiex maħsud lil unità (agrikoli) oħrajn, f'liema każ l-ispejjeż assoċjati mat-trasferiment tat-titolu tal-proprjetà biss jiddaħħlu fil-EAA. Il-possibiltà l-oħra hija li ż-żrigħ li ġie maqtugħ qabel żmienu. F'dan il-każ, madankollu, skond id-definizzjoni ġenerali ta' tneħħija, żrigħ maqtugħ għandu jkollu użu ekonomiku dirett; fi kliem ieħor, irid jiddaħħal punt ieħor fil-forma ta' użu ta' oġġetti u servizzi (bħall-bejgħ lil impriża li tispeċjalizza fil-bejgħ ta' l-injam [24]). F'dan it-tieni każ, tneħħija ta' żrigħ li jiġi rreġistrat bħala GFCF negattiv għandu jirrapreżenta ammont modest. 2.145. Konsegwentament, fil-maġġoranza tal-każi (i.e. ħlief fit-tieni każ stabbilit f'2.144), il-valur tat-tħaffir ta' l-art u l-qlugħ taż-żrigħ m'għandux jitnaqqas mill-valur ta' l-investiment fiż-żrigħ. Investimenti ntenzjonati għat-tiġdid ta' żrigħ eżistenti għandhom jitqiesu bħala nvestimenti u mhux bħala spejjeż ta' rutina għal manutenzjoni. 2.146. It-trattament tat-tħaffir ta' l-art u l-qlugħ taż-żrigħ għandu jiġi analizzat skond il-kalkolu tal-konsum ta' kapital fiss. Skond il-ESA 95, hemm konsum ta' kapital fiss fil-każ ta' żrigħ li jikkorrispondi mad-deprezzament taż-żrigħ meta dan jilħaq il-maturità. It-tħaffir ta' l-art u l-qlugħ taż-żrigħ [25] għandu jiġi nterpretat kif ġej: - tħaffir ta' art u qlugħ ta' żrigħ li sar fi tmiem iż-tat-tkabbir normali taż-żrigħ jikkorrispondi għal zrigħ imnaqqas mill-attiv. Dan it-tħaffir ta' l-art u l-qlugħ taż-żrigħ jiiġu kkunsidrati fil-konsum ta' kapital fiss matul il-ħajja produttiva kollha taż-żrigħ. - tħaffir ta' art u qlugħ ''eċċezzjonali'' ta' żrigħ huwa qlugħ ta' żrigħ li sar qabel iż-żmien għal raġunijiet (ekonomiċi, strateġiċi, eċċ.) varji. Dan għandu jiġi nterpretat bħala d-differenza bejn id-deprezzament (effettiv) reali u d-deprezzament normali mkejjel mill-konsum ta' kapital fiss. Din id-differenza fid-deprezzament għandha tiġi rreġistrata fil-kont tat-''tibdil ieħor fil-volum ta' l-attiv'' (kontijiet akkumulattivi) li mhux inklużi fil-EAA. 2.147. It-tibdil fil-valur taż-żrigħ tul il-perjodu ta' l-ikkontjar għalhekk jiġbor fih dawn l-erba' partijiet li ġejjin (cf. 2.134): - il-GFCF, li jikkorrispindi għad-differenza fil-valur bejn l-akkwisti u t-tneħħija matul il-perejodu ta' referenza, kif definit f'2.141 sa 2.145, - il-konsum ta' kapital fiss, li jkejjel id-deprezzament taż-żrigħ, kif definit f'2.146, - tibdil ieħor fil-''volum'' li jikkunsidra l-effetti ta' avvenimenti mhux mistennija fuq iż-żrigħ (bħal tħaffir ta' art u qlugħ ta' żrigħ eċċezzjonali) u li jiġu rreġistrati fil-kont tat-''tibdil ieħor fil-volum ta' l-attiv'' (cf. id-definizzjoni f'2.136 u 2.146), - il-qligħ ta' l-azjenda (nett mit-telf), li jkejjel it-tibdil fil-valur minħabba tibdil fil-prezz matul il-perjodu ta' l-ikkontjar u li jiġi rreġistrat fil-kont ta' l-ivvalutar mill-ġdid tal-kontijiet akkumulattivi tal-ESA 95 (cf. id-definizzjoni f'2.135). 2.148. Investimenti f'attiv ta' ħxejjex ikkultivati, i.e. żrigħ, jiġi rreġistrat jew bħala bejgħ, minn inmpriżi li jispeċjalizzaw f'dan it-tip ta' xogħol agrikolu bil-kuntratt (bil-preparazzjoni tal-ħamrija, forniment ta' magni, pjanti, ħaddiema, eċċ.), jew bħala output fuq il-kont proprju ta' oġġetti ta' kapital fissi prodotti (cf. 1.75). Fil-każ ta' output ta' żrigħ fuq il-kont proprju, dan li ġej għandu jiġi rreġistrat: (a) għal kalkolu tal-valur ta' l-output: għall-oġġetti ta' kapital fiss prodotti fuq il-kont proprju fiż-żrigħ, jew il-valur ta' żrigħ simili vvalutat bl-użu tal-prezz bażiku u l-ispejjeż tal-produzzjoni pro rata magħmula matul il-perjodu, jew il-valur tal-materjali kkonsmati (li jinkludi pjanti imkabbra f'nursery) u servizzi mogħtija matul il-perjodu; (b) fil-kalkolu tal-konsum intermedju, il-valuri ta' oġġetti differenti ta' konsum intermedju wżati (li jinkludu pjanti imkabbra f'nursery); (c) għall-GFCF, taħt it-titolu ''żrigħ'', il-valur miksub meta jingħadd il-valur ta' l-oġġetti ta' kapital fiss prodotti fuq il-kont proprju fiż-żrigħ i (i.e. id-dħul imsemmi f'(a)) u l-output taż-żrigħ ta' l-unità li tispeċjalizza f'dan it-tip ta' xogħol bil-kuntratt. (k) Attiv fiss f'bhejjem 2.149. Il-GFCF għall-bhejjem jikkorrispondi għall-elementi li ġejjin: - it-tkabbir annwali tal-bhejjem (sakemm jilħqu l-maturità); - l-akkwist ta' bhejjem (importazzjoni) imnaqqas bit-tneħħija (qatla [26] u esportazzjoni); - l-ispejjeż assoċjati mat-trasferiment ta' titolu ta' proprjetà magħmula fil-kummerċ bejn unità agrikoli [27]. 2.150. Skond il-ESA 95, il-GFCF għall-bhejjem huwa l-kejl tad-differenza bejn l-akkwisti ta' bhejjem (tkabbir naturali jew importati) matul is-sena, li jinkludi dawk ukoll li ġew mill-produzzjoni fuq il-kont proprju, u tneħħija ta' bhejjem (għall-qatla [28], esportazzjoni jew kwalunkwe użu finali ieħor), li magħhom jiżdiedu l-ispejjeż tat-trasferiment ta' titolu ta' proprjetà [29]. Il-GFCF għall-bhejjem isseħħ matul il-ħajja ta' l-annimal. Biex wieħed jibda, il-GFCF jikkonsisti l-aktar fit-tkabbir naturali ta' l-annimali. Meta dan jilħaq l-età tal-maturità il-GFCF jiġi mkejjel l-iktar skond it-tneħħija (bejgħ għall-qatla jew esportazzjoni). L-importazzjoni, l-esportazzjoni u l-ispejjeż assoċjati mat-trasferiment ta' titolu ta' proprjetà huma partijiet tal-GFCF għall-bhejjem li probabbilment iseħħu matul il-ħajja ta' l-użu ta' l-annimal. It-tkabbir naturali tal-bhejjem (u mhux il-GFCF globali) jirrapreżenta produzzjoni agrikola fuq il-kont proprju ta' attiv fiss f'bhejjem. 2.151. Kif muri f'2.134, il-kejl tal-GFCF għall-bhejjem jiġbor fih biss wieħed mill-elementi tat-tibdil fil-valur ta' l-attiv. Fil-fatt, il-GFCF għall-bhejjem jista jitkejjel biss permezz tat-tibdil fin-numru tal-bhejjem ivvalutat skond il-prezz medju għas-sena kalendarja għal kull kategorija ta' bhejjem (il-metodu kwantitattiv), jekk jiġu sodisfatti tlett kondizzjonijiet: - ebda qligħ jew telf nominali ta' l-azjenda (i.e. tendenza regolari fil-prezzijiet u n-numru tal-popolazzjoni tal-bhejjem), - ebda tibdil ieħor fil-volum (i.e. ebda telf minħabba diżastri naturali u ebda tibdil fil-klassifikazzjoni, eċċ.), - ebda konsum ta' kapital fiss (i.e. ebda deprezzament imbassar fil-valur tal-bhejjem). Metodu ieħor kif wieħed jikkalkula (metodu dirett) jikkonsisti fil-kejl taċ-ċirkulazzjonijiet tad-dħul u l-ħruġ mill-merħliet għal kull kategorija ta' bhejjem, skond il-prezzijiet korrispondenti: minbarra l-akkwisti u t-tneħħija, dan il-metodu irid jikkunsidra d-dħul (partikolarment it-twelid) u l-ħruġ fil-merħliet fl-azjenda. 2.152. Bħala regola ġenerali, għalhekk, il-GFCF tal-bhejjem ma jistax jitkejjel permezz tad-differenza bejn il-valuri tal-bhejjem fi tmiem u fil-bidu tal-perjodu ta' l-ikkontjar. Ir-regola għal kalkolu tal-GFCF għall-bhejjem tiddependi direttament fuq il-metodu adottat għall-irreġistrar u l-kejl tat-tlett elementi tat-tibdil fil-valur tal-bhejjem (minbarra il-GFCF), u partikolarment l-element tal-konsum ta' kapital fiss. 2.153. Fit-teorija, il-konsum ta' kapital fiss għandu jiġi kkalkulat għall-bhejjem [30]. Fil-fatt, il-konsum ta' kapital fiss għall-bhejjem jikkorrispondi għall-kejl tat-tnaqqis antiċipat fil-produttivita tal-bhejjem meta jintużaw għal għanijiet ta' produzzjoni, tnaqqis li minn naħa tiegħu jiġi rifless fil-valur aġġornat tad-dħul futur minn dawn l-istess bhejjem. Madankollu, minħabba id-diffukultajiet prattiċi fl-evalwazzjoni tal-konsum ta' kapital fiss (id-definizzjoni tal-parametri tal-kalkolu huma kumplessi ħafna, cf. 3.105 u 3.106), l-ebda konsum ta' kapital fiss m' għandu jiġi kkalkulat għall-bhejjem produttivi. 2.154. Il-GFCF għall-bhejjem jista' jitkejjel b' metodi varji. Bl-użu tal-metodu ta' l-inventarju perpetwu, kull wieħed mill-elementi tal-GFCF imfissra f'2.149 (tkabbir naturali tal-bhejjem, importazzjoni, bejgħ għall-qatla u esportazzjoni, spejjeż assoċjati mat-trassferimant ta' titolu ta' proprjetà) jista' jiġi vvalutat b' mod strett ħafna. Madankollu, dan jirrikjedi ħafna data (bħall-prezzijiet tal-bhejjem produttivi tul il-ħajja kollha ta' l-użu tagħhom). L-istess huwa minnu għall-metodi bbażati fuq iċ-ċiklu ta' produzzjoni tal-bhejjem. Għalhekk metodu aktar sempliċi jeħtieġ li jiġi adottat, anke jekk huwa anqas strett. 2.155. Il-metodu rrakomandat jimpjega approċċ ta' kalkolu indirett [31]. Huwa bbażat fuq il-kalkolu tat-tibdil fin-numru tal-bhejjem u fuq iż-żewġ assunzjonijiet li ġejjin: - il-prezzijiet tal-bhejjem huma regolarment u normalment prevedibbli, biex b' hekk il-prezz medju annwali jkun jista' jintuża biex jiġu vvalutati l-kwantitajiet filwaqt li jkun eskluż il-qligħ/telf ta' l-azjenda, - it-telf eċċezjonali jista' jkun stmat (fi kwantitajiet u prezzijiet). 2.156. Il-kejl tal-GFCF hu magħmul mis-somma ta' dawn l-elementi li ġejjin: GFCF = | Tibdil fin-numru tal-bhejjem bejn l-aħħar u l-bidu tal-perjodu ta' l-ikkontjar ivvalutat skond il-prezz medju annwali P | | + L-iskont fuq dak li jitwarrab | | + Telf ieħor fuq bhejjem produttivi | | + L-ispejjeż assoċjati ma' trasferiment ta' titolu ta' proprjetà | 2.157. It-terminu ''skont fuq dak li jitwarrab'' jirreferi għad-differenza, fil-mument li l-bhejjem jitneħħew mill-merħliet produttivi, bejn il-valur tal-bhejjem ivvalutati bħala bhejjem produttivi (fejn jista' jissejjah prezz ''ta' kapital'') u l-valur ta' l-istess bhejjem ivvalutat bħala bhejjem intenzjonati għall-qatla (i.e. bil-prezz tal-bejgħ tal-biċċerija). 2.158. It-terminu ''telf ieħor ta' bhejjem produttivi'' jiġbor fih żewġ tipi ta' telf: - telf eċċezzjonali fil-bhejjem produttivi li mmaturaw, - il-valur tal-bhejjem miżmuma fil-produzzjoni sa l-aħħar ta' ħajjithom (mewta naturali). 2.159. Il-valur tat-telf li jiġi rreġistrat fil-kalkolu tal-GFCF jikkorrispondi għad-differenza bejn il-valur tal-bhejjem li kien fis-seħħ fil-bidu tal-perjodu u l-valur tat-tneħħija ta' l-annimali. Din it-tneħħija jiġu vvalutati skond il-prezz tal-bejgħ ta' l-annimali li jinqatlu (i.e. għall-bejgħ jew għal konsum finali proprju) jew ikollhom valur ta' zero jekk m'għandhom ebda użu ekonomiku (e.g. jekk jiġu mneħħija, eċċ.). 2.160. Il-frażijiet "telf ieħor ta' bhejjem produttivi" u "skont fuq dak li jitwarrab" jikkorrispondi għal ċirkolazzjonijiet li jiġu rreġistrati fil-kont tat-"tibdil ieħor fil-volum ta' l-attiv" tal-balance sheet. Dawn jipprovdu rabta bejn il-partijiet differenti tat-tibdil fil-valur ta' l-attiv u l-GFCF, u jiżguraw konformità ma' il-ESA 95. Jekk jiġu njorati dan iwassal biex il-livell reali tal-GFCF għall-bhejjem jiġi sottostmat. 2.161. L-istima tal-produzzjoni ta' kapital fiss f'bhejjem fuq il-kont proprju, li tikkorrispondi għat-tkabbir naturali ta' l-annimali, tittieħed mid-definizzjoni tal-GFCF għall-bhejjem stabbilita f'2.149 applikata għal kategoriji ta' annimali li għadhom m' humiex maturi għal kollox: Il-produzzjoni fuq il-kont proprju = il-GFCF + tnaqqis (qatla u esportazzjoni) - akkwisti (importazzjoni) [32] - (spejjeż fuq it-trasferiment tat-titolu ta' proprjetà). (l) L-attiv fiss tanġibbli u mhux tanġibbli (minbarra l-attiv agrikolu) 2.162. L-attiv fiss tanġibbli u mhux tanġibbli li m' huwiex attiv agrikolu (żrigġ u bhejjem) jikkonsisti fl-elementi li ġejjin: - makkinarju u oġġetti ta' kapital oħrajn, - apparat tat-trasport, - bini agrikolu (mhux residenzali), - oħrajn (software tal-kompjuter, eċċ.). 2.163. Il-GFCF jikkorrispondi għall-akkwist ta' dan l-attiv (attiv ġdid prodott jew importat matul il-perjodu ta' l-ikkontjar, jew attiv eżistenti) imnaqqas bit-trasferimenti lejn unità oħrajn (ta' l-industrija agrikola jew industriji oħrajn). Wieħed għandu jiftakar li jekk din l-operazzjoni tikkonċerna żewġ unità ta' l-industrija agrikola matul l-istess perjodu ta' l-ikkontjar, iż-żewġ ċirkolazzjonijiet jikkanċellaw lil xulxin u l-ispejjeż assoċjati mat-trasferiment tat-titolu tal-proprjetà biss jiġu rreġistrati taħt it-titolu korrispondenti ta' l-attiv fiss. 2.164. Fil-każ ta' bini ta' oġġetti ta' kapital (intenzjonati għall-bejgħ) li l-produzzjoni tagħhom ittul fuq ħafna perjodi, il-valur tax-xogħol imwettaq fil-perjodu tal-produzzjoni għandu jiġi rreġistrat fit-tibdil fl-istokk tal-produttur fil-forma ta' xogħol mhux lest. Dawn l-oġġetti (kemm jekk mobbli jew immobbli) ma jiġux irreġistrati fil-GFCF sakemm it-titolu tal-proprjetà ikun trasferit. B' kuntrast, meta din il-produzzjoni tkun fuq il-kont proprju, dan ix-xogħol jiġi rreġistrat bħala GFCF matul il-perjodu sħiħ tal-produzzjoni (cf. 2.025). 2.165. Attiv li l-użu ekonomiku tiegħu jinbidel mingħajr ma jinbidel il-proprjetarju (e.g. meta bini agrikolu jintuża għal għanijiet li m' humiex ta' xi attività ta' produzzjoni agrikola) ma jiġix irreġistrat bħala tnaqqis fl-attiv. Dan it-tibdil jiġi rreġistrat fil-kont tat-"tibdil ieħor fil-volum ta' l-attiv". (m) Titjib fl-artijiet 2.166. Titjib kbir f'attiv tanġibbli mhux prodott jikkorrispondi l-aktar għal titjib fl-artijiet (kwalità aħjar ta' l-art u produzzjoni ogħla permezz ta' tisqija, drenaġġ u miżuri għall-prevenzjoni ta' l-għargħar, eċċ.) u għandu jitqies bħal kwalunkwe GFCF ieħor. Minħabba li l-akkwisti u t-tnaqqis ma jiġux irreġistrati bħala GFCF (minħabba li huma attiv mhux prodott), l-investimenti fit-titjib ta' l-artijiet jiġu elenkati separatament taħt titolu speċjali fil-GFCF. 2.167. Dawn l-investimenti jiġbru fihom l-infieq fuq it-titjib fl-artijiet u t-tħejjijiet għal użu produttiv ieħor, bl-eċċezzjoni ta' manteniment ta' rutina (cf. 2.127 sa 2.129). Dan l-infieq irid isir mill-okkupanti jew ir-riżultat ta' dan l-infieq irid isir proprjetà tagħhom. Dan jikkonċerna b' mod partikolari l-infieq fuq ix-xogħol infrastrutturali bħal tindif, livellar, drenaġġ, tisqija u konsolidazzjoni (cf. il-ESA 95, 3.106 u l-SNA 93, 10.51 sa 10.54). (n) L-ispejjeż assoċjati mat-trasferiment ta' titli ta' proprjetà ta' attiv mhux prodott 2.168. L-ispejjeż assoċjati mat-trasferiment ta' titli ta' proprjetà ta' attiv mhux prodott jirreferi għall-akkwisti ta' artijiet u attiv mhux prodott mhux tanġibbli (bħal attiv bil-patenti, drittijiet tal-produzzjoni, eċċ.) minn unità agrikoli. Dawn l-akkwisti ma jiġux irreġistrati bħala GFCF (imma taħt titolu ieħor tal-kont tal-kapital, minħabba li huma attiv mhux prodott) u l-ispejjeż assoċjati mat-trasferiment ta' titli ta' proprjetà jiġu rreġistrati bħala GFCF (għall-akkwistatur, imma mhux għall-bejjiegħ). (o) Oġġetti u servizzi esklużi mill-GFCF 2.169. L-oġġetti u servizzi li ġejjin m' humiex inklużi fil-GFCF: (a) għodod zgħar, ilbies tax-xogħol, spare parts u apparat ta' valur baxx (anqas minn EUR 500 skond il-prezzijiet ta' l-1995), anke jekk dawn l-oġġetti għandhom ħajja normali ta' użu ta' aktar minn sena (cf., imma, 2.125 u 2.126); minħabba li jiġġeddu regolarment, u biex jikkonformaw mal-prattiċi ta' l-ikkontjar kummerċjali, dan ix-xiri ta' oġġetti huma kkunsidrati bħala konsum intermedju (cf. 2.105 u 2.106); (b) manteniment u tiswijiet kontinwi (cf. 2.127 sa 2.129) huma kklassifikati bħala konsum intermedju; (c) servizzi ta' riċerka xjentifika, reklamar, riċerka tas-suq, eċċ. Ix-xiri ta' dawn is-servizzi huma nklużi fil-konsum intermedju (cf. 2.108(d)); (d) oġġetti li jifilħu għall-istrapazz akkwistati mid-djar biex jissodisfaw il-ħtiġijiet domestiċi tagħhom; minħabba li dawn l-oġġetti m' humiex użati għal għanijiet ta' produzzjoni, jitiqiesu bħala konsum finali; (e) annimali li jservu bħala stokk: annimali mħaxxna imrobbija għall-qatla, inkluż tjur; (f) qligħ u telf ta' azjendi agrikoli fuq l-attiv fiss (għandu jiġi rreġistrat fil-kont ta' l-ivvalutar mill-ġdid, cf. 2.135); (g) telf fuq attiv fiss ikkawżat minn affarijiet katostrofiċi (mard tal-baqar, eċċ.) jew force majeure (għargħar, irjieħat qawwija, eċċ.) (cf. 2.045 u 2.136). 2.170. Il-valur ta' l-oġġetti ta' kapital fiss użat simultanjament għal għanijiet professjonali u privati (vetturi bil-mutur, bħala eżempju) jiġi rreġistrat skond iż-żewġ tipi possibbli ta' użu tagħhom; parti bħala GFCF u parti, bħala konsum finali. 2. Tibdil fl-istokk (a) Definizzjoni ta' stokk u tibdil fl-istokk 2.171. L-istokk jikkonsisti fl-oġġetti kollha li ma jifformawx parti mill-kapital fiss u huma miżmuma mill-unità li tipproduċi f'mument partikolari. Issir distinzjoni bejn żewġ tipi ta' stokk: stokk input u stokk output: - L-istokk input huwa magħmul minn materjal mhux maħdum u fornituri li jintużaw f'data aktar tard bħala inputs intermedji fil-proċess tal-produzzjoni. Normalment, il-konsum ta' dawn il-prodotti huwa kkalkulat billi jitnaqqas ix-xiri (jew forom oħra ta' akkwisti) bit-tibdil fl-istokk matul il-perjodu ta' referenza (cf. 2.021). - L-istokk output jirrapreżenta l-istokk ta' prodotti lesti u xogħol mhux lest tal-produttur. Dawn jiġu kkunsidrati fil-kalkolu ta' l-output. L-istokk output jikkonsisti fi: - prodotti lesti mill-industrija: dawn huma oġġetti li l-produtturi m' għandhom l-ebda intenzjoni li jipproċessawhom aktar qabel jibagħtuhom għal għanijiet ekonomiċi oħra. Fil-każ ta' l-agrikoltura, jinkludu prodotti tal-ħxejjex, żejt taż-żebbuġa, għeneb magħsur, prodotti tal-bhejjem u oġġetti mhux agrikoli prodotti f'attivitajiet sekondarji nseparabbli, - xogħol mhux lest: dan huwa output li għadu mhux lest għal kollox. Għall-EAA, dan jinkludi nbid, bhejjem għall-qatla, it-tiġieġ kollha u tjur oħra (inkluż tjur għat-tnissil) u annimali oħra ħlief dawk meqjusa bħala kapital fiss. Għandu jkun innutat li l-ħxejjex imkabbra (cf. 2.012) m' humiex meqjusa bħala stokk ta' xogħol mhux lest fil-kontijiet ekonomiċi annwali. 2.172. Li ma jiġux rreġistrati ħxejjex imkabbra bħala xogħol mhux lest huwa ġustifikat għall-agrikoltura Ewropea minħabba l-fatt li maġġoranza kbira ta' ħxejjex għandhom ċiklu ta' produzzjoni li huwa iqsar mill-perjodu ta' l-ikkontjar. Jinħass ukoll li jekk jiġu rreġistrati fil-mument tal-ħsad tagħhom dan jippermetti konsistenza suffiċjenti ma' l-ispejjeż tal-produzzjoni li jridu jinżammu fl-analiżi tad-dħul mill-attività (cf. 2.012). Meta l-ħsad, il-preparazzjoni tal-ħamrija u l-operazzjonijiet taż-żrigħ isiru f'perjodi ta' l-ikkontjar differtenti, il-kontijiet tal-perjodu li fih isiru l-ispejjeż juru telf fl-ikkontjar u dawk tal-ħsad juru profitt fl-ikkontjar. Dan il-metodu ta' l-ikkontjar jista', madankollu, jiġi aċċettat minħabba li jekk il-kondizzjonijiet jibqgħu l-istess minn sena għall-oħra jiġi stabbilit bilanċ approssimattiv f'dak l-infieq li jiġi kkumpensat fl-istess perjodu mill-profitt mill-bejgħ tal-ħsad preċedenti. Huwa biss fil-każ ta' bidla sostanzjali fil-produzzjoni jew f'każijiet ta' ħsad baxx li dan il-kumpens ma jseħħx. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, jista' jkun indikat l-irreġistrar ta' l-output bħala xogħol mhux lest (ara wkoll 2.013). 2.173. Għandu jkun innutat li s-servizzi ma jiddaħħlux bħala stokk ħlief għal dawk inklużi fil-valur tax-xiri ta' l-oġġetti impoġġija fl-istokk. 2.174. Skond il-ESA 95, it-tibdil fl-istokk jitkejjel billi jitnaqqas il-valur tal-ħruġ mill-istokk u kwalunkwe telf rikurrenti ta' oġġetti fl-istokk mill-valur tad-dħul fl-istokk. (b) Iż-żmien ta' l-irreġistrar u l-ivvalutar tat-tibdil fl-istokk 2.175. Id-dħul fl-istokk għandu jiġi vvalutat fid-data tad-dħul fl-istokk u l-ħruġ mill-istokk għandu jiġi vvalutat skond il-prezzijiet prevalenti meta jinħareġ l-istokk. Il-mument ta' l-irreġistrar (u l-ivvalutar) tad-dħul u l-ħruġ mill-istokk għandu jkun konsistenti ma' dak ta' operazzjonijiet oħrajn fi prodotti (l-output u l-konsum intermedju). 2.176. Il-prezz bażiku huwa l-prezz li jintuża għall-ivvalutar tat-tibdil fl-istokk (dħul, ħruġ jew telf rikurrenti ta' prodotti lesti jew xogħol mhux lest). Fejn għandu x' jaqsam id-dħul fl-istokk ta' xogħol mhux lest, il-prezz użat għandu jiġi stmat billi jkun applikat il-frazzjon ta' l-ispejjeż totali tal-produzzjoni magħmula sa' l-aħħar tal-perjodu għall-prezz bażiku ta' prodott simili lest. Inkella, il-valur tad-dħul fl-istokk tax-xogħol mhux lest jista' jiġi stmat bil-valur ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni b' mark-up għar-riżultat mill-ġestjoni mistenni jew id-dħul imħallat (stmat) (cf. il-ESA 95, 3.51 u 3.52). 2.177. Il-metodurrakkomandat fil-ESA 95 għall-irreġistrar ta' dħul u ħruġ mill-istokk huwa l-metodu perpetwu ta' l-iventarju. Madankollu, is-soluzzjoni m' hijiex ġeneralment applikabbli minħabba d-diffikultà biex tinkiseb informazzjoni dwar dħul u ħruġ fl-istokk. F'attentat biex jiġi lineari mal-metodu perpetwu ta' l-inventarju, il-ESA 95 jirrakkomanda metodu "kwantitattiv" li jikkonsisti fil-kejl tat-tibdil fl-istokk bħala d-differenza fil-volum bejn l-istokk fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta' l-ikkontjar, ivvalutat skond il-prezzijiet medji fis-seħħ matul il-perjodu konċernat. Madankollu, dan il-metodu huwa applikabbli biss jekk il-prezzijiet jibqgħu stabbli matul il-perjodu kkunsidrat jew jekk il-prezzijiet u l-kwantitajiet fl-istokk jiżdiedu jew jonqsu b' rata kostanti matul il-perjodu ta' l-ikkontjar. 2.178. Dan il-"metodu kwantitattiv" ma jistax jiġi applikat għall-produzzjoni tal-ħxejjex minħabba l-vajazzjoni fil-prezzijiet u l-kwantitajiet li jirriżultaw mill-proċess tal-produzzjoni u l-istruttura tal-provvista u d-domanda. Din il-problema li hija speċifika għall-agrikoltura hija rikonoxxuta mill-ESA 95 (cf. 3.124 (c)). 2.179. Għandu jkun ikkunsidrat li tibdil fl-istokk, kif definit f'2.174, huwa wieħed mill-partijiet tat-titbdil fil-valur ta' l-istokk bejn il-bidu u t-tmiem tal-perjodu ta' l-ikkontjar. Hemm fil-fatt somma bażika ta' l-ikkontjar li torbot iċ-ċifri ta' l-attiv fl-istokk tal-bidu u ta' l-għeluq: Il-valur ta' l-istokk ta' l-għeluq skond il-prezzijiet applikabbli fit-tmiem tal-perjodu ta' l-ikkontjar | | – Il-valur ta' l-istokk tal-bidu skond il-prezzijiet applikabbli fil-bidu tal-perjodu ta' l-ikkontjar = | Tibdil fl-istokk (dħul – ħruġ – telf rikurrenti) | | + qligħ nominali ta' l-azjenda agrikola (nett mit-telf) | | + tibdil ieħor fil-volum | 2.180. Dan il-qligħ u telf nominali ta' l-azjenda agrikola u t-tibdil l-ieħor fil-volum [33] m' għandhomx jiġu nklużi fil-kejl ta' l-output, imma fil-kont tat-tibdil l-ieħor fl-attiv (rispettivament, fil-kont ta' l-ivvalutar mill-ġdid u fit-tibdil l-ieħor fil-volum tal-kont ta' l-attiv). 2.181. Id-diffikultà ewlenija fl-ivvalutar tat-tibdil fl-istokk fl-EAA tikkonċerna l-prodotti tal-ħxejjex. Dawn il-prodotti huma fil-fatt staġjonali li d-dħul tagħhom fl-istokk iseħħ biss wara l-ħsad u li l-ħruġ tagħhom mill-istokk itul fuq ħafna xhur wara l-ħsad u ħafna drabi ikompli fis-sena ta' l-ikkontjar li jkun imiss. Il-prezz tagħhom jista' wkoll ikun suġġett għall-varjazzjonijiet sostanzjali minn perjodu għall-ieħor, jew anke fl-istess perjodu. (c) Tibdil fl-istokk tal-bhejjem u l-prodotti ta' l-annimali 2.182. Meta jkun ivvalutat it-tibdil fl-istokk tal-bhejjem, m' huwiex wisq importanti jekk l-annimali kienux imrobbija mit-twelid fil-pajjiż jew importati meta kienu zgħar fl-età u mbgħad imrobbija w imħaxxna. Meta l-annimali importati jittieħdu mill-azjenda li tkompli trabbihom fit-territorju nazzjonali, l-annimali jiġu "nazzjonalizzati" u konsegwentament assimilati għall-produzzjoni domestika. 2.183. Biex ikun evalwat it-tibdil fil-merħla fit-tmiem tal-perjodu ta' referenza, trid issir distinzjoni bejn il-merħla fl-"istokk" u l-merħla "fl-attiv fiss" (cf. 2.140 u 2.202). Il-valur skond il-prezzijiet bażiċi għall-ewwel kategorija ta' l-annimal għandha tkun ikkunsidrata li hija s-somma ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni tul il-ħajja ta' l-annimal medju fil-klassijiet differenti tal-bhejjem sa u nkluż is-sena ta' referenza, miżjud b' mark-up għar-riżultat mill-ġestjoni stmat jew stima tad-dħul imħallat (cf. 2.176). Jekk annimal kien oriġinarjament importat qabel il-perjodu tiegħu fit-territorju nazzjonali, il-prezz tax-xerrej fil-mument ta' l-importazzjoni jista' jitqies bħala li jirrapreenta s-somma ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni sa' dik id-data. 2.184. Minħabba t-tibdil ġenerali regolari fil-prezzijiet ta' l-annimali, huwa possibbli li tevalwa t-tibdil fl-istokk tal-bhejjem b' metodu sempliċi ta' approssimazzjoni li jeskludi l-qligħ nominali ta' l-azjendi agrikoli (nett mit-telf). Għal kull kategorija ta' aniimal, it-tibdil fil-populazzjoni bejn il-bidu u t-tmiem tas-sena ta' l-ikkontjar jiġi mmultiplikat bil-prezz medju osservat matul il-perjodu ta' referenza. (d) Tibdil fl-istokk ta' prodotti staġjonali 2.185. Il-prodotti staġjonali (cf. 2.178 u 2.181) huma prodotti li għalihom il-metodu kwantitattiv ma jirrapreżentax approssimazzjoni tajba ta' l-inventarju perpetwu minħabba t-tibdil irregolari fil-prezzijiet u l-kwantitajiet. L-applikazzjoni tal-metodu kwantitattiv jista' jwassal għall-inklużjoni tal-qligħ jew telf nominali ta' l-azjenda agrikola fil-kejl tat-tibdil fl-istokk.Soluzzjoni waħda tista' tkun il-kejl tat-titbdil fl-istokk fuq perjodi iqsar mill-perjodu ta' referenza (bħala eżempju, kull tlett xhur), sottoperjodi li jkollhom xejriet fil-prezzijiet u l-kwantitajiet aktar lineari. Minkejja dan, dan it-tip ta' metodu huwa ħafna drabi diffiċli biex ikun applikat minħabba nuqqas ta' data bażika. 2.186. Metodu ieħor ta' kif ikun evalwat l-istokk ta' prodotti staġjonali huwa dak li jeżamina x-xejra fil-prezzijiet tal-prodotti fl-istokk. Il-prezz ta' oġġett jista' jinbidel matul il-ħażna għall-mill-anqas tlett raġunijiet (l-SNA 93, 6.105): - il-kwalitajiet fiżiċi tiegħu jistgħu jitjiebu jew jeħżienu biż-żmien, - jista' jkun hemm fatturi staġjonali li jinfluwenzaw il-provvista u d-domanda tiegħu, u għalhekk jirriżulta f'tibdil regolari u prevedibbli fil-prezz tiegħu matul is-sena, anke jekk il-kwalitajiet fiżiċi tiegħu jistgħu ma jinbidlux, - jista' jkun hemm fatturi bħall-inflazzjoni ġenerali jew fatturi oħra ġenerali li jistgħu iwasslu għal tibdil fil-prezz anke jekk il-karatteristiċi fiżiċi jew ekonomiċi tiegħu ma jinbidlux biż-żmien. 2.187. Id-differenza bejn il-prezz li bih il-prodotti jitpoġġew fl-istokk u l-prezz li biħ jinħarġu mill-istokk, fl-ewwel żewġ każi, għandha tirrifletti l-valur ta' l-output addizzjonali prodott matul il-ħażna (l-SNA 93, 6.106), minħabba li prodotti maħruġa mill-ħżin għal diversi xhur wara l-ħsad huma differenti, f'termini ekonomiċi, minn dawk li jkunu maħżuna. Din it-tip ta' żieda fil-valur tal-prodotti m' għandhiex tingħadd bħala qligħ nominali ta' l-azjenda agrikola (l-SNA 93, 12.70). 2.188. Fuq il-bażi tal-partijiet differenti tat-tibdil fil-valur ta' l-istokk u l-fatturi li jiddeterminaw it-tibdil fil-prezzijiet tal-prodotti miżmuma fl-istokk, u minħabba d-diffikultà biex ikun eskluż għal kollox l-irreġistrar tal-qligħ u telf ta' l-azjenda agrikola mill-ivvalutar ta' l-output staġjonali, humarrakkomandati żewġ metodi. Dawn huma differenti fl-interpretazzjoni tagħhom ta' l-attività ta' ħżin u l-mument ta' l-irreġistrar tat-tibdil fil-valur ta' l-oġġetti li jirriżulta minn kemm idumu fl-istokk. L-ewwel metodu jiġbor fih il-metodu ta' referenza applikat fl-ivvalutar ta' l-output u t-tibdil fl-istokk tal-produzzjoni agrikola staġjonali. It-tieni metodu jista' jintuża għal każi aktar speċifiċi (l-aktar prodotti li l-prezzijiet tagħhom huma diffiċli li tbassarhom). 2.189. Il-metodu ta' referenza jikkonsisti fid-determinazzjoni tat-tibdil fl-istokk bħala d-differenza bejn il-valur ta' l-output għas-sena u l-valur tal-bejgħ (w użu ieħor) għall-istess sena [34]. Dan huwa bbażat fuq l-assunzjoni li ma baqax stokk fit-tmiem tas-sena ta' marketing (it-tmiem ta' l-ewwel nofs tas-sena kalendarja ta' wara). Jinvolvi direttament l-evalwar ta' l-output totali tal-ħsad matul sena n billi jintuża l-prezz medju miżun għas-sena ta' marketing (n/n + 1) u minn dan jitnaqqas il-valur tal-bejgħ kollu (w użu ieħor) magħmul matul is-sena kalendarja n li tikkorrispondi għas-sena tal-ħsad [35] skond il-prezzijiet applikabbli fil-mument tal-bejgħ (w użu ieħor). 2.190. Il-metodu ta' referenza jittratta l-attività tal-ħżin bħala fattur li jgħolli l-prezzijiet ta' l-oġġetti matul il-ħżin. Għalhekk jagħmel distinzjoni bejn l-attività tal-ħżin u l-effetti tagħha fuq il-prezzijiet tal-prodott. Iż-żieda fil-valur li tirriżulta minn kemm il-prodott idum fl-istokk hija "antiċipata" minħabba li tiġi allokata lill-output ta' sena n (i.e. is-sena tal-ħsad, anke jekk il-bejgħ huwa imqassam fuq sentejn kalendarji), u b' hekk huwa possibbli li wieħed jantiċipa ix-xejriet fil-prezz mingħajr wisq inċertezza minħabba li jirriżultaw minn tibdil ftit jew wisq regolari u prevedibbli (cf. 2.186). 2.191. L-applikazzjoni ta' dan il-metodu jagħmilha possibbli li tkun minimizzata l-inklużjoni tal-qligħ u t-telf ta' l-azjenda agrikola fil-kejl ta' l-output. Jassigura konsistenza bejn il-kalkoli ta' l-output fil-valur u l-kwantità u jevita l-irreġistrar ta' l-output fuq il-bażi ta' xogħol mhux lest (billi jitlob data dwar il-livell ta' l-istokk fil-bidu t-tmiem tas-sena kalendarja, bil-prezzijiet korrispondenti). Jiffaċilita wkoll l-elaborazzjoni tal-kontijiet fi prezzijiet kostanti. 2.192. Metodu ieħor, it-tieni, huwa rrakkomandat fil-każ speċifiku ta' prodotti li l-prezzijiet tagħhom huwa diffiċli li tbassrahom (bħall-frott, ħaxix, patata u żejt taż-żebbuġa) u li l-ħzin tagħhom fl-azjendi agrikoli jilħaq livelli ekonomiċi sinifikanti. Dan il-metodu huwa anqas strett mill-metodu ta' referenza fl-esklużjoni tal-qligħ u t-telf ta' l-azjenda agrikola mill-kejl ta' l-output; jikkunsidra l-attività tal-ħżin bħala estensjoni tal-proċess tal-produzzjoni fiż-żmien. L-inklużjoni taż-żieda fil-prezzijiet ta' oġġetti maħżuna tiġi ttardjata w allokata lis-sena li fiha sar il-ħżin. 2.193. B' dan it-tieni metodu, l-output staġjonali jiġi kkalkulat direttament bħala s-somma tal-bejgħ, l-użu ieħor u t-tibdil fl-istokk. It-tibdil fl-istokk jiġi stmat bl-ivvalutar ta' l-istokk fit-tmiem u l-bidu tal-perjodu ta' l-ikkontjar fuq il-bażi tal-prezzijiet kurrenti tagħhom. 2.194. Għandu jkun innutat li dawn iż-żewġ metodi huma differenti fil-mod kif ikejlu it-tibdil fl-istokk imma mhux fil-mod kif jiġi vvalutat il-bejgħ (li huwa vvalutat skond il-prezzijiet bażiċi applikabbli fil-mument tal-ħruġ mill-istokk) (e) Tibdil fl-istokk ta' l-inbid (minn għeneb prodott mill-istess azjenda) 2.195. L-inbid huwa prodott li ġeneralment jinżamm fl-istokk għal ħafna snin biex jimmatura. Matul dan il-perjodu ta' ħżin, il-kwalità tiegħu tinbidel. L-attività tal-ħżin tiegħu tista' titqies bħala estensjoni tal-proċess tal-produzzjoni ta' l-inbid minħabba li l-inbid li jitneħħa mill-ħażna huwa differenti mill-inbid li nħażen l-ewwel darba. Nbid maħżun għandu għalhekk jitiqies bħala xogħol mhux lest u ż-żieda fil-valur li mbgħad tiġi stabbilita għandha titqies bħala żieda fl-output li trid titkejjel kontinwament tul iż-żmien. 2.196. It-tibdil fil-valur ta' l-inbid jista' jirriżulta minn tlett fatturi: tibdil fil-kwalità tiegħu, tibdil fl-istruttura tal-provvista u d-domanda (i.e. Il-prezzijiet relattivi bejn l-inbid mhux matur u l-inbid matur), u żieda ġenerali fil-prezzijiet. Waqt li t-tibdil fil-valur ta' l-inbid ikkawżat mill-ewwel żewġ fatturi għandu jiġi inkluż fil-kejl ta' l-output, kwalunkwe żieda fil-prezz ta' l-inbid ikkawżata minn żieda ġenerali fil-prezzijiet ta' l-inbid m' għandhiex tirrifletti ruħha fil-valur ta' l-output imma meqjusa bħala qligħ ta' l-azjenda agrikola (irreġistrat fil-kont ta' l-ivvalutar mill-ġdid). 2.197. L-irreġistrar taż-żieda fil-valur ta' l-inbid fil-valur ta' l-output għandha ssir matul il-proċess kollu tal-maturità. Madankollu, dan ifisser li jrid ikun hemm ammont kbir ta' data disponibbli fl-istruttura ta' l-istokk ta' l-inbid ibbażata fuq is-sena tal-produzzjoni tagħhom, il-kwalità u l-post tal-produzzjoni, kif ukoll fuq l-iżvilupp tal-prezzijiet rispettivi tagħhom. Minħabba li din id-data kollha ġeneralment ma' tkunx disponibbli fl-Istati Membri, ġew żviluppati żewġ metodi prattiċi li jippermettu li ż-żieda fil-valur ta' l-inbid ikkawżata mill-maturità tiegħu tiġi kkalkulata approssimattivament għall-EAA. Għalkemm mhux daqshekk strett fil-kuntest kunċettwali, dawn iż-żewġ metodi xorta jidhru li huma aċċettanbbli fis-sitwazzjoni preżenti fejn tidħol id-disponibilità tad-data. L-għażla ta' kull Stat Membru tiddependi fuq l-istruttura tiegħu ta' l-industrija tat-tkabbir ta' l-inbid u s-sistema ta' l-istatistika. 2.198. L-antiċipazzjoni taż-żieda fil-valur mill-maturità ta' l-inbid: l-ewwel metodu huwa biex jiġi vvalutat id-dħul fl-istokk ta' l-inbid li jrid jiġi mmaturat mill-produttur, billi jintużaw il-prezzijiet tal-bjegħ ta' l-inbid li diġà ġie mmaturat, skond kif osservat fit-tieni nofs tas-sena. Iż-żieda mistennija fil-valur hija antiċipata fl-output tas-sena tal-ħsad. Din iż-żieda hija biss parzjali minħabba li dawn l-inbejjed ma jiġux ivvalutati skond il-prezz reali tal-bejgħ tagħhom imma skond il-prezzijiet ta' nbejjed oħra ta' l-istess tip imma ixjeħ. Id-differenza bejn il-prezz reali tal-bejgħ tagħhom u dak użat għall-ivvalutar tad-dħul fl-istokk ma tingħaddx fil-valur ta' l-output, minħabba li hija nterpretata bħala qligħ ta' l-azjenda agrikola (NB: din id-differenza tinkludi l-effetti ta' l-inflazzjoni). Minħabba li ma ssir l-ebda distinzjoni bejn is-sena tal-ħsad ta' l-inbid fl-istokk u ta' l-inbid mibjugħ, jitqies li s-suq ta' l-inbid ta' kwalità huwa lineari f'termini ta' l-età ta' l-inbid. 2.199. Dewmien biex tkun ikkunsidrata l-maturità ta' l-inbid: it-tieni metodu huwa biex jiġi vvalutat id-dħul fl-istokk skond il-prezz ta' l-inbid "mhux immaturat" fil-mument tal-ħsad u mhux li jiġi rreġistrat bħala żieda fl-inbid meqjus bħala xogħol mhux lest (i.e. iż-żieda fil-prezz ikkawżat mill-maturità, irrispettivament mill-effett tat-tibdil ġenerali fil-prezz ta' l-inbid) sakemm l-inbid matur jinbiegħ. Minħabba li l-bejgħ huwa vvalutat skond il-prezz medju għas-sena, kwalunkwe żieda fil-valur bejn is-sena tal-ħsad u s-sena tal-bejgħ tiġi rreġistrata fl-output tas-sena tal-bejgħ (u għalhekk ma tiġix distribwita matul iż-żmien). Dan il-metodu jirrikjedi aktar data fuq l-istruttura ta' l-istokk ta' l-inbid minħabba li jassumi li d-distribuzzjoni ta' l-istokk (u ħruġ mill-istokk) huma magħrufa għal kull sena ta' ħsad. Minkejja dan, jipprovdi idea aktar preċiża tal-bejgħ u l-istokk ta' l-inbejjed antiki differenti. 2.200. L-ebda wieħed minn dawn iż-żewġ metodi prattiċi ma jippermetti li ż-żieda fil-valur ta' l-inbid mill-maturità tiġi ddistribwita tul iż-żmien: wieħed jirreġistraha bil-quddiem u l-ieħor wara ċertu żmien. Dan l-iżvantaġġ jista' jitqies bħala relattivament zgħir fiż-żewġ każi jekk ikun assunt li hemm ċertu stabilità matul iż-żmien fil-produzzjoni ta' l-inbid "immaturat". L-ewwel metodu jidher li hu ppreferut meta l-perjodu medju tal-maturità ikun qasir. 3. L-irreġistrar tal-bhejjem bħala "GFCF" jew "tibdil fl-istokk" 2.201. Kif imsemmi f'2.140 u 2.151, it-tibdil fin-numru tal-bhejjem (għall-għanijiet ta' l-istastitika agrikola) jiddaħħlu jew bħala GFCF jew bħala tibdil fl-istokk skond it-tip ta' l-annimal. (a) Definizzjoni 2.202. Il-GFCF tal-bhejjem jikkonċerna l-annimali, i.e. attiv fiss, użat ripetutament u kontinwament fil-proċessi tal-produzzjoni. Dan jitrabbew għall-output li jipprovdu regolarment u jinkludu, bħala eżempju, bhejjem għat-tnissil, bhejjem għall-ħalib, annimali tat-tgħabija, nagħaġ u annimali oħrajn imrobbija għas-suf tagħhom. B' kuntrast, l-annimali li jservu bħala stokk huma annimali prodotti matul il-perjodu kurrenti jew ta' qabel li jinżammu f'kondizzjoni li jinbiegħu jew jintużaw għal għanijiet oħrajn tal-produzzjoni f'data aktar tard. Dawn jinkludu annimali imrobbija għall-laħam tagħhom bħall-annimali għall-qatla u t-tjur. (b) L-irreġistrar ta' l-annimali mportati 1. L-annimali identifikabbli bħala attiv fiss: 2.203. Jekk, fil-mument ta' l-importazzjoni, l-annimali kienu f'posizzjoni li jiġu identifikati b' mod ċar bħala attiv fiss, jiġu rreġistrati esklussivament bħala akkwisti fil-GFCF (cf. 2.149 u 2.150). Naturalment, l-annimali mixtrija biss mill-industrija agrikola għandhom jiġu rreġistrati bħala GFCF ta' l-agrikoltura, u għalhekk mhux, bħala eżempju, żwiemel tas-sarġ għall-użu privat jew annimali akkwistati għal għanijiet oħrajn. 2. Annimali identifikabbli bħala stokk: 2.204. B' kuntrast, jekk fil-mument ta' l-importazzjoni l-annimali kienu f'kondizzjoni li jkunu identifikati b' mod ċar bħala stokk (e.g. annimali għall-qatla) l-importazzjoni tagħhom tkun ikkunsidrata bħala dħul fl-istokk tax-xogħol mhux lest u għalhekk, imnaqqsa mill-bejgħ (bejgħ negattiv) fil-kalkolu ta' l-output (cf. 2.069). 3. It-trattament li jrid jiġi adottat: 2.205. Huwa ħafna drabi diffiċli, fuq il-bażi tas-sorsi tad-data disponibbli, li jsiru distinzjonijiet pertinenti bejn dawn iż-żewġ kategoriji differenti ta' annimali. Din hija r-raġuni għala l-valur ta' l-annimali kollha mportati (annimali ikklassifikati bħala attiv fiss jew stokk, imma bl-eċċezzjoni ta' dawk l-annimali mportati għall-qatla immedjata) għandu jitnaqqas mill-bejgħ fil-kalkolu ta' l-output. Jekk fi kwalunkwe mument huma jiġu ttrasferiti lejn il-merħla tal-bhejjem produttivi (i.e. attiv fiss), jiġu rreġistrati bħala oġġetti ta' kapital fiss prodotti fuq il-kont proprju matul il-perjodu ta' referenza meta jsir it-trasferiment (bħala ma jsir fil-każ ta' l-annimali li jiġu prodotti u mrobbija fil-pajjiż u li huma mbgħad ittrasferiti lejn merħliet ta' bhejjem produttivi) (cf. 2.069 u 2.070). 2.206. Għandu jkun innutat li annimali mportati għall-qatla immedjata jiġu rreġistrati bħala importazzjoni tal-biċċeriji nazzjonali u ma jiġux irreġistrati fl-EAA minħabba li dawn ta' l-aħħar huma ristretti fid-deskrizzjoni ta' l-output ta' l-agrikoltura nazzjonali. (c) L-irreġistrar tal-kummerċ fil-bhejjem bejn l-unità agrikoli 2.207. Annimali kklassifikati bħala attiv fiss: kummerċ f'dawn l-annimali jiġi rreġistrat bħala GFCF bħala akkwisti u tnaqqis fl-attiv fiss (servizzi assoċjati mat-trasferiment tat-titolu tal-proprjetà jiġu rreġistrati fil-prezz tal-bejjiegħ). Meta l-bejgħ u x-xiri jsir fl-istess perjodu ta' l-ikkontjar, dawn iċ-ċirkolazzjonijiet jikkumpensaw lil xulxin u s-servizzi assoċjati mat-trasferiment tat-titolu tal-proprjetà biss jiġu rreġistrati bħala GFCF (cf. 2.068). 2.208. Annimali kklassifikati bħala stokk: dan il-bejgħ u x-xiri jiġi rreġistrat biss jekk isir f'żewġ perjodi ta' l-ikkontjar differenti. Servizzi assoċjati ma' dan il-kummerċ, li huma nklużi fil-prezz tax-xerrej, għandhom jitnaqqsu mill-output totali meta l-kummerċ iseħħ fl-istess perjodu ta' l-ikkontjar (cf. 2.067). 2.209. Minħabba t-trattament speċjali tal-kummerċ fil-bhejjem bejn l-unità agrikoli u l-importazzjoni, m' hemmx konsum intermedju għall-"Bhejjem u prodotti ta' l-annimali". (d) Annimali mhux agrikoli 2.210. It-trobbija ta' żwiemel tat-tiġrija, żwiemel tas-sarġ, klieb, qtates, għasafar tal-gaġġa, annimali taż-zoo u taċ-ċirku u barrin għall-ġlied huwa nkluż fl-attivitajiet li jiddefenixxu l-industrija agrikola, kemm jekk huma għat-tnissil, produzzjoni tal-laħam, rekreazzjoni jew avvenimenti sportivi (cf. 1.78). L-użu ta' dawn l-annimali għal attivitajiet ta' servizz huma nklużi fl-industrija agrikola biss, meta dawn l-attivitajiet jitwettqu mill-unità agrikoli bħala attivitajiet sekondarji nseparabbli. It-trobbija ta' annimali mhux agrikoli minn unità li għalihom l-attività agrikola tirrapreżenta biss attività tal-ħin liberu m' hijiex ikkunsidrata bħala parti mill-EAA (cf. 1.24). 2.211. Annimali bħal dawn jistgħu jinbiegħu lil: - djar: f'liema każ kulloperazzjoni sussegwenti li tinvolvi dawn l-annimali m' humiex ta' interess għall-EAA, - fergħat oħra: kelb ta' l-għassa, annimal taċ-ċirku jew ċiemel tat-tiġrija, bħala eżempju; dawn jifformaw parti mill-formazzjoni ta' kapital fiss tal-fergħa li tixtri. III. OPERAZZJONIJIET DISTRIBUTTIVI U ĊIRKOLAZZJONIJIET OĦRA A. DEFINIZZJONI 3.001. L-operazzjonijiet distributtivi huma operazzjonijiet: - li jiddistribwixxu valur miżjud iġġenerat mill-produzzjoni fost il-ħaddiema, il-kapital u l-gvern ġenerali, - li jinvolvu id-distribuzzjoni mill-ġdid tad-dħul u l-ġid. 3.002. Il-ESA 95 jiddistingwu bejn it-trasferimenti kurrenti u t-trasferimenti ta' kapital, dawn ta' l-aħħar jirrapreżentaw id-distribuzzjoni mill-ġdid tat-tifdil jew ġid aktar milli tad-dħul. 3.003. Minħabba li l-EAA huma l-kontijiet għal industrija, ċertu operazzjonijiet distributtivi biss se jkunu deskritti f'dan il-kapitolu. L-aktar importanti huma dawk irreġistrati fil-kontijiet tad-distribuzzjoni tad-dħul primarju, partikolarment il-ġenerazzjoni tal-kont tad-dħul u l-kont tad-dħul imprenditorjali (cf. is-sekwenza tal-kontijiet ta' l-EAA, 1.38 sa 1.48). Fil-każ tal-ġenerazzjoni tal-kont tad-dħul, dawn l-operazzjonijiet distributtivi jikkonċernaw lil taxxi oħrajn fuq il-produzzjoni, sussidji oħrajn fuq il-produzzjoni u l-kumpens ta' l-impjegati. Għall-kont tad-dħul imprenditorjali, dawn jikkorrispondu għal ċertu tipi ta' dħul minn proprjetà (l-aktar renti fuq artijiet, imgħax u dħul minn proprjetà attribwit lid-detenturi ta'poloz ta' assigurazzjoni). Dan il-kont jirreġistra wkoll l-operazzjonijiet distributtivi li jikkorrispondu għal għajnuna għal investiment u trasferimenti oħra ta' kapital fil-kont tal-kapital. 3.004. Ma jinkludux xi operazzjonijiet distributtivi li jikkonċernaw ċertu dħul mill-proprjetà (l-aktar dividendi u dħul ieħor imqassma mill-korporazzjonijiet), taxxi kurrenti fuq id-dħul u l-ġid, eċċ. L-irreġistrar ta' dawn l-operazzjonijiet huwa statistikament vijabbli u sinifikanti biss jekk jiġu kkunsidrati l-gruppi ta' l-unità istituzzjonali, i.e. setturi u sottosetturi (cf. 1.06). B. REGOLI ĠENERALI 1. Il-perjodu ta' referenza 3.005. Il-perjodu ta' referenza għall-EAA huwa s-sena kalendarja. 2. L-unità 3.006. Il-valuri għandhom jiġu espressi f'miljuni ta' unità tal-munita nazzjonali. 3. Iż-żmien ta' l-irreġistrar ta' l-operazzjonijiet distributtivi 3.007. Kif kien spjegat f'2.008, il-ESA 95 jirreġistra operazzjonijiet distributtivi fuq bażi akkumulattiva, i.e. fi kliem ieħor, fil-mument meta l-valur ekonomiku, l-ammont dovut jew it-talba joriġinaw, jiġu ttrasformati, ikkanċellati jew ma jibqgħux jeżistu, u mhux fil-mument meta l-pagament attwalment isir. Dan il-prinċipju ta' l-irreġistrar (ibbażat fuq id-drittijiet u l-obbligi) jiġi applikat għaċ-ċirkolazzjonijiet kollha, irrispettivament minn jekk humiex ċirkolazzjonijiet monetarji, jew jekk iseħħux bejn l-unità jew fi ħdan unità waħda. Madankollu, ċertu eċċezzjonijiet jistgħu ikunu ġustifikati għal raġunijiet prattiċi. 3.008. Iż-żmien ta' l-irreġistrar tat-tipi varji ta' l-operazzjonijiet distributtivi huma kif ġej: (a) Il-kumpens ta' l-impjegati 3.009. Il-pagi u s-salarji gross u l-kontribuzzjonijiet soċjali attwali (imħallsa mimm min iħaddem) jiġu rreġistrati matul il-perjodu li fih isir ix-xogħol, għalkemm il-premiums u pagamenti oħra eċċezzjonali jiġu rreġistrati fil-mument li jsiru dovuti (cf. il-ESA 95, 4.12). (b) Taxxi u sussidji fuq il-produzzjoni 3.010. Taxxi fuq il-produzzjoni jiġu rreġistrati fil-mument meta l-attivitajiet, l-operazzjonijiet jew avvenimenti oħrajn li iwasslu għal obbligazzjonijiet fiskali (cf. il-ESA 95, 4.26). Bl-istess mod, is-sussidji fuq il-produzzjoni jiġu rreġistrati fil-mument meta sseħħ l-operazzjoni jew xi avveniment ieħor (produzzjoni, bejgħ, importazzjoni, eċċ.) li għandhom x' jaqsmu magħhom (cf. il-ESA 95, 4.39). (c) Dħul minn proprjetà 3.011. L-imgħax jiġi rreġistrat matul il-perjodu ta' l-ikkontjar li fih ikun dovut, irrispettivament minn jekk attwalment jitħallasx (cf. il-ESA 95, 4.50 u wara). Dan isir kontinwament għall-ammont tal-kapital fil-kwistjoni. Ir-renti jiġu rreġistrati wkoll għall-perjodu li fih ikunu dovuti (cf. il-ESA 95, 4.75). (d) It-trasferimenti ta' kapital 3.012. It-trasferimenti ta' kapital (għotjiet ta' investiment jew trasferimenti oħra) jiġu rreġistrati fiż-żmien meta l-pagament ikun dovut (jew, fil-każ ta' trasferimenti bi tpartit ta' attiv, meta t-titolu tal-proprjetà ta' l-attiv jiġi ttrasferit jew meta d-dejn jiġi kkanċellat) (cf. il-ESA 95, 4.162 u 4.166). 4. Rimarki ġenerali dwar il-valur miżjud 3.013. Il-valur miżjud huwa l-punt li jibbilanċja fil-kont tal-produzzjoni. Huwa d-differenza bejn il-valur ta' l-output u l-valur tal-konsum intermedju (irrispettivament mill-kunċett ta' l-output użat, minħabba li l-konsum intermedju jinbidel b' dan il-mod). Huwa punt importanti fil-kejl tal-produttività ta' ekonomija jew industrija. Jista' jkun ikkontjat fuq bażi gross (il-valur miżjud gross) jew fuq bażi nett (il-valur miżjud nett), i.e. qabel jew wara t-tnaqqis tal-konsum ta' kapital fiss. Il-valur miżjud nett huwa l-uniku riżors fil-ġenerazzjoni tal-kont tad-dħul. Skond il-metodu għall-ivvalutar ta' l-output (il-prezz bażiku) u l-konsum intermedju (il-prezzijiet tax-xerrej) il-valur miżjud nett jitkejjel skond il-prezzijiet bażiċi. 3.014. Bit-tnaqqis ta' taxxi oħra fuq il-produzzjoni mill-valur miżjud skond il-prezzijiet bażiċi, u ż-żieda ta' sussidji fuq il-produzzjoni, jinkiseb il-valur miżjud skond il-kost tal-produzzjoni. Il-valur miżjud nett skond il-kost tal-produzzjoni jiġbor fih id-dħul tal-fatturi tal-produzzjoni. C. Il-KUMPENS TA' L-IMPJEGATI (cf. il-ESA 95, 4.02 sa 4.13) 3.015. Il-kumpens ta' l-impjegati huwa ddefinit bħala remunerazzjoni totali, kontanti/tpartit, pagabbli minn min iħaddem lill-impjegat bi tpattija għal xogħol li jsir minn dan ta' l-aħħar matul il-perjodu ta' l-ikkontjar (cf. il-ESA 95, 4.02). Jinkludi: - il-pagi u s-salarji gross (kontanti/tpartit), - il-kontribuzzjonijiet soċjali ta' min iħaddem (attwali jew akkreditati). 3.016. Il-pagi u s-salarji gross f'kontanti jikkonsistu f'dawn il-partijiet: (a) il-pagi u s-salarji diretti bażiċi (imħallsa f'intervalli regolari); (b) it-titjib fir-rati tas-sahra, xogħol bil-lejl jew tmiemil-ġimgħa, xogħol ta' natura diffiċli partikolari, eċċ.; (c) l-ogħli tal-ħajja u l-ħlas għall-akkomodazzjoni; (d) il-benefiċċji mal-paga bħall-bonus u għotjiet tal-Milied, l-aħħar tas-sena, btala jew fuq il-produttività għal gradi għolja; (e) l-għajnuna għat-trasport lejn u mix-xogħol [36]; (f) il-kumpens għall-jiem attwalment mhux maħduma, btajjel imħallsa; (g) il-kummissjonijiet, tips, miżati ta' attendenza; (h) l-għajnuniet u l-pagamenti okkażjonali l-oħra marbuta mar-riżultati globali tal-kumpanija bħala parti minn skemi ta' qsim tal-profitt; (i) il-pagamenti magħmula minn min iħaddem bħala kontribuzzjoni għall-formazzjoni ta' attiv mill-impjegati; (j) il-pagamenti ta' darba lill-impjegati meta jitilqu mill-impriża, ħlief meta dawn il-pagamenti jsiru taħt xi ftehim kollettiv; (k) il-ħlasijiet għall-akkomodazzjoni mħallsa f'kontanti minn min iħaddem lill-impjegati tiegħu. 3.017. Għandu jkun emfasizzat li d-data li trid tiddaħħal huma l-pagi u s-salarji gross, inkluż it-taxxi fuq il-pagi u s-salarji u kwalunkwe rati ogħla ta' dawn it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta' l-impjegati. Fil-każi fejn jitħallsu pagi u salarji netti minn min iħaddem lill-impjegati tiegħu, allura, dawn għandhom jiżdiedu bil-valur tal-punti imsemmija fuq. 3.018. Il-pagi u s-salarji gross imħallsa bi tpartit jikkonsistu f'oġġetti u servizzi li jitpoġġew għad-disposizzjoni minn dawk li jħaddmu għall-impjegati tagħkom bla ħlas jew bi prezzijiet imraħħsa għall-użu ta' l-impjegati u l-famili tagħhom, kif u meta jridu, biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom. Mhux neċessarjament jidhru fil-proċess tal-produzzjoni. Il-valur tagħhom huwa l-valur tal-benefiċċju li jirrapreżentaw: il-valur ta' l-oġġetti jekk jiġu pprovduti bla ħlas, jew id-differenza bejn il-valur ta' l-oġġetti u l-ħlasijiet li jkunu saru lill-impjegati jekk jiġu pprovduti bi prezzijiet imraħħsa. Dawn il-punti, li huma ta' importanza konsiderevoli għall-EAA, jinkludu l-partijiet li ġejjin: (a) il-prodotti agrikoli li jitpoġġew għad-disposizzjoni ta' l-impjegati bla ħlas jew bi prezzijiet imraħħsa, permezz ta' remunerazzjoni [37]; (b) is-servizzi ta' akkomodazzjoni prodotti fuq il-kont proprju u pprovduti lill-impjegati bla ħlas jew bi prezzijiet imraħħsa [38]; (c) l-oġġetti u s-servizzi mixtrija minn dak li jħaddmu, iżda li dan ix-xiri jissodisfa d-definizzjoni ta' pagi imħallsa bi tpartit (i.e. meta ma jirrapreżentawx konsum intermedju). B' mod partikolari, it-trasport ta' l-impjegati bejn il-post tax-xogħol u d-dar tagħhom hija parti mill-pagi tagħhom imħallsa bi tpartit, sakemm il-vjaġġi isiru matul il-ħin ta' dak li jħaddem. Din il-kategorija tinkludi servizzi ta' akkomodazzjoni mixtrija u crèches tat-tfal, eċċ. (cf. il-ESA 95, 4.05). 3.019. Il-pagi u s-salarji imħallsa bi tpartit għandhom jiġu vvalutati skond il-prezz bażiku tagħhom jew skond il-prezz tax-xerrej (skond jekk dawn l-affarijiet humiex prodotti mill-unità stess jew mixtrija minn barra). 3.020. Il-pagi u s-salarji gross, b' kuntrast, ma jinkludux l-infieq li jsir minn dawk li jħaddmu li huwa għall-benefiċċju tagħhom stess u magħmul fl-interess ta' l-impriża. Il-punti fil-kwistjoni huma, inter alia: għajnuna fi flus għal rifużjoni ta' nfieq fuq it-trasport, separazzjoni jew tneħħija magħmul mill-impjegati fil-qadi ta' dmirijiethom, spejjeż ta' divertiment magħmula mill-impjegati fuq il-kont ta' l-impriża u nfiq biex ikunu pprovduti faċilitajiet fuq il-post tax-xogħol (e.g. faċilitajiet sportivi u ta' rekreazzjoni). Bl-istess mod, pagamenti fi flus kontanti minn dawk li jħaddmu lill-impjegati tagħhom għax-xiri ta' għodod jew ilbies speċjali (inkluż ammonti li l-impjegati huma obbligati b'kuntratt li jiddedikaw għal dawn l-għanijiet) m' humiex parti mill-pagi u s-salarji gross inklużi taħt dan it-titolu. Dawn il-punti kollha jiġu rreġistrati fil-konsum intermedju ta' dawk li jħaddmu (cf. il-ESA 95, 4.07). 3.021. Il-kontribuzzjonijiet soċjali jinkludu l-valur tal-kontribuzzjonijiet soċjali imħallsa minn dawk li jħaddmu biex jiżguraw li l-impjegati tagħhom huma koperti bid-disposizzjonijiet tal-ħarsien soċjali (ħlief il-kontribuzzjonijiet soċjali ta' l-impjegati imnaqqsa direttament mill-pagi u s-salarji gross (cf. 3.017). Dawn il-kontribuzzjonijiet jistgħu ikunu attwali jew akkreditati. 3.022. Il-kontribuzzjonijiet soċjali attwali jirrapreżentaw il-pagamenti magħmula minn dawk li jħaddmu, inkluż kontribuzzjonijiet statutorji, kuntrattwali u voluntarji permezz ta' assigurazzjoni kontra riskji u tbatija soċjali. Dawn il-kontribuzzjonijiet soċjali jitħallsu lil assiguraturi (amministrazzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew assiguraturi privati). Għalkemm imħallsa direttament lill-assiguraturi, dawn jitqiesu bħala parti mill-kumpens ta' l-impjegati minħabba li dawn ta' l-aħħar jitqiesu bħala li qegħdin jirċievu l-kontribuzzjonijiet u mbgħad iħallsuhom lill-impriżi ta' l-assigurazzjoni. 3.023. Il-kontribuzzjonijiet soċjali akkreditati jirrapreżentaw il-kontraparti għall-benefiċċji soċjali mhux iffinanzjati, imħallsa direttament minn dawk li jħaddmu lill-impjegati tagħhom jew lill-ex impjegati tagħhom mingħajr l-involviment ta' impriżi ta' l-assigurazzjoni jew fondi awtonomi tal-pensjoni [39] (cf. il-ESA 95, 4.10). Dawn il-kontribuzzjonijiet jiġu rreġistrati matul il-perjodu li fih isir ix-xogħol (jekk huma l-kontraparti ta' benefiċċji soċjali obbligatorji) jew meta l-benefiċċji jiġu pprovduti (jekk huma l-kontraparti ta' benefiċċji soċjali volantarji). 3.024. Għandu jkun innutat li, fil-EAA, jekk l-unità tal-produzzjoni huma mpriżi individwali, il-kumpens ta' l-impjegati ma jinkludix ir-remunerazzjoni għax-xogħol li jsir fl-azjenda agrikolu mill-okkupant jew membri tal-familja tiegħu bla salarju; dawn il-persuni jaqsmu fid-dħul imħallat, li huwa l-bilanċ tal-ġenerazzjoni tal-kont tad-dħulgħall-impriżi individwali. Jekk, madankollu, l-unità tal-produzzjoni huma parti minn korporazzjoni (cf. 5.09 u 5.10), ir-remunerazzjoni kollha trid tiġi rreġistrata bħala kumpens ta' l-impjegati. D. TAXXI FUQ IL-PRODUZZJONI U L-IMPORTAZZJONI (cf. il-ESA 95, 4.14 sa 4.29) 3.025. It-taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni huma pagamenti obbligatorji, mhux rifużi, fi flus kontanti jew imħallsa bi tpartit li jiġu mposti mill-gvern ġenerali, jew mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni ta' oġġetti u servizzi, l-impjieg ta' ħaddiema, il-proprjetà jew l-użu ta' art, bini jew attiv ieħor użat fil-produzzjoni. Dawn it-taxxi jitħallsu irrispettivament minn jekk isirux profitti jew le (cf. il-ESA 95, 4.14). 3.026. It-taxxi fuq il-produzzjoni jinqasmu f': - taxxi fuq il-prodotti: - taxxi tat-tip tat-VAT, - taxxi u dazji fuq l-importazzjoni li ma jinkludux it-VAT, u - taxxi fuq prodotti li ma jinkludux il-VAT u taxxi fuq l-importazzjoni - taxxi oħrajn fuq il-produzzjoni. 1. Taxxi fuq il-prodotti 3.027. It-taxxi fuq il-prodotti huma taxxi mħallsa fuq kull unità ta' oġġetti u servizzi prodotti jew ikkumerċjati. Jistgħu ikunu ekwivalenti għall-ammont monetarju stabbilit għal kull unità ta' oġġett jew servizz jew ikkalkulat ad valorem bħala perċentaġġ fiss tal-prezz ta' l-unità jew il-valur ta' l-oġġett jew servizz (cf. il-ESA 95, 4.16). 3.028. It-taxxi tat-tip tal-VAT huma taxxi fuq prodotti u servizzi miġbura fi stadji mill-impriżi u finalment imposti kollha fuq ix-xerrej finali. Jinkludu l-VAT u taxxi oħra deduċibbli applikati taħt regoli simili għal dawk li jirregolaw it-VAT [40]. 3.029. It-taxxi u d-dazji fuq l-importazzjoni minbarra l-VAT jikkonsistu f'pagamenti obbligatorji imposti mill-gvern ġenerali, jew mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, fuq oġġetti importati, minbarra t-VAT, sabiex jiddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa tat-territorju ekonomiku, u fuq servizzi pprovduti lil unità residenti minn unità mhux residenti. 3.030. Dawn jinkludu dazji fuq l-importazzjoni u taxxi oħrajn bħal levies fuq prodotti agrikoli mportati, ammonti ta' kumpens monetarju imposti fuq l-importazzjoni, dazji tas-sisa, eċċ. (cf. il-ESA 95, 4.18). Jitħallsu mill-importaturi u normalment jgħaddu fuq l-okkupant li jixtri l-prodotti, i.e. isiru parti mill-prezz tax-xerrej ta' l-oġġetti jew servizzi. Fil-każi fejn il-mezzi tal-produzzjoni huma mportati direttament mill-unità tal-produzzjoni agrikola, id-dazji fuq l-importazzjoni, il-VAT mhux deduċibbli u l-ammonti ta' kumpens monetarju (riċevuti jew pagamenti) għandhom jidhru wkoll fil-prezz tax-xerrej għall-għanijiet ta' l-EAA. 3.031. It-taxxi fuq il-produzzjoni, minbarra l-VAT u t-taxxi fuq l-importazzjoni, jikkonsistu f'taxxi fuq l-oġġetti u servizzi prodotti minn impriżi residenti u mħallsa bħala riżultat tal-produzzjoni, esportazzjoni, bejgħ, trasferiment, kiri jew fornitura ta' dawn l-oġġetti jew servizzi, jew bħala riżultat ta' l-użu tagħhom għall-konsum finali proprju jew il-formazzjoni tal-kapital proprju (cf. il-ESA 95, 4.19). 3.032. Fil-każ ta' l-agrikoltura, it-taxxi fil-kwistjoni huma: - t-taxxi fuq ix-xtieli taz-zokkor, - penalitajiet għal meta jinqabżu kwoti fuq il-ħalib, - il-levies ta' ko-responsabilità applikabbli qabel għall-ħalib u ċ-ċereali. 3.033. Minħabba li l-output huwa rreġistrat skond il-prezzijiet bażiċi, it-taxxi fuq il-prodotti jiġu rreġistrati fil-kont tal-produzzjoni (cf. 2.082 sa 2.086) u ma jidhrux fil-ġenerazzjoni tal-kont tad-dħul. Għandhom jiġu rreġistrati meta jseħħu l-attivitajiet, operazzjonijiet jew avvenimenti oħra li jwasslu għall-pagament tagħhom. Minħabba li l-EAA jirreġistraw dawn l-affarijiet netti mil-VAT deduċibbli, l-uniku taxxa fuq il-bejgħ kollu rreġistrata fihom hija l-VAT mhux deduċibbli. Din hija r-raġuni għala l-ebda VAT ma tiġi rreġistrata fil-kontijiet, ħlief fil-każ speċjali ta' kumpens anqas tal-VAT inkluż taħt "taxxi oħra fuq il-produzzjoni" (cf. 3.048(g)). 3.034. It-taxxi fuq il-prodotti (minbarra t-VAT) li jaffetwaw ċertu prodotti ta' konsum intermedju agrikolu għandhom jiġu inklużi fil-prezz tax-xerrej tal-konsum intermedju fil-kont tal-produzzjoni (cf. 2.110 sa 2.113). Każi bħal dawn jinkludu, bħala eżempju, it-taxxi fuq iz-zokkor u l-alkoħol użat biex isir l-inbid huma mposti f'xi uħud mill-Istati Membri ta' l-UE. Dawn it-taxxi, li jiġbru fihom taxxi fuq prodotti ta' l-industriji agri-alimentari, għandhom jingħaddu mal-valur tal-konsum intermedju ta' l-industrija agrikola. 2. Kif titqies it-taxxa fuq il-valur miżjud VAT 3.035. Id-deskrizzjoni ta' il-ESA 95 (4.17) tirreferi għas-sistema normali tal-VAT li taħtha kull impriża titħalla tnaqqas mill-ammont ta' VAT dovut fuq il-bejgħ tagħha l-ammont ta' taxxa li tkun ħallset fuq ix-xiri ta' l-inputs intermedji jew l-oġġetti ta' kapital. Madankollu, flimkien mar-regolamenti normali tat-VAT, hemm regolamenti speċjali għall-agrikoltura (sistemi ta' rata fissa ta' VAT) li huma differenti fil-forma minn Stat Membru ta' l-UE għal ieħor. 3.036. Is-sistemi ta' rata fissa ta' VAT użati fl-Istati Membri ta' l-UE jistgħu jiġu ggruppati f'żewġ tipi ewlenin ta' kumpens għal-VAT imħallas fuq ix-xiri: - permezz tal-prezz. F'dan il-każ, il-bdiewa suġġetti għas-sistemi ta' rata fissa ibiegħu il-prodotti tagħhom bi prezz miżjud bil-perċentaġġ tar-rata fissa tal-VAT imma ma jħallsux il-VAT iffatturata lill-awtoritajiet finanzjarji minħabba li l-VAT li jiffatturaw u jżommu hija kkalkulata biex tikumpensa kemm jista' jkun eżatt għal-VAT li jkunu ħallsu fuq ix-xiri tagħhom, - bħala rifużjoni. Taħt din is-sistema, il-bdiewa jbiegħu il-prodotti tagħhom mingħajr it-VAT. B' applikazzjoni mill-awtoritajiet finanzjarji, huma aktar tard jirċievu rifużjoni ikkalkulata bħala perċentaġġ tar-rata fissa [41] applikata fuq il-bejgħ tagħhom b' kumpens għal-VAT li jkunu ħallsu fuq ix-xiri tagħhom. (a) Definizzjonijiet 3.037. Il-kunċetti li ġejjin għas-sistema normali tal-VAT japplikaw ukoll għas-sistema tar-rata fissa: (a) Il-VAT iffatturat mill-produttur: din hija l-VAT li l-produttur jikkalkula skond ir-rata applikabbli għall-prodott mibjugħ u li jinkludiha fuq il-kont ta' kull xerrej domestiku; (b) Il-VAT iffatturat lill-produttur fuq il-konsum intermedju: din hija l-VAT ikkalkulata skond ir-rata applikabbli għall-kull prodott mixtri u li l-produttur ikun ħallas fuq l-inputs intermedji tiegħu; din tissejjaħ VAT deduċibbli [42] fuq il-konsum intermedju; (c) Il-VAT iffatturat lill-produttur fuq xiri ta' oġġetti ta' kapital fiss: din tissejjaħ VAT deduċibbli fuq xiri ta' oġġetti ta' kapital; (d) Il-VAT li titħallas mill-produttur fuq l-operazzjonijiet kurrenti tiegħu: din hija d-differenza bejn il-VAT iffatturat mill-produttur u l-VAT fatturat lill-produttur fuq ix-xiri tal-konsum intermedju (a-b); (e) Il-VAT totali mħallas mill-produttur: din hija d-differenza bejn il-VAT ffatturat mill-produttur u l-VAT ffatturat lill-produttur fuq ix-xiri tal-konsum intermedju u fuq ix-xiri ta' oġġetti ta' kapital (a-b-c). 3.038. Id-disposizzjonijiet ta' il-ESA 95 jistabbilixxu metodu wieħed ta' l-irreġistrar tat-VAT. Dan huwa s-sistema "netta", li biha l-output u l-prezzijiet ta' l-input jiġu rreġistrati mingħajr il-VAT deduċibbli. 3.039. Fil-liġi tat-taxxa, il-VAT titqies bħala "punt transitorju" għall-produtturi, sabiex il-VAT deduċibbli li jkollu jħallas il-produttur fuq ix-xiri tiegħu ma tirrapreżentax parti mill-ispejjeż reali għall-kalkoli tiegħu stess u tkun tista' titqies purament bħala pagament bil-quddiem tal-VAT li trid jikkalkula fuq il-bejgħ kollu tiegħu, b' hekk ikun jonqsu jħallas biss id-differenza lill-uffiċċju tat-taxxa. Minħabba li, b' mod ġenerali, huwa biss il-konsumatur finali li jrid iħallas il-VAT imposta fuq dak il-prodott, il-produttur (flimkien mal-produtturi ta' l-oġġetti tal-konsum intermedju meħtieġ) jaġixxi effettivament bħala aġent ta' l-uffiċċju tat-taxxa. Għall-kuntrarju, fejn mhux possibbli għall-produttur li jnaqqas (jew jitlob mill-ġdid) it-taxxa mħallsa fuq ix-xiri (VAT mhux deduċibbli), il-VAT f'dawn il-każi għandha titqies bħala parti mill-ispejjeż. (b) L-operazzjoni tal-metodu ta' l-irreġistrar nett 3.040. Għall-bdiewa suġġetti għas-sistema normali tal-VAT m' hemmx diffikultà għall-ikkontjar; il-VAT ffatturata fuq il-prodotti mibjugħa, jew imneħħija b' mod ieħor, tiġi njorata fl-EAA u m' għandha tidher fl-ebda output tal-prezz użat għall-evalwazzjoni ta' l-output finali, waqt li l-VAT deduċibbli imħallsa fuq ix-xiri ta' oġġetti tal-konsum intermedju u ta' l-oġġetti ta' kapital fiss huma esklużi wkoll mill-prezzijiet relevanti meta jkun ikkalkulat l-infieq għall-EAA. 3.041. Għall-bdiewa suġġetti għas-sistemi ta' rata fissa ta' VAT, madankollu, hemm problemi għall-ikkontjar (cf. 3.035 u ta' wara). Bħalma hu ovvju, il-kumpens mogħti lil bdiewa individwali rari jkun ugwali eżatt għal-VAT li jkunu ħallsu fuq ix-xiri tagħhom. Fil-każ tas-sistemi ta' rata fissa, il-metodu għall-irrekordjar tal-VAT ikun identiku għal dak użat għas-sistema normali, i.e. il-VAT għall-punti individwali ta' l-output finali u l-VAT deduċibbli għall-punti individwali tal-konsum intermedju u l-GFCF titħalla barra. Id-differenza bejn il-kumpens b' rata fissa mogħti lill-bdiewa li huma suġġetti għas-sistemi ta' rata fissa u l-VAT li kieku kienu jnaqqsu li kieku kienu suġġetti għas-sistema normali tal-VAT tirrapreżenta kumpens aktar jew anqas. Kwalunkwe kumpens aktar jew anqas irid jiddaħħal separatament fil-EAA. 3.042. Il-metodu ta' l-irrekordjar ta' kumpens aktar jew anqas ta' VAT taħt is-sistemi ta' rata fissa huwa kif ġej: - kumpens aktar ta' VAT fuq ix-xiri jiġi rreġistrat taħt "Sussidji oħra fuq il-produzzjoni", - kumpens anqas ta' VAT fuq ix-xiri jiġi rreġistrat taħt "Taxxi oħra fuq il-produzzjoni". "VAT fuq ix-xiri" hija l-VAT li l-bdiewa suġġetti għas-sistema ta' rata fissa kieku kienu jnaqqsu li kieku kienu suġġetti għas-sistema normali tat-VAT. 3.043. Dan il-metodu ta' l-irreġistrar joffri l-vantaġġ li jikkontribwixxi favur it-trattament uniformi ta' l-output agrikolu, il-konsum intermedju u l-GFCF, irrispettivament mis-sistema ta' VAT il-bdiewa huma soġġetti għaliha. Barra minn hekk, twassal għal trattament simetriku ta' kumpens aktar jew anqas ta' VAT ipparagunat mal-valur miżjud gross skond il-prezzijiet bażiċi. Dan jippermetti li l-valur miżjud gross skond il-prezzijiet bażiċi jiġi kkalkulat irrispettivament mis-sistema ta' VAT adottata, li tiffavorixxi l-armonizzazzjoni u l-paragonabilità ta' l-EAA ta' l-Istati Membri (cf. 3.033). 3. Taxxi oħra fuq il-produzzjoni 3.044. Taxxi oħra fuq il-produzzjoni jikkonsistu fit-taxxi kollha li jagħmlu l-impriżi bħala riżultat jingaġġaw ruħhom fi produzzjoni, indipendentament mill-kwantità jew valur ta' l-oġġetti jew servizzi prodotti jew mibjugħa (cf. il-ESA 95, 4.22). Jistgħu jitħallsu fuq l-art, l-oġġetti ta' kapital fiss jew il-ħaddiema mpjegati. 3.045. Taxxi oħra fuq il-produzzjoni huma l-uniċi taxxi li jiġu rreġistrati fil-ġenerazzjoni tal-kont tad-dħul għall-industrija. Jidhru fil-kontijiet tal-fergħat jew setturi li jħallsuhom (il-kriterju tal-pagament). 3.046. It-taxxi li jridu jiġu rreġistrati fil-ġenerazzjoni tal-kont tad-dħul għall-agrikoltura iridu jkunu: (a) obbligatorji; (b) imħallsa direttament mill-industrija agrikola; (c) imħallsa lill-gvern ġenerali jew lill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea; (d) fid-definizzjoni ta' taxxi oħra fuq il-produzzjoni (ara 3.044). 3.047. Minħabba l-iżviluppi storiċi kontrastanti tal-finanzi pubbliċi fl-Istati Membri ta' l-UE varji, hemm għażla wiesa' ta' taxxi fuq il-produzzjoni fl-UE kollha. Fl-agrikoltura, hemm żewġ tipi oħra relattivament importanti ta' taxxi fuq il-produzzjoni: taxxa fuq il-proprjetà u taxxa fuq il-vetturi bil-mutur. 3.048. Għall-agrikoltura, it-taxxi oħra fuq il-produzzjoni l-aktar importanti huma: (a) it-taxxi fuq il-proprjetà u t-taxxi l-oħra fuq l-użu ta' l-art u l-bini użat għal għanijiet ta'produzzjoni (irrispettivament mill-liema unità agrikola hija s-sid jew liema unità tikrihom); (b) it-taxxi fuq l-użu fil-produzzjoni ta' oġġetti ta' kapital fiss bħall-vetturi bil-mutur, magni jew apparat ieħor (irrispettivament mill-liema unità agrikola hija s-sid jew liema unità tikrihom); (c) it-taxxi fuq il-kont tal-pagi imħallsa minn min iħaddem; (d) it-taxxi fuq it-tniġġiż li jirriżulta mill-attivitajiet tal-produzzjoni; (e) it-taxxi fuq il-liċenzi/permessi biex isiru attivitajiet kummerċjali jew professjonali, fuq il-kondizzjoni li l-liċenzi/permessi jingħataw awtomatikament meta l-ammonti dovuti jitħallsu. Jekk hemm funzjoni regolatorja marbuta ma' dawn il-pagamenti (e.g. verifiki fuq il-kompetenza jew kwalifiki ta' l-applikant), din għandha titqies bħala xiri ta' servizzi mill-gvern ġenerali u tiġi rreġistrata bħala konsum intermedju (sakemm m' hijiex għal kollox barra mill-proporzjon għall-provvista tas-servizzi msemmija) (cf. 2.108(o)); (f) ir-rati ta' l-ilma li jitħallsu bħala taxxi b' rata fissa u mhux proporzjonali għall-kwantità ta' l-ilma kkonsmata; (g) il-kumpens anqas ta' VAT li jirriżulta mill-applikazzjoni tas-sistema ta' rata fissa ta' VAT (cf. 3.041 and 3.042). 3.049. Skond il-prinċipju akkumulattiv, it-taxxi fuq il-produzzjoni jiġu rreġistrati fil-mument meta tkun dovuta obbligazzjoni fiskali. Fil-każ ta' kumpens anqas ta' VAT, dan ikun il-mument meta jsir ix-xiri ta' l-oġġetti jew servizzi ta' konsum intermedju u l-GFCF li jwasslu għalih (mhux il-mument meta ssir r-rifużjoni). 3.050. Taxxi oħra fuq il-produzzjoni ma jinkludux: (a) pagamenti statutorji li jsiru direttament mill-industrija agrikola imma li dawk li jirċievuhom la huma l-gvern ġenerali u lanqas l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea. Dawn il-pagamenti jitqiesu bħala xiri ta' servizzi tas-suq minn reċipjenti ta' trasferimenti u għalhekk inklużi fil-konsum intermedju ta' l-agrikoltura; (b) multi u penalitajiet u l-ispejjeż imposti b' konnessjoni mal-ġbir u l-akkwist mill-ġdid u m'għandhomx jiġu rreġistrati mat-taxxi marbuta magħhom, sakemm wieħed ma jkunx jista' jiddistingwihom minnhom (cf. il-ESA 95, 4.133); (c) taxxi obbligatorji mhux miġbura mill-gvern ġenerali jew l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea u li, għalkemm merfugħa mill-agrikoltura, ikunu deċiżi minn xi fergħa tal-klijenti. Dawn il-pagamenti għandhom ikunu kkontjati fil-konsum intermedju tal-fergħa utenti; (d) taxxi li normalment huma mposti fuq il-profitt jew ġid, bħal taxxi ta' ugwalizzazzjoni, taxxi fuq id-dħul, taxxi fuq il-korporazzjoni u taxxa fuq il-ġid. Dawn għandhom jiġu nklużi bħala taxxi kurrenti fuq dħul, attiv, eċċ. fid-distribuzzjoni sekondarja tal-kont tad-dħul; (e) taxxi fuq wirt u rigali taxxi fuq ġid speċjali. Dawn għandhom jiġu nklużi bħala taxxi fuq kapital fil-kont tal-kapital; (f) rati ta' l-ilma li l-ammont tagħhom huwa marbut direttament jew indirettament mal-kwantità ta' l-ilma kkonsmata. E. SUSSIDJI (cf. il-ESA 95, 4.30 sa 4.40) 3.051. Sussidji huma pagamenti kurrenti mhux rifużi li jingħataw mill-gvern ġenerali jew l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea lill-produtturi residenti, bil-għan li jkunu nfluwenzati l-livelli tagħhom tal-produzzjoni, il-prezzijiet tagħhom jew ir-remunerazzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni. Produtturi oħra mhux fis-suq jistgħu jirċievu sussidji oħra fuq il-produzzjoni biss jekk dawn il-pagamenti jiddependu fuq ir-regolamenti ġenerali applikabbli għal produtturi fis-suq u mhux fis-suq ukoll. B' konvenzjoni, is-sussidji fuq il-prodotti ma jiġux irreġistrati fuq output ieħor mhux tas-suq (cf. il-ESA 95, 4.30). 3.052. Is-sussidji huma kklassifikati f': - sussidji fuq il-prodotti: - sussidji fuq l-importazzjoni, - sussidji oħra fuq prodotti, u - sussidji oħra fuq il-produzzjoni. 1. Sussidji fuq il-prodotti 3.053. Sussidji fuq il-prodotti huma sussidji imħallsa għal kull unità ta' oġġett jew servizz prodott jew importat. Is-sussidju jista' jkun f'ammont speċifiku ta' flus għal kull unità ta' oġġett jew servizz, jew jista' jkun ikkalkulat ad valorem bħala perċentaġġ speċifikat tal-prezz kull unità. Sussidju jista' jiġi kkalkolat bħala d-differenza bejn prezz speċifiku immirat u l-prezz tas-suq attwalment imħallas mix-xerrej. Sussidju fuq prodott normalment jitħallas meta l-oġġett jiġi prodott, mibjugħ jew importat. B' konvenzjoni, sussidji fuq prodotti jistgħu jikkonċernaw biss l-output tas-suq jew l-output għall-użu finali proprju (cf. il-ESA 95, 4.33). 3.054. Sussidji fuq l-importazzjoni jikkonsistu f'sussidji fuq prodotti jew servizzi li jitħallsu meta l-oġġetti jaqsmu il-fruntiera għall-użu ta' territorju ekonomiku jew meta s-servizzi ikunu pprovduti lill-unità istituzzjonali residenti. Jistgħu jinkludu telf, magħmul bħala riżultat tal-politika intenzjonata tal-gvern, mill-organizzazzjonijiet kummerċjali tal-gvern li l-funzjoni tagħhom hija li jixtru prodotti minn unità mhux residenti u mbgħad ibiegħuhom mill-ġdid lir-residenti bi prezzijiet orħos (cf. il-ESA 95, 4.34). 3.055. Sussidji fuq prodotti jiġu ikkontjati fil-prezz bażiku (cf. 2.082 sa 2.086) fil-mument ta' l-ivvalutar ta' l-output u għalhekk ma jidhrux fil-ġenerazzjoni tal-kont tad-dħul ta' l-industrija. Sussidji fuq prodotti li għandhom x' jaqsmu ma' l-akkwist (i.e. importazzjoni jew oħrajn) ta' prodotti ta' konsum intermedju jew oġġetti ta' kapital fiss, u li jwasslu għal tnaqqis fil-prezzijiet tax-xerrej ta' dawn l-oġġetti, jiġu kkunsidrati billi jintużaw il-prezzijiet tax-xerrej fl-ivvalutar tal-konsum intermedju jew il-GFCF (cf. 2.110 sa 2.113); bl-istess mod, dan iwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż ta' dawn il-prodotti jew oġġetti. 3.056. Il-metodu ta' l-ivvalutar ta' l-output skond il-prezzijiet bażiċi jirrikjedi distinzjoni fundamentali bejn sussidji fuq prodotti u sussidji oħra fuq il-produzzjoni. Skond id-definizzjoni tagħhom, ssussidji fuq prodotti agrikoli jinkludu b' mod partikolari l-għotjiet li ġejjin (b' indikazzjoni għall-punt tal-budget korrispondenti fil-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea): (a) Sussidji fuq prodotti agrikoli imħallsa lill-produtturi agrikoli - ċertu għotjiet introdotti mar-riforma tal-politika agrikola komuni. L-għotjiet imsemmija huma għajnuna kumpensatorja għall-ħxejjex tal-ħrit (ċereali, ħxejjex ta' proteini u żrieragħ taż-żejt) (B1-104 u B1-1050 sa B1-1055) u premiums għall-baqar (għall-baqar tal-ħlib u premiums speċjali; B1-2120 sa B1-2122, B1-2127). Din il-klassifikazzjoni hija bbażata fuq it-tlett kunsiderazzjonijiet li ġejjin: - il-kunċett ta' sussidji fuq prodotti twessa' fil-ESA 95 biex jinkludi sussidji fil-forma ta' "pagamenti għal defiċjenzi". Il-pagamenti kumpensatorji għall-ħxejjex tal-ħrit huma simili fl-applikazzjoni tagħhom għall-forom tal-pagamenti għal defiċjenzi. Barra minn hekk, l-ammonti ta' dawn il-pagamenti huma marbuta strettament għall-kwantitajiet prodotti (fil-livell makroekonomiku), - l-effetti tat-tħaddim u dawk ekonomiċi tar-riforma tal-PAK: dawn l-għotjiet huma parti minn politika li dejjem kienet immirata lejn il-prodotti, tgħaqqad l-appoġġ tas-suq u l-għajnuna diretta, w akkumpanjata minn miżuri biex jikkontrollaw il-produzzjoni. Din il-politika inżammet minkejja grad ta' "żdoppjament" bejn il-livell ta' l-għotjiet u l-produzzjoni agrikola jew il-livell ta' l-użu tal-mezzi tal-produzjoni agrikola (ir-rendikont tat-tipi varji ta' l-appoġġ biss (għajnuna fil-forma ta' sussidji fuq l-esportazzjoni, għajnuna ta' intervent u għajnuna diretta) inbidel), - il-parti tal-premium għall-baqar ibbażata fuq il-prezz adottata taħt ir-riforma tal-PAK hija forma ta' għajnuna kumpensatorja għat-tnaqqis fil-prezzijiet ta' intervent tal-baqar. Hija kklassifikata bħala sussidji fuq prodotti, skond il-pagamenti kumpensatorji għall-ħxejjex tal-ħrit. Minkejja t-trattament aktar kumplikat tal-premiums qabel ir-riforma tal-PAK, sar qbil biex dawn ma jinqasmux fi tnejn, sabiex ikun ipprovdut grad ta' konsistenza mal-pagamenti kumpensatorji għall-ħxejjex tal-ħrit. - għotjiet għall-produzzjoni taz-żejt taż-żebbuġa produzzjoni (B1-1210), - għotjiet għall-produzzjoni tal-ħxejjex tessili (kittien tal-fibre u qanneb; B1-140), - għotjiet għall-produzzjoni tal-ħarir (B1-1420), - għotjiet għall-produzzjoni tal-banana (B1-1508, il-parti li tikkonċerna l-għajnuna kumpensatorja biss), - għotjiet għall-produzzjoni ta' l-ħeneb imnixxef (B1-1513), - għotjiet għall-produzzjoni taż-żrieragħ (B1-180), - għotjiet għall-produzzjoni tal-ħops (B1-181), - premiums for għan-nagħaġ u l-mogħoż (B1-2220), - kwalunkwe sussidju fil-forma ta' pagamenti għal defiċjenzi lill-okkupanti (i.e. f'każi fejn il-gvern ġenerali iħallas lill-produtturi ta' prodotti agrikoli id-differenza bejn il-prezzijiet medji fis-suq u l-prezzijiet garantiti tal-prodotti agrikoli). (b) Sussidji fuq il-prodotti agrikoli imħallsa lil operaturi ta' l-ekonomija oħrajn - rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta' ċereali (B1-100), frott frisk u ħaxix (B1-1500) eċċ., - għotjiet għall-produzzjoni ta' prodotti taż-żejt (qabel l-1992), prodotti ta' proteini u kittien (before 1993), - għotjiet għall-produzzjoni ta' lamtu tal-patata (B1-1021), - għotjiet għall-produzzjoni ta' ħxejjex imnixxfa għall-għalf (B1-130), - għotjiet għall-produzzjoni tal-qoton (B1-141), - għotjiet għall-użu ta' oġġetti għat-tagħsir (B1-163), - premiums fuq il-produzzjoni tat-tabakk (B1-171). Is-sussidji kollha msemmija fuq jiġbru fihom sussidji fuq prodotti agrikoli. Madankollu, l-għotjiet imħallsa lill-produtturi agrikola biss (i.e.l-ewwel grupp) jiżdiedu mal-prezz fis-suq riċevut mill-produtturi biex jinkiseb il-prezz bażiku. Sussidji fuq il-prodotti agrikoli imħallsa lill-operaturi ekonomiċi minbarra l-produtturi agrikoli (i.e. it-tieni grupp) ma jiddaħħlux fil-EAA. Meta l-prodotti agrikoli konċernati jirrapreżentaw konsum intermedju ta' l-industriji agri-alimentari, l-ammont ta' għajnuna jitnaqqas mill-konsum intermedju ta' l-industriji agri-alimentari. 3.057. Is-sussidji fuq il-prodotti għandhom jiġu rreġistrati fil-mument meta l-operazzjonijiet jew l-avvenimenti li wasslu għalihom (produzzjoni, bejgħ, importazzjoni, eċċ.) seħħew, sabiex tkun preservata l-konsistenza mal-kontijiet l-oħrajn (i.e. Il-kejl ta' l-output skond il-prezzijiet bażiċi). Għalhekk, l-għajnuna kumpensatorja għall-ħxejjex tal-ħrit għandha tiġi rreġistrata fil-mument tal-ħsad waqt li l-premiums speċjali għall-baqat u l-baqar tal-ħlib u l-premiums għan-nagħaġ jiġu rreġistrati fil-mument li l-annimali jinżammu u/jew id-data ta' l-applikazzjoni għall-għotja. 2. Sussidji oħra fuq il-produzzjoni 3.058. Sussidji oħra fuq il-produzzjoni jikkonsistu f'sussidji li m' humiex sussidji fuq prodotti, li minnhom jistgħu jibbenefikaw unità residenti produtturi bħala riżultat ta' l-ingaġġ tagħhom fil-produzzjoni. Għall-output l-ieħor mhux tas-suq, produtturi oħra mhux fis-suq jistgħu jirċievu sussidji oħra fuq il-produzzjoni biss jekk dawn il-pagamenti mill-gvern ġenerali jiddependu fuq regolamenti ġenerali applikabbli kemm għall-produtturi fis-suq u wkoll għal dawk mhux fis-suq (cf. il-ESA 95, 4.36). Il-ESA 95 jirreferu għal erba' sussidji oħra fuq il-produzzjoni (cf. il-ESA 95, 4.37): sussidji fuq il-pagi jew il-ħaddiema, sussidji għat-tnaqqis tat-tniġġiż, għotjiet għall-ħelsien minn imgħax, u kumpens aktar ta' VAT. Dawn il-pagamenti jikkonċernaw l-aktar is-supposizzjoni ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni jew l-appoġġ għat-tibdil fil-metodu tal-produzzjoni. 3.059. Minħabba li l-output huwa vvalutat skond il-prezzijiet bażiċi, huma biss is-sussidji l-oħra fuq il-produzzjoni li jiġu rreġistrati fil-ġenerazzjoni tal-kont tad-dħul (bħala użu negattiv). (a) It-tip ta' benefiċjarju 3.060. Il-benefiċjarji tas-sussidji iridu normalment jipproduċu oġġetti u servizzi fis-suq jew oġġetti u servizzi għall-użu finali proprju. L-oġġetti u s-servizzi fis-suq huma kollha oġġetti u servizzi li jitħallew jidħlu jew intenzjonati biex jiddaħħlu fis-suq. Jinkludu prodotti mibjugħa, imparta, użati bħala pagament bi tpartit jew maħżuna qabel jintużaw f'wieħed jew aktar mill-modi imsemmija fuq f'data aktar tard. Il-produzzjoni għall-użu finali proprju tinvolvi prodotti preservati għall-għanijiet ta' konsum finali jew GFCF mill-istess unità. Minkejja dan, il-produtturi mhux fis-suq jistgħu jibbenefikaw minn sussidji oħra fuq il-produzzjoni jekk jitħallsu taħt regolamenti ġenerali applikabbli lill-produtturi fis-suq u mhux fis-suq l-istess. 3.061. Il-produzzjoni ta' servizzi fis-suq jinkludu servizzi kummerċjali jew ta' ħżin. Is-sussidji jistgħu għalhekk jingħataw ukoll lill-aġenziji tal-kummerċ jew li jirregolaw is-suq li l-funzjoni tagħhom hi li jixtru, jaħżnu jew ibiegħu mill-ġdid il-prodotti agrikoli (cf. 3.068 u 3.069 dwar aġenziji li jirregolaw is-suq). (b) L-għanijiet tas-sussidju fuq il-produzzjoni 3.062. Sussidji oħra fuq il-produzzjoni jistgħu, taħt il-ESA 95, jingħataw f'każi fejn l-impatt tagħhom fuq il-prezzijiet tal-bejgħ jew ir-remunerazzjoni adegwata tal-fatturi tal-produzzjoni m' humiex neċessarjament l-ġħan ewlieni tas-sussidji. Bħala eżempju, tista' tingħata għajnuna finanzjarja għall-produzzjoni agrikola sabiex ikun salvagwardjat il-wirt kulturali u naturali, ikun promoss it-turiżmu f'reġjun partikolari jew biex tkun protetta l-ħamrija kontra l-erożjoni, ikun irregolat il-bilanċ naturali ta' l-ilma jew tkun influwenzata l-klima. (c) Il-kriterju tal-pagament 3.063. Bl-eċċezzjoni ta' sussidji fuq ir-rati ta' l-imgħax, li huma tip speċjali ta' sussidju, sussidji oħra fuq il-produzzjoni huma attribwiti lill-ġenerazzjoni tal-kont tad-dħul tal-fergħat tal-produzzjoni jew is-setturi li lilhom jitħallsu. Bħala riżultat ta' dan il-metodu ta' kif jiġu attribwiti s-sussidji, l-EAA ma jikkontjawx l-għotjiet kollha magħmula lill-agrikoltura. Minbarra l-għajnuna diretta, l-unità tal-produzzjoni agrikola jibbenefikaw minn sussidji (skond it-tifsira ta' il-ESA 95) imħallsa lill-fergħat ta' produzzjoni kontra l-kurrent jew mal-kurrent u, speċjalment, aġenziji li jirregolaw is-suq [43]. 3.064. Fil-każ ta' l-agrikoltura, l-aktar tipi importanti ta' sussidji oħra marbuta mal-produzzjoni huma: - sussidji fuq il-pagi, - għotjiet għall-ħelsien minn imgħax (cf. il-ESA 95, 4.37(c)) magħmula lil unità residenti, anke meta huma ntenzjonati biex jinkoraġġixxu l-formazzjoni ta' kapital [44]. Effettivament, dawn huma trasferimenti kurrenti mfassla biex inaqqsu l-ispejjeż operattivi tal-produtturi. Jitqiesu fil-kontijiet bħala sussidji lill-produtturi li jibbenefikaw minnhom, anke meta d-differenza fl-imgħax hija, fil-prattika, imħassla direttament mill-gvern lill-istituzzjoni ta' kreditu li tagħmel is-self (permezz ta' deroga mill-kriterju tal-pagament), - kumpens aktar ta' VAT li jirriżulta mill-applikazzjoni tas-sistemi ta' rata fissa (cf. 3.041 u 3.042), - is-supposizzjoni tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u t-taxxi fuq il-proprjetà, - is-supposizzjoni ta' spejjeż oħra bħall-għajnuna għall-ħżin privat għall-inbid u l-għeneb magħsur u l-ħżin mill-ġdid ta' l-inbid tal-mejda (B1-1610) (sakemm l-istokk huwa ta' l-unità agrikola stess), - sussidji oħra varji fuq il-produzzjoni: - għotjiet għal art imwarrba (art imwarrba obbligatorjament marbuta ma' għotjiet ibbażati fuq l-ammont ta' ettari introdotta bħala parti mir-riforma tal-PAK, B1-1060, u art imwarrba għal ħames snin, B1-1062), - kumpens finanzjarju għal tnaqqis ta' frott u ħaxix frisk tas-suq (B1-1501). Dawn il-pagamenti isiru ħafna drabi lill-gruppi ta' prodotturi fis-suq, għandhom jitqiesu bħala sussidji lill-agrikoltura, minħabba li huma kumpens dirett għat-telf fil-produzzjoni, - premiums tal-baqar għall-aġġustament staġjonali ("distaġjonalizzazzjoni"), l-ipproċessar ta' għoġġiela rġiel u l-estensfikazzjoni (B1-2123 sa B1-2125), - għotjiet għall-produzzjoni agrikola f'inħawi anqas preferuti u/jew muntanjużi, - għotjiet oħra intenzjonati biex jinfluwenzaw il-metodi tal-produzzjoni (estensifikazzjoni, teknika imfassla biex tnaqqas it-tniġġiż, eċċ.), - ammonti imħallsa lill-okkupanti bħala kumpens għal telf rikurrenti ta' oġġetti fl-inventarji bħall-prodotti tal-ħxejjex jew tal-bhejjem li huma kkunsidrati bħala xogħol mhux lest u żrigħ sakemm dawn għadhom fil-perjodu tat-tkabbir tagħhom (cf. 2.040 sa 2.045). B' kuntrast, it-trasferimenti kumpensatorji għat-telf ta' oġġetti fl-inventorji u/jew zrigħ użati bħala fatturi tal-produzzjoni jiġu rreġistrati bħala trasferiment ta' kapital fil-kont tal-kapital. 3.065. L-applikazzjoni tal-prinċipju akkumulattiv għall-irreġistrar ta' sussidji oħra fuq il-produzzjoni tista' tkun materja delikata. Minħabba li huwa diffiċli li titħejja regola ġenerali, dan il-prinċipju għandu jkun applikat b' konsistenza, flessibilità u pragmatiżmu. Minħabba li numru kbir ta' sussidji lill-agrikoltura huma marbuta mal-produzzjoni u l-fatturi tal-produzzjoni (l-ammont ta' ettari, merħliet, eċċ.), dawn is-sussidji għandhom normalment jiġu rreġistrati fil-mument tal-produzzjoni jew meta jkunu akkwistati l-fatturi tal-produzzjoni (speċjalment fil-każ ta' l-art u l-bhejjem). Fil-każ ta' sussidji li m' humiex marbuta direttament mal-produzzjoni jew il-fatturi tal-produzzjoni, huwa diffiċli li jkun stabbilit il-ħin ta' l-operazzjoni li twassal għalihom u li ssir distinzjoni mill-ħin meta s-sussidji jitħallsu. F'dan il-każ partikolari, is-sussidji jiġu rreġistrati meta jiġu riċevuti. 3.066. Huma rrakkomandati t-trattamenti speċjali li ġejjin: - pagamenti kumpensatorji għal art tal-ħrit li titwarrab: fil-mument meta jiġi ddikjarat li se titwarrab l-art, - tnaqqis ta' prodotti (frott/ħaxix): fl-istess mument li jsir it-tnaqqis fiżiku matul is-sena taż-żrigħ u mhux is-sena kalendarja, sabiex tkun żgurata konsistenza bejn l-istima ta' l-output, imnaqqsa bit-tnaqqis matul is-sena taż-żrigħ, u l-irreġistrar ta' sussidji (bħala użu negattiv) fil-ġenerazzjoni tal-kont tad-dħul, - għotjiet għall-produzzjoni tal-baqar (estensifikazzjoni premium, eċċ.): il-mument meta l-annimali jiġu akkwistati mill-okkupanti u d-data ta'l-applikazzjoni għall-għotja, - is-supposizzjoni ta' l-ispejjeż (inkluż ħelsien minn imgħax): il-mument meta l-infieq u l-imgħax huwa dovut, - kumpens għal telf rikurrenti li jaffetwa l-output (ħxejjex, bhejjem u żrigħ li għadhom fil-perjodu tat-tkabbir tagħhom, cf. 3.064): fil-mument meta l-output jiġi rreġistrat fl-EAA (jekk l-ammont eżatt ta' kumpens huwa magħruf b' ċertezza), - sussidji oħra mhux direttament fuq prodotti jew fatturi tal-produzzjoni (għajnuna diretta għad-dħul, għajnuna għal inħwai anqas preferuti, eċċ.): huwa rrakkomandat li jibqa' jintuża l-kriterju li jiddependi fuq il-mument tal-pagament, minħabba li huwa diffiċli li jkun stabbilit meta ntefgħet l-applikazzjoni għall-kumpens u jekk l-ammonti fil-kwistjoni humiex eżatti. 3.067. L-EAA ma jqisux dawn li ġejjin bħala sussidji: - trasferimenti kurrenti li, għalkemm huma sussidji skond it-tifsira ta' l-EAA, ma jitħallsux lill-unità tal-produzzjoni agrikola. Ħafna minn dawn it-trasferimenti huma sussidji imħallsa lil aġenziji li jirregolaw is-suq. Għalkemm l-ammonti mħallsa jistgħu jaffetwaw il-prezzijiet tal-bejgħ tal-prodotti agrikoli u għalhekk jistimulaw lill-agrikoltura, għandhom jiġu rreġistrati skond il-kriterju tal-pagament taħt it-titolu ddedikat lill-fergħa tal-produzzjoni li tirċevihom, - trasferimenti kurrenti lill-unità agrikola li jipproduċu mill-agenzija li tirregola s-suq. Dawn għandhom jiġu rreġistrati bħala partijiet mill-output tal-prodott li għalih jitħallas it-trasferiment sakemm l-aġenzija li tirregola s-suq hija involuta biss fix-xiri, bejgħ jew ħżin ta' l-oġġetti. Jekk, madankollu, l-aġenzija hija nvoluta biss fil-ħlas ta' sussidji, allura t-trasferimenti kurrenti lill-unità li jipproduċu għandhom jiġu rreġistrati bħala sussidji (cf. 3.068 u 3.069), - trasferimenti eċċezzjonali minn korpi professjonali lill-unità ta' produzzjoni agrikola. Dawn it-trasferimenti ma jistgħux jiġbru fihom sussidji minħabba li korpi professjonali m' humiex gvern ġenerali, - trasferimenti kurrenti mill-gvern ġenerali lill-familji fid-djar fil-kapaċità tagħhom bħala konsumaturi. Dawn jitqiesu jew bħala benefiċċji soċjali inkella bħala trasferimenti kurrenti mixxellanji. Ta' l-ewwel jinkludu ċertu għotjiet pubbliċi għal tibdil strutturali, bħal għajnuna finanzjarja għat-taħriġ vokazzjonali mill-ġdid ta' l-okkupanti, - trasferimenti ta' kapital: dawn huma differenti mit-trasferimenti kurrenti fis-sens li jinvolvu l-akkwist jew tneħħija ta' attiv minn mill-anqas wieħed mill-partijiet fl-operazzjoni. Kemm jekk isiru fi flus jew bi tpartit, dawn għandhom jirriżultaw f'tibdil adegwat fl-attiv finanzjarju, jew mhux finanzjarju, murija fil-balance sheets ta' wieħed jew aktar mill-partijiet fl-operazzjoni (cf. il-ESA 95, 4.145). It-trasferiment ta' kapital ikopru taxxi ta' kapital, għotjiet ta' investiment u trasferimenti oħra ta' kapital (cf. il-ESA 95, 4.147). Jiġu rreġistrati fil-kont tal-kapital tas-settur/industrija bħala tibdil fil-passiv u l-valur nett. Xi tipi ta' għajnuna għall-agrikoltura huma trasferimenti ta' kapital. L-aktar importanti minn dawn huma: - għotjiet għall-konverżjoni ta' ġonna tal-frott/dwieli (mhux suġġetti għall-obbligazzjoni taż-żrigħ mill-ġdid), li jirrapreżentaw trasferimenti oħra ta'kapital, - għotjiet għar-ristrutturar ta' ġonna tal-frott/dwieli (suġġetti għall-obbligazzjoni taż-żrigħ mill-ġdid), li huma għotjiet ta' investiment, - għotjiet għat-twaqqif jew tnaqqis fil-produzzjoni tal-ħalib: dawn jiġu rreġistrati bħala trasferimenti oħra ta' kapital sakemm għandhom impatt espliċitu jew impliċitu fuq il-valur tal-kwoti, - trasferimenti mill-gvern ġenerali lill-korporazzjonijiet agrikoli u kważi-korporazzjonijiet intenzjonati biex ikopru t-telf akkumulat matul ħafna snin finanzjarji jew telf eċċezzjonali ikkawżat minn fatturi lil hinn mill-kontroll ta' l-impriża. Dawn it-trasferimenti għandhom jiġu kklassifikati bħala trasferimenti oħra ta' kapital, - kumpens imħallas mill-gvern ġenerali jew il-bqija tad-dinja (i.e. minn barra u/jew mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea) lis-sidien ta' l-oġġetti ta' kapital fiss ingaġġati fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli, bħala riżultat ta' telf eċċezzjonali u katostrofiku bħal qerda jew ħsara lil dawn l-oġġetti ikkawżati minn atti ta' gwerra, jew avvenimenti politiċi oħra jew diżastri naturali (cf. 2.045). Dawn il-pagamenti għandhom jiġu kklassifikati bħala trasferimenti oħra ta' kapital (cf. 3.096), - il-kanċellazzjoni ta' djun li l-produtturi tal-prodotti agrikoli kellhom kuntrattjat mal-gvern ġenerali (e.g. avvanzi mill-gvern ġenerali lil impriża li tipproduċi li akkumulat telf operattiv fuq ħafna snin finanzjarji). Il-ESA 95 tgħid li dawn l-operazzjonijiet għandhom ukolljiġu kklassifikati bħala trasferimenti ta' kapital, - it-tneħħija jew tnaqqis ta' taxxi fuq il-produzzjoni, dħul jew ġid ma tissemmiex espliċitament fil-ESA 95 jew, konsegwentament, fil-EAA, minħabba li jiġu kkontjati biss taxxi li attwalment jiġu mposti, - ishma u imgħax parteċipattiv miżmum mill-gvern ġenerali fil-kapital tal-korporazzjonijiet agrikoli kważi-korporazzjonijiet. Dawn jiġu rreġistrati bħala ishma u imgħax parteċipattiv ieħor. (d) Aġenziji li jirregolaw is-suq 3.068. Aġenziji li jirregolaw is-suq - ikkonċernati esklussivament max-xiri, bejgħ jew ħżin ta' oġġetti, huma assenjati fir-rendikont ta' l-ekonomija skond: - l-industriji, għall-kummerċ; din l-attività titqies b' konvenzjoni bħala l-output ta' servizzi tas-suq mhux finanzjarji, - is-setturi, għall-impriżi korporattivi mhux finanzjarji u kważi-korporattivi, jekk dawn l-aġenziji li jirregolaw is-suq huma kkunsidrati bħala unità istituzzjonali skond it-tifsira ta' il-ESA 95, u jekk le, għas-settur li għalih tippartjeni l-akbar unità, - ikkonċernati esklussivament mal-pagament ta' sussidji, huma assenjati fir-rendikont ta' l-ekonomija skond: - l-industriji, għall-ferghat ta' l-output mhux tas-suq tal-gvern ġenerali, minħabba li l-gvern biss (minbarra l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea) jistgħu iħallsu sussidji skond deċiżjoni ta' il-ESA 95, - is-setturi, għas-settur tal-gvern ġenerali (cf. l-inċiż preċedenti), - ikkonċernati kemm max-xiri, bejgħ jew ħżin ta' oġġetti u l-pagament ta' sussidji, huma assenjati fir-rendikont ta' l-ekonomija skond: - l-industrija, għall-kummerċ tal-fergħa, fejn jikkonċerna l-unità tagħhom tal-produzzjoni (tat-tip tal-KAU lokali) li tixtri, tbigħ jew taħżen oġġetti, u għall-fergħat ta' l-output mhux tas-suq tal-gvern ġenerali, flimkien ma' l-unità tagħha tal-produzzjoni, - is-setturi, għas-settur tal-gvern ġenerali, minħabba li l-gvern ġenerali biss jista' jħallas sussidji. Jekk ikunu assenjati lil settur ieħor ikun ifisser li sussidji imħallsa minn aġenzija li tirregola s-suq ma tirrapreżentax aktar sussidji skond it-tifsira ta' il-ESA 95. 3.069. Konsegwenza ta' l-applikazzjoni stretta tal-kriterju tal-pagament hija li sussidji varji li jaqgħu fit-tifsira ta' il-ESA 95 ma jidhrux fil-EAA, minħabba li jiġu rreġistrati taħt il-fergħat u s-setturi li lilhom jitħallsu s-sussidji. B' mod partikolari, jekk aġenziji li jirregolaw is-suq ikunu assenjati lis-settur tal-gvern ġenerali, is-sussidji imħallsa lill-aġenziji b' konnessjoni mal-proċessi biex jirregolaw is-suq (xiri, ħżin jew bejgħ mill-ġdid) jidhru bħala "Użu" imma wkoll bħala "Riżorsi" fis-settur tal-gvern ġenerali. Konsegwentament, is-sussidji (i.e. sussidji oħra fuq il-produzzjoni) jistgħu jitħallsu mill-gvern ġenerali lil aġenziji oħra tal-gvern ġenerali. F. DĦUL MINN PROPRJETÀ (cf. il-ESA 95, 4.41 sa 4.76) 1. Definizzjoni 3.070. Dħul minn proprjetà huwa d-dħul riċevut mis-sid ta' attiv finanzjarju jew attiv mhux prodott tanġibbli bi tpattija għall-provvista ta' fondi lil, jew it-tpoġġija ta' l-attiv mhux prodotti tanġibbli għad-disposizzjoni ta', unità istituzzjonali oħra (il-ESA 95, 4.41). 3.071. Il-ESA 95 tikklassifika d-dħul mill-proprjetà fil-mod li ġej: - imgħax, - dħul ta' korporazzjonijiet distrubwit (dividendi u tnaqqis mid-dħul ta' kważi-korporazzjonijiet), - dħul investit mill-ġdid fuq investiment barrani dirett, - dħul minn proprjetà attribwit lil detenturi ta' poloz ta' l-assigurazzjoni, - renti (fuq l-art u fuq l-attiv tas-saff tal-ħamrija ta' taħt il-wiċċ ta' l-art). 3.072. L-EAA jikkonċernaw biss id-dħul minn proprjetà ikkontjata fil-kont tad-dħul imprenditorjali (cf. is-sekwenza tal-kontijiet, 1.38 sa 1.48). Dan il-kont jirreġistra fuq in-naħa tar-riżorsi id-dħul riċevut minn unità bħala riżultat tas-sehem dirett tagħhom fil-proċess tal-produzzjoni (riżultat mill-ġestjoni/dħul imħallat) u dħul riċevut minn proprjetà. Tirreġistra fuq in-naħa ta' l-użu id-dħul minn proprjetà imħallas u marbut ma' l-attivitajiet agrikoli (u attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli). B' mod ġenerali, il-kont tad-dħul imprenditorjali jista' jiġi kkalkulat biss għas-setturi istituzzjonali, għalkemm jista' jiġi kkalkulat għal industrija jekk ċertu dħul minn proprjetà jista' jiġi attribwit lil KAU lokali. 3.073. Tlett tipi biss ta' dħul minn proprjetà jistgħu ikunu ta' relevanza għall-EAA: l-imgħax, ir-renti u d-dħul minn proprjetà attribwit lid-detenturi tal-poloz ta' l-assigurazzjoni. 2. Imgħax 3.074. L-imgħax huwa ammont ta' flus imħallas fuq self ta' kapital. Jinkludi pagamenti li jridu jsiru f'intervalli, fissi jew bil-quddiem, ta' perċentaġġ (fiss jew mod ieħor) tal-valur tas-self. Fil-EAA, l-imgħax huwa l-kontroparti tas-self mogħti biex jilħaq il-ħtiġijiet ta' l-azjendi agrikoli (bħala eżempju, bil-għan li jiġu akkwistati art, bini, magni, vetturi jew apparat ieħor, anke jekk dawn jintużaw fil-kuntest ta' attivitajiet sekondarji mhux agrikoli nseparabbli). 3.075. L-imgħax jinkludi wkoll pagamenti li jikkonċernaw il-kiri ta' oġġetti ta' kapital fiss għall-użu tagħhom fl-agrikoltura (jistgħu jinkludu l-art). Il-parti tar-renta biss (meqjusa bħala self akkreditat mogħti minn min jislef lil min jissellef) imħallas minn min jissellef huwa nkluż taħt il-pagament ta' l-imgħax (il-parti tal-kapital tiġi rreġistrata fil-kont finanzjarju). 3.076. Għandu jkun innutat li l-imgħax ipotetiku fuq il-kwota ta' kapital fiss f'azjendi agrikoli ma jiġix irreġistrat taħt dan it-titolu; jidher bħala parti mid-dħul ta' l-impriża agrikola (cf. 5.06). Bl-istess mod, l-ammont li jrid jiġi rreġistrat bħala imgħax imħallas jinkludi sussidji fuq rati ta' l-imgħax lill-agrikoltura. 3.077. L-imgħax riċevut b' konnessjoni ma' l-attivitajiet agrikoli mill-unità li jappartjenu lill-impriżi agrikoli korporattivi għandu jiġi rreġistrat wkoll. L-imgħax riċevut mill-impriżi individwali huwa eskluż mill-kejl tad-dħul imprenditorjali ta' l-industrija agrikola, minħabba li inħass li l-maġġoranza ta' l-attiv li jrendi l-imgħax m' huwiex marbut ma' l-attività agrikola ta' l-unità u minħabba li huwa diffiċli ħafna li ssir distinzjoni bejn l-attiv tal-familja u l-attiv użat fil-produzzjoni [45]. 3.078. L-imgħax jiġi rreġistrat skond il-prinċipju akkumulattiv, i.e. bħala imgħax akkumulattiv (mhux bħala imgħax imħallas). 3.079. Jekk il-ESA 95 fihom rendikont ta' l-użu ta' servizzi ta' intermedjazzjoni finanzjarja mkejla ndirettament mis-setturi utenti u l-industriji utenti, il-pagamenti attwali jew riċevuti ta' imgħax lil jew minn intermedjarji finanzjarji għandhom ikunu aġġustati biex ikunu eliminati l-marġni li jirrapreżentaw l-ispejjeż impliċiti għas-servizzi fornuti. Il-valur stmat ta' dawn l-ispejjeż għandu jitnaqqas mill-imgħax imħallas minn dawk li jisselfu lill-intermedjarji finanzjarji u miżjud ma' l-imgħax riċevut mid-depositaturi. L-ispejjeż jitqiesu bħala remunerazzjoni għal servizzi fornuti minn intermedjarji finanzjarji lill-klijenti tagħhom u mhux bħala ħlas ta' imgħax (cf. 2.108 (i); il-ESA 95, L-appendiċi I, 4.51). 3. Renti (fuq art u depożiti underground) 3.080. Ir-renti jikkorrispondu għal pagamenti ta' attiv tanġibbli mhux prodott magħmula lis-sid (art u depożiti underground) bi tpattija għat-tpoġġija ta' attiv għad-disposizzjoni ta' unità oħra. Fil-EAA, dan il-punt jikkorrispondi l-aktar għar-renti mħallsa fuq l-art mill-okkupanti lis-sidien tagħha [46]. 3.081. Fejn is-sid iħallas ċertu spejjeż marbuta direttament ma' attività agrikola (taxxa fuq proprjetà, l-ispejjeż biex tkun mantnuta l-art, eċċ.), ir-renti li jridu jiġu rreġistrati għandhom jitnaqqsu skond il-każ. Dawn l-ispejjeż jiġu kkontjati bħala taxxi oħra fuq il-produzzjoni (fil-każ tat-taxxa fuq il-proprjetà) jew konsum intermedju (fil-każ tal-manteniment ta' l-art). 3.082. Ir-renti fuq l-art ma jinkludux il-kiri ta' bini jew residenzi fuq l-istess art; dawk il-kirjiet jitqiesu bħala pagament għal servizz tas-suq ipprovdut mis-sid lill-kerrej tal-bini jew residenza, u għandhom jiġu rreġistrati fil-kontijiet bħala konsum intermedju ta' servizzi jew bħala infieq għall-konsum finali (kontijiet tad-dar), skond it-tip ta' unità kerrejja. Jekk m' hemmx bażi oġġettiva li fuqha l-pagament jista' jinqasam bejn renta fuq l-art u l-kiri tal-bini li jinsab fuq l-istess art, l-ammont sħiħ għandu jiġi rreġistrat bħala renta fuq l-art. Din ir-regola hija verżjoni adattata tar-rakkomandazzjoni ta' il-ESA (cf. il-ESA 95, 4.73) [47]. 3.083. Ir-renta kollha fuq l-art għandha tiġi rreġistrata taħt dan it-titolu kemm jekk l-art tinkera għal aktar jew għal anqas minn sena. 3.084. Ir-renti ma jinkludux: - il-valur tal-kiri tad-djar li jinsabu f'dan il-bini; din hija remunerazzjoni għal servizz fis-suq li huwa parti mill-konsum privat (i.e. l-okkupant iħallas ir-renta mid-dħul nett tiegħu li jibqalu), - ir-renti mħallsa għall-użu professjonali ta' bini mhux residenzali (cf. 2.108(a)), - deprezzament tal-bini, - l-infieq kurrenti fuq il-manutenzjoni tal-bini (cf. 2.106), - taxxa fuq proprjetà (cf. 3.048(a)), - infieq li jikkonċerna l-assigurazzjoni tal-bini (cf. 2.108(g)). 3.085. Fil-każ ta' art u bini użat mis-sid, m' hemmx bżonn li jiġu kkontjati r-renti ipotetiċi. Ir-renti jikkorrispondu għal attiv tanġibbli mhux prodott bħal attiv bil-patenti u drittijiet tal-produzzjoni (kwoti tal-ħalib), u għandhom jiġu rreġistrati bħala konsum intermedju (cf. 2.108(n)). 4. Dħul minn proprjetà attribwit lid-detenturi tal-poloz ta' assigurazzjoni (mhux koperti bil-EAA) 3.086. Dħul minn proprjetà attribwit lil detenturi ta' poloz ta' l-assigurazzjoni jikkorrispondi għal dħul primarju totali riċevut minn investimenti ta' riservi tekniċi ta' l-assigurazzjoni jew fondi tal-pensjoni (cf. il-ESA 95, 4.68). Dawn ir-riservi tekniċi jitqiesu bħala attiv li jappartjeni lill-assigurat. Il-kalkolu tad-dħul imprenditorjali skond il-ESA 95 għandu jinkludi, bħala riżorsi, id-dħul riċevut mill-investiment ta' riservi tekniċi ta' l-assigurazzjoni. Dan id-dħul huwa attribwit lill-assigurat bħala dħul minn proprjetà attribwit lil detenturi ta' poloz ta' l-assigurazzjoni. Dan ta' l-aħħar jitqies bħala li qiegħed jitħallas lura lill-impriżi ta' l-assigurazzjoni fil-forma ta' premiums addizzjonali, minħabba li, fil-prattika, id-dħul jinżamm minnhom (cf. il-ESA 95, 4.69). 3.087. Dħul minn proprjetà attribwit lil detenturi ta' poloz ta' l-assigurazzjoni m' huwiex kopert mill-EAA. Fil-fatt, sabiex ikollu sinifikat, il-kejl tad-dħul minn attività agrikola għandu: - jinkludi ċ-ċirkolazzjonijiet kollha li jikkonċernaw l-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja (valur tas-servizz, dħul attribwit lid-detenturi ta' poloz ta' l-assigurazzjoni, premiums netti u talbiet): f'dan il-każ, id-dħul imkejjel jidher wara li jkunu deskritti l-operazzjonijiet kollha tad-distribuzzjoni mill-ġdid (bejn id-detenturi ta' poloz ta' l-assigurazzjoni u l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u bejn il-perjodi) marbuta ma' l-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja, jew - jikkunsidra biss il-valur tas-servizz (li jiġi akkwistat definittivament mill-impriżi ta' l-assigurazzjoni) (cf. 2.108. (g)): f'dan il-każ, id-dħul imkejjel jidher qabel id-deskrizzjoni ta' dawn l-operazzjonijiet kollha ta' distribuzzjoni mill-ġdid. L-EAA ippreferew it-tieni soluzzjoni. G. TRASFERIMENTI TA' KAPITAL (cf. il-ESA 95, 4.145 sa 4.167) 3.088. L-uniċi trasferimenti ta' kapital irreġistrati fl-EAA huma t-trasferimenti ta' kapital riċevibbli, i.e. għotjiet ta' investiment u trasferimenti oħra ta' kapital. Dawn l-operazzjonijiet distributtivi jiġu rreġistrati fil-kont tal-kapital (cf. 1.41 u 1.48). 1. Għotjiet ta' investiment 3.089. Għotjiet ta' investiment huma trasferimenti ta' kapital, fi flus jew bi tpartit, li jsiru mill-gvern ġenerali jew mill-bqija tad-dinja lil unità istituzzjonali oħrajn residenti jew mhux residenti bil-għan ta' finanzjament, parti jew sħiħ, ta' l-ispejjeż biex ikunu akkwistati oġġetti ta' kapital fiss (cf. il-ESA 95, 4.152). Għotjiet ta' investiment mill-bqija tad-dinja jinkludu dawk mogħtija direttament mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea permezz tas-Sezzjoni ta' Gwida tal-Gwida Agrikola Ewropea u l-Fond ta' Garanzija (EAGGF). 3.090. Sussidji fuq imgħax ma jiġux inkluż taħt għotjiet ta' investiment (cf. 3.064), anke jekk huma ntenzjonati biex jiffaċilitaw operazzjonijiet ta' investiment. Wieħed għandu jiftakar, madankollu, li jekk għotja tikkontribwixxi wkoll għal finanzjament ta' rtirar ta' dejn u l-ħlas ta' imgħax fuq il-kapital u jekk mhux possibbli li tkun isseparata minn dawn iż-żewġ partijiet, allura l-għotja għandha tiġi rreġistrata kollha kemm hi bħala għotja ta' investiment. 3.091. L-aktar tipi importanti ta' għotjiet oħra magħmula mis-Sezzjoni ta' Gwida tal-EAGGF u għotjiet ta' investiment għall-agrikoltura huma: - għotjiet għar-ristrutturar ta' ġonna tal-frott jew dwieli, sakemm huma suġġetti għall-obbligazzjoni taż-żrigħ mill-ġdid (cf. 3.067), - rifużjoni, fuq il-kont tal-gvern ġenerali, ta' self ikkuntrattjat minn unità ta' produzzjoni biex jiffinanzjaw l-investiment tagħhom, - għotjiet biex jgħinu bdiewa żgħażagħ jffinanzjaw l-akkwist ta' attiv. 3.092. Għotjiet ta' investiment għandhom jiġu rreġistrati meta l-pagament ikun dovut (cf. il-ESA 95, 4.162). 2. Trasferimenti oħra ta' kapital 3.093. Trasferimenti oħra ta' kapital ikopru trasferimenti li m' humiex għotjiet ta' investiment u taxxi fuq kapital li minnhom innifishom ma jiddistribwixxux mill-ġdid id-dħul imma jiddistribwixxu mill-ġdid it-tifdil jew il-ġid fost is-setturi u sottosetturi differenti ta' l-ekonomija jew il-bqija tad-dinja (il-ESA 95, 4.164). 3.094. Trasferimenti oħra ta' kapital huma differenti mill-għotjiet ta' investiment f'żewġ aspetti: - il-gvern ġenerali biss jista' jħallas għotjiet ta' investiment waqt li l-unità istituzzjonali kollha jistgħu iħallsu trasferimenti oħra ta' kapital, - għotjiet ta' investiment huma limitati għall-pagamenti assoċjati ma' l-akkwist ta' attiv fiss waqt li trasferimenti oħra ta' kapital jistgħu jintrabtu ma' kwalunkwe forma ta' trasferiment ta' tifdil jew attiv bejn l-unità. 3.095. Trasferimenti oħra ta' kapital jista' jkollhom il-forma ta' kumpens, mill-gvern ġenerali jew mill-bqija tad-dinja, lis-sidien ta' oġġetti ta' kapital li jkunu inqerdu b' atti ta' gwerra jew diżastri naturali, bħal għargħar, eċċ. Jinkludu wkoll trasferimenti mill-gvern ġenerali biex ikopru telf akkumulat fuq ħafna snin finanzjarji jew telf eċċezzjonali ikkawżat minn affarijiet lil hinn mill-kontroll ta' l-impriża (cf. il-ESA 95, 4.165). 3.096. Fil-każ ta' l-agrikoltura, trasferimenti oħra ta' kapital jinkludu wkoll: - għotjiet għall-abbandun permanenti tal-ġonna tal-frott jew dwieli, - għotjiet għat-twaqqif jew tnaqqis fil-produzzjoni tal-ħalib (sakemm dawn jaffetwaw, espliċitament jew impliċitament, il-valur tal-kwoti), - kumpens għall-telf eċċezzjonali u katostrofiku ta' oġġetti ta' kapital fiss użat fil-produzzjoni produzzjoni ta' prodotti agrikoli (e.g. annimali w apparat) (cf. 2.045 u 3.067), - għotjiet biex jgħinu bdiewa żgħażagħ jffinanzjaw l-akkwist ta' attiv, - għotjiet biex jikkumpensaw għal tnaqqis fil-valur ta' attiv jew biex jitnaqqsu d-djun. 3.097. Trasferimenti oħra ta' kapital fi flus jiġu rreġistrati meta l-pagament ikun dovut (u, fil-każ ta' trasferimenti bi tpartit, meta t-titolu tal-proprjetà ta' l-attiv jiġi ttrasferit jew meta d-dejn jitħassar mill-kreditur). H. KONSUM TA' KAPITAL FISS (cf. il-ESA 95, 6.02 sa 6.05) 3.098. Id-deterjorament prevedibbli u n-nuqqas ta' użu ta' oġġetti ta' kapital fiss matul il-perjodu ta' l-ikkontjar jirrapreżentaw spiża li hija impliċita sakemm l-oġġett ma jinbidilx b' akkwist ġdid. Dan id-deterjorament u dan in-nuqqas ta' użu ta' l-oġġetti jitkejlu skond il-konsum ta' kapital fiss. L-inklużjoni ta' dan taħt "l-użu" fil-kont tal-produzzjoni jippermetti li l-infieq fuq il-formazzjoni ta' kapital fiss jiġi ddistribwit fuq il-perjodu sħiħ ta' l-użu. 3.099. Jekk il-ħajja ekonomika tal-mezzi tal-produzzjoni hija ta' aktar minn sena, il-konsum ta' kapital fiss jirrapreżenta l-ammont ta' kapital fiss użat fil-proċess tal-produzzjoni matul il-perjodu ta' l-ikkontjar bħala riżultat tad-deterjorament normali u n-nuqqas ta' użu previdibbli ta' l-oġġetti [48]. Jekk, fuq in-naħa l-oħra, il-mezzi tal-produzzjoni użati għandhom ħajja ekonomika ta' anqas minn sena, id-deterjorament jiġi rreġistrat bħala konsum intermedju. 3.100. L-oġġetti ta' kapital fiss kollha (i.e. il-prodotti) huma s-suġġett ta' konsum ta' kapital fiss (għalkemm hemm bżonn ta' ftit flessibilità f'każi speċifiċi; cf. 3.105). Dan jinkludi attiv fiss tanġibbli u mhux tanġibbli, titjib sostanzjali f'attiv mhux prodott u l-ispejjeż assoċjati mat-trasferiment ta' titli ta' proprjetà. Dan il-konsum ta' kapital fiss m' huwiex ikkalkulat la għall-istokk jew xogħol mhux lest, u lanqas għal attiv mhux prodott bħall-art, depożiti underground u attiv bil-patenti. 3.101. Il-konsum ta' kapital fiss huwa parti waħda biss mit-tibdil fil-valur ta' l-attiv (flimkien mal-GFCF, tibdil ieħor fil-volum u qligħ nominali ta' l-azjendi (nett mit-telf); cf. 2.134). B' mod partikolari, il-konsum ta' kapital fiss ma jinkludix tibdil ieħor fil-volum ta' l-attiv (minbarra dawk dovut għall-GFCF): - telf eċċezzjonali minħabba diżastri (terremoti, gwerra, nixfa, epidemiji, eċċ.), - nuqqas ta' użu ta' l-oġġetti mhux prevedibbli, li huwa d-differenza bejn il-proviżjonijiet magħmula fil-konsum ta' kapital fiss għad-deterjorament normali u t-telf attwali, avvenimenti aċċidentali li jikkawżaw deprezzament akbar minn dak ikkontjat fuq il-bażi tal-konsum antiċipat ta' kapital fiss, - tibdil fil-klassifikazzjoni ta' l-attiv fiss, i.e. tibdil fl-użu ekonomiku tiegħu, bħal fil-każ ta' art jew bini għall-biedja ikkonvertiti għal użu privat jew għal użu ekonomiku differenti. 3.102. Il-konsum ta' kapital fiss, li trid issirlu distinzjoni bejn id-deprezzament ikkalkulat għall-għanijiet fiskali u dak li jidher fil-kontijiet tal-kumpanija, għandu jiġi evalwat fuq il-bażi ta' l-istokk ta' l-oġġetti ta' kapital fiss u il-(medja) probabbli tal-ħajja ekonomika tal-kategoriji varji ta' l-oġġetti imsemmija. Jekk m' hemmx informazzjoni disponibbli dwar l-istokk ta' l-oġġetti ta' kapital fiss, huwa rrakkomandat li dan jiġi kkalkulat billi jintuża l-metodu ta' l-inventarju perpetwu u li l-prezz ta' l-akkwist tiegħu fil-perjodu ta' referenza jiġi evalwat (i.e. il-valur tal-bdil ta' l-attiv matul is-sena ta' referenza, mhux fuq il-bażi ta' valuri storiċi). Il-valur tal-bdil huwa aċċertat mill-prezzijiet li l-okkupanti ikollhom iħallsu, matul kwalunkwe perjodu ta' referenza partikolari, biex jibdlu oġġett ta' kapital fiss b' wieħed ġdid li jixbħu mill-qrib kemm jista' jkun. Huwa meħtieġ li wieħed jipproċedi b' dan il-mod sabiex ikun ikkalkulat korrettament il-prodott domestiku nett. 3.103. Il-konsum ta' kapital fiss huwa kkalkulat bl-użu tal-metodu ta' deprezzament lineari, i.e. billi jkun attribwit il-valur ta' l-oġġett ta' kapital fiss imsemmi b' mod ugwali tul il-perjodu li fih se jintuża. Ir-rata ta' deprezzament hija spjegata mill-formula 100/n, fejn "n" jirrapreżenta il-ħajja ekonomika probabbli ta' dan il-kategorija fi snin ("n" jista' jvarja minn pajjiż għall-ieħor u matul iż-żmien). Ir-rata ta' deprezzament tista', f'ċertu każi, tkun ġeometrika. Minħabba l-użu tal-prezz tal-bdil kurrenti u r-rata fissa tal-konsum ta' kapital fiss, il-konsum ta' kapital fiss ivarja minn sena għall-oħra ħlief jekk il-prezzijiet tax-xerrej jibqgħu l-istess tul il-ħajja ekonomika normali sħiħa ta' l-attiv. 3.104. Il-konsum ta' kapital fiss fil-forma ta' spejjeż assoċjati mat-trasferiment tat-titolu tal-proprjetà ta' attiv prodott tanġibbli u mhux tanġibbli għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-ħajja ekonomika medja, konvenzjonalment meqjus bħala sena. 3.105. Il-konsum ta' kapital fiss f'annimali jikkorrispondi għat-tnaaqis antiċipat fil-produttività ta' l-annimali jekk jintużaw għall-għanijiet tal-produzzjoni (ħalib, suf, eċċ.), li huwa rifless fil-valur kurrenti tad-dħul futur miksub minn dawn l-annimali. Minħabba li l-valur tad-dħul futur mill-annimali produttivi jonqos matul iż-żmien, l-annimali ikollhom isiru is-suġġett ta' konsum ta' kapital fiss. Minħabba d-diffikultajiet prattiċi biex ikun ikkalkulat il-konsum ta' kapital fiss għal dan it-tip ta' attiv, madankollu, inħass li l-konsum ta' kapital fiss m' għandux jiġi kkalkulat ghħall-annimali produttivi. Id-deċiżjoni biex l-annimali ikunu esklużi minn dan il-kalkolu kienet ibbażata fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin: - id-deprezzament f'termini ta' produttività u valur ekonomiku huwa marbut ma' l-età imma m' huwiex funzjoni diretta, regolari u kontinwa tiegħu, kif inhu b' mod ieħor u impliċitament il-każ tad-deprezzament, - l-irtirar ta' annimali mill-merħla produttiva jista' jkun kawża ta' l-ambjent ekonomiku (tibdil fil-prezzijiet miksuba għall-qatla ta' annimali u l-prezzijiet għall-għalf ta' l-annimali, eċċ.). 3.106. Għalkemm dawn il-kunsiderazzjonijiet ma jostakolawx il-kalkolu tal-konsum ta' kapital fiss għall-bhejjem, jagħmlu dawn il-kalkoli ikkumplikati ħafna f'termini ta' definizzjonijiet adegwati ta' ħajja medja u rati ta' konsum ta' kapital fiss. Jekk le, ikun diffiċli li tkun żgurata l-konsistenza bejn id-deprezzament medju mbassar u attwali ta' l-annimali. Dan it-trattament jiżgura wkoll il-kompatibilità bejn l-EAA w il-ESA 95 (cf. il-ESA 95, 6.03) u l-kontijiet mikroekonomiċi tan-network tad-data ta' l-ikkontjar ta' l-irziezet u twarrab il-ħtieġa tad-distinzjoni bejn il-bhejjem li għandhom il-karattru ta' oġġetti ta' kapital fiss u l-bhejjem li għandhom il-karattru ta' stokk. IV. L-INPUT TAX-XOGĦOL AGRIKOLU 4.01. L-impjiegi agrikoli ikopru l-persuni kollha – kemm impjegati u kemm dawk li jaħdmu għal rashom – jipprovdu input ta' xogħol imħallas u mhux imħallas input lill-unità residenti li jwettqu attivitajiet karatteristiċi (attivitajiet agrikoli u attivitajiet sekondarji mhux agrikoli nseparabbli) ta' l-industrija agrikola ta' l-EAA. Il-persuni kollha ta' l-età ta' l-irtirar li jkomplu jaħdmu fl-azjenda huma nklużi fl-impjiegi agrikoli. Persuni li għadhom ma laħqux l-età li jistgħu joħorġu mill-iskola m' humiex inklużi. 4.02. L-impjegati huma ddefiniti bħala l-persuni kollha li, bi ftheim, jaħdmu għal unità istituzzjonali residenti oħra (li hija unità agrikola) u jirċievu remunerazzjoni (rreġistrata bħala kumpens ta' l-impjegati, cf. it-Taqsima C tal-Kapitolu III). L-input tax-xogħol ipprovdut mill-impjegati hu magħruf bħala input ta' xogħol imħallas. B' konvenzjoni, ix-xogħol ta' ħaddiema mhux tal-familja huwa kklassifikat bħala input ta' xogħol imħallas. Meta unità agrikola tkun organizzata bħala kumpanija konvenzjonali (cf. 5.09), l-input kollu tax-xogħol imwettaq jiġi kklassifikat bħala input ta' xogħol imħallas. 4.03. Persuni li jaħdmu għal rashom huma ddefiniti bħala persuni li huma s-sidien uniċi, jew sidien bi sħab, ta' l-impriżi mhux inkorporati li jaħdmu fihom. L-input tax-xogħol ipprovdut minn persuni li jaħdmu għal rashom huwa magħruf bħala input ta' xogħol mhux imħallas. Il-membri tal-familja ta' okkupant li ma jirċievux kumpens li huwa iddefinit minn qabel u kkalkulat skond ix-xogħol attwali tagħhom huma kklassifikati bħala persuni li jaħdmu għal rashom. 4.04. Fil-każ ta' kumpaniji speċifiċi (cf. it-Taqsima B Tal-Kapitolu V), l-input tax-xogħol tal-ħaddiema huwa ttrattat bl-istess mod bħalma huma ttrattati l-impriżi mhux inkorporati (sidien uniċi). Id-diretturi/azzjonisti jaqsmu fid-dħul imħallat ta' l-unità (input ta' xogħol mhux imħallas), waqt li l-impjegati tagħhom jirċievu remunerazzjoni (input ta' xogħol imħallas). 4.05. Is-siegħat totali maħduma jirrapreżentaw in-numru aggregat ta' siegħat attwalment maħduma bħala impjegat jew bħala persuna li taħdem għal rasha għal unità agrikoli residenti, matul il-perjodu ta' l-ikkontjar. 4.06. Deskrizzjoni ta' x' jinkludu u x' jeskludu s-siegħat totali maħduma tista' tinstab fil-ESA 95 (11.27 u 11.28). Is-siegħat totali maħduma ma jkoprux xogħol għad-djar privati ta' l-okkupant jew il-manager. 4.07. Unità ta' xogħol annwali (AWUs) huma ddefiniti bħala impjieg ekwivalenti għal full-time (li jikkorrispondi għan-numru ta' impjiegi ekwivalenti għal full-time), i.e. bħala numru ta' siegħat totali maħduma diviż bin-numru annwali medju ta' siegħat maħduma f'impjiegi full-time fit-territorju ekonomiku. 4.08. Persuna waħda ma tistax tirrapreżenta aktar minn AWU waħda. Din ir-restrizzjoni tgħodd ukoll jekk xi ħadd qiegħed jaħdem fl-industrija agrikola għal aktar minn numru ta' siegħat li jirrapreżentaw impjieg full time. 4.09. L-input ta' xogħol agrikolu ta' persuni li jaħdmu anqas minn full time f'azjendi agrikoli huwa kkalkulat bħala l-proporzjoni tan-numru ta' siegħat attwalment maħduma (kull gimgħa jew kull sena) u n-numru ta' siegħat attwalment maħduma (kull gimgħa jew kull sena) f'impjieg full-time. 4.10. In-numru ta' siegħat attwalment maħduma f'impjieg full-time m' huwiex neċessarjamentl-istess għall-kategoriji kollha tax-xogħol. Huwa possibbli li n-numru ta' siegħat li jiffurmaw impjieg full time użati għal persuni li jaħdmu għal rashom huwa akbar minn dak użat għall-impjegati. Minħabba li fil-każ ta' dan ta' l-aħħar, in-numru massimu ta' siegħat li jridu jinħadmu ikunu stipulati f'kuntratt. 4.11. In-numru ta' siegħat maħduma minn persuna m' għandux ikun aġġustat b' xi koeffiċjent minħabba l-età (i.e. taħt is-16 jew fuq is-65) jew il-ġeneru sesswali. Għandha tkun applikata l-ugwaljanza. Il-"full-time" huwa stabbilit minn numru ta' siegħat maħduma u mhux bħala evalwazzjoni ta' xi ammont u/jew kwalità prodotta. 4.12. Ħlief meta hemm raġunijiet biex ikunu ppreferuti sorsi alternattivi, l-AWU li tirrapreżenta xogħol full-time fl-agrikoltura għandha tkun ibbażata fuq id-definizzjoni kurrenti fis-surveys tal-Komunità fuq l-istruttura ta' l-azjendi agrikoli, bħala is-siegħat minimi rikjesti mid-disposizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-kuntratti tax-xogħol. Jekk dawn ma jindikawx in-numru ta' siegħat annwali allura għandha tittieħed il-figura ta' 1800 siegħa bħala l-minimu (225 jum ta' xogħol ta' tminn siegħat kull jum). V. INDIKATURI TAD-DĦUL AGRIKOLU 5.01. Wieħed mill-għanijiet prinċipali ta' l-EAA huwa li jkejjel id-dħul agrikolu u t-tibdil tiegħu. A. DEFINIZZJONI TA' DĦUL U L-PUNTI LI JIBBILANĊJAW 5.02. Id-dħul jista' jiġi ddefinit bħala l-ammont massimu li l-benefiċjarju jista' jikkonsma matul perjodu partikolari mingħajr ma jitnaqqas il-volum ta' l-attiv tiegħu. Jista' wkoll jiġi ddefinit bħala li huwa t-total tal-konsum u t-tibdil fil-valur ta' l-attiv miżmum fuq perjodu partikolari, bl-affarijiet l-oħra kollha indaqs, minħabba li d-dħul jirrapreżenta dak li seta' kien ikkonsmat. Id-distinzjoni li ssir fil-ESA 95 bejn il-kontijiet kurrenti u l-kont tal-kapital jippermetti li l-konsum potenzali massimu jiġi studjat bl-użu tal-kejl tal-konsum u t-tifdil fil-kontijiet kurrenti u dak tat-tibdil fil-valur ta' l-attiv fil-kont tal-kapital. 5.03. Is-sekwenza tal-kontijiet (cf. 1.43) ta' l-industrija agrikola tagħmilha possibbli biex ikunu kkalkulati tlett punti li jibbilanċjaw li jistgħu jintużaw bħala dħul aggregat għall-industrija agrikola: il-valur miżjud nett, ir-riżultat mill-ġestjoni nett (id-dħul imħallat nett) u d-dħul imprenditorjali nett. Ir-relazzjoni ta' bejn dawn il-punti hija spjegata kif ġej: Il-kont tal-produzzjoni | Il-ġenerazzjoni tal-kont tad-dħul | Il-kont tad-dħul imprenditorjali | P.1 | | L-Output | B. 1n | | Il-valur miżjud nett | B.2n | | Ir-riżultat mill-ġestjoni nett/id-dħul imħallat nett | | | B.3n | | P.2 | - | Il-konsum intermedju | D.1 | - | Il-kumpens ta' l-impjegati | D. 41 | + | Imgħax riċevut | K.1 | - | Il-konsum ta' kapital fiss | D.29 | - | Taxxi oħra fuq il-produzzjoni | D. 41 | - | Imgħax imħallas | D.39 | + | Sussidji oħra fuq il-produzzjoni | D. 45 | - | Renti mħallsa | B.1n | = | Il-valur miżjud nett | B.2n | = | Ir-riżultat mill-ġestjoni nett/id-dħul imħallat nett | B.4n | = | 'Id-dħul imprenditorjali nett' | B.3n | D.29 | - | Taxxi oħra fuq il-Produzzjoni | | | | | | | D.39 | + | Sussidji fuq il-produzzjoni | | | | | | | | = | Il-valur miżjud nett skond il-kost tal-produzzjoni/id-dħul mill-produzzjoni | | | | | | | +++++ TIFF +++++ | 90P90 | 90-91 volumindiċi -n | 91P90 | 90-91 prezzindiċi | 91P91 | 91-92 volumindiċi | 92P91 | 92-91prezzindiċi | 92P92 | A | 100 | 105,0 | 105 | 110,0 | 115 | 102,0 | 117 | 108,0 | 126 | B | 300 | 110,0 | 330 | 95,0 | 314 | 90,0 | 283 | 105,0 | 297 | Total | 400 | 108,8 | 435 | 98,6 | 429 | 93,2 | 400 | 105,8 | 423 | Jekk dawn is-serje jiġu espressi skond sena ta' referenza fissa (e.g. 1990), l-uniku mod biex jinżammu l-istess indiċi tal-volum n/n-1 huwa li l-indiċi jiġu magħquda separatament. Dan jagħti is-serje li ġejja (il-bażi ugwali għal 100 fl-1990): | 1990 | 1991 | 1992 | A | 100 | 105,0 | 107,1 | B | 100 | 110,0 | 99,0 | Total | 100 | 108,8 | 101,4 | (101,4 = 108,8*93,2/100) Il-valuri skond il-prezzijiet kostanti espressi skond is-sena ta' referenza 1990 huma: | 1990 | 1991 | 1992 | A | 100 | 105 | 107,1 | B | 300 | 330 | 297,0 | Total | 400 | 435 | 405,6 | (405,6 = 400*101,4/100) Bħala riżultat, il-kont m' għadux aktar addittiv. Meta jingħaddu l-valuri skond il-prezzijiet kostanti għal A u B toħroġ is-serje li ġejja: | 1990 | 1991 | 1992 | A + B | 400 | 435 | 404,1 | Ħlief fis-sena ta' wara s-sena ta' referenza, is-serje rreferenzata mill-ġdid m' hijiex addittiva. 6.17. Skond il-ESA 95 (10.67), id-data mhux addittiva tal-prezz kostanti tiġi ppubblikata mingħajr l-ebda aġġustament [52]. Dan huwa wkoll l-approċċ meħud mill-EAA. Għandu jkun spjegat lill-utenti, madankollu, li t-tabelli m' humiex addittivi. 4. Il-kalkolu tal-valur miżjud skond il-prezzijiet kostanti 6.18. Il-valur miżjud jiġbor fih il-punti li jibbilanċjaw fil-kont tal-produzzjoni. Allura, m' huwiex possibbli li tifred il-valur miżjud direttament f'parti għall-prezz u parti għall-volum. Il-metodu teoretikament korrett għall-kalkolu tal-valur miżjud skond il-prezzijiet kostanti huwa li ssir "deflazzjoni doppja" (cf. il-ESA 95, 10.27 - 10.28). 6.19. Il-valur miżjud gross espress fil-prezzijiet tas-sena ta' qabel huwa għalhekk ddefinit bħala d-differenza bejn l-output imkejjel fil-prezzijiet tas-sena ta' qabel u l-konsum intermedju mkejjel fil-prezzijiet tas-sena ta' qabel. Il-valur miżjud nett fil-prezzijiet tas-sena ta' qabel huwa ddefinit bħala d-differenza bejn il-valur miżjud gross fil-prezzijiet tas-sena ta' qabel u l-konsum ta' kapital fiss fil-prezzijiet tas-sena ta' qabel. Il-valur miżjud fil-prezzijiet ta' sena ta' referenza fissa jinkiseb billi jsir ir-referenzar mill-ġdid. 6.20. Eżempju: Serje ta' valuri kurrenti u valuri fil-prezzijiet tas-sena ta' qabel (volumi) tikkonċerna l-output u l-konsum intermedju huwa spjegat hawn taħt: | 95P95 | 96P95 | 96P96 | 97P96 | 97P97 | Output | 150 | 160 | 170 | 180 | 200 | Konsum intermedju | 40 | 30 | 35 | 40 | 45 | Il-valur miżjud f'termini ta' volum jinkiseb bit-tnaqqis tal-volum tal-konsum intermedju mill-volum ta' l-output. Minn dan toħroġ is-serje li ġejja: | 95P95 | 96P95 | 96P96 | 97P96 | 97P97 | Il-valur miżjud gross | 110 | 130 | 135 | 140 | 155 | B' dan il-mod, jinkisbu l-indiċi tal-volum fil-prezzijiet tas-sena ta' qabel li ġejjin: | 1996 | 1997 | Il-valur miżjud gross | 118,2 | 103,7 | (118,2 = 130/110*100) (103,7 = 140/135*100) Il-valur miżjud gross tas-sena n fil-prezzijiet ta' l-1995 joħroġ billi jiġi mmultiplikat il-valur kurrenti għall-1995 bl-indiċi tal-volum magħqud. VA 96 (fil-prezzijiet ta' l-1995) = 110*1,182 = 130 VA 97 (fil-prezzijiet ta' l-1996) = 110*1,182*1,037 = 135 5. Rendikont tat-taxxi u s-sussidji fuq il-prodotti f'partijiet ta' volum u prezz 6.21. Ir-rendikont ta' l-ivvalutar skond il-prezz bażiku f'partijiet rispettivi ta' volum u prezz jippresupponi li dan ir-rendikont japplika wkoll għat-taxxi u s-sussidji fuq il-prodotti. L-għażla magħmula fl-EAA hija din li ġejja: 6.22. L-indiċi tal-volum tas-sussidju (jew it-taxxa) fuq prodott huwa identiku għall-indiċi tal-volum ta' l-output skond il-prezz tal-produttur. F'dan il-każ, l-indiċi tal-volum ta' l-output huwa l-istess kemm jekk espress fil-prezz tal-produttur u kemm jekk fil-prezz bażiku. 6.23. Din is-soluzzjoni għandha vantaġġ ieħor: l-indiċi tal-volum huwa indipendenti mill-metodu ta' l-ivvalutar. Konsegwentament, l-interpretazzjoni ta' l-indiċi tal-prezz u l-volum skond il-prezz bażiku, hija sempliċi: għal prodott bażiku perfettament omoġenju, l-indiċi tal-volum huwa identiku għall-indiċi tal-kwantità; l-indiċi tal-prezz jirrifletti it-tibdil fil-prezz bażiku medju. 6.24. Eżempju: Għal prodott partikolari, il-valur ta' l-output skond il-prezz tal-produttur fis-sena n huwa 1000; il-valur ta' l-output fis-sena n+1 huwa 900. L-indiċi tal-volum ta' l-output huwa 102. Dan il-prodott huwa ssussidjat. Il-valur tas-sussidju għas-sena n huwa 100; il-valur tas-sussidju għas-sena n+1 huwa 150. It-tqassim tal-volum/prezz skond is-sussidju isir fil-mod li ġej: | Il-valur n | n+1/nl-indiċi tal-volum | Il-volumn+1 | n+1/nl-indiċi tal-prezz | Il-valur n+1 | L-output skond il-prezzijiet tal-produttur | 1 000 | 102,0 | 1 020 | 88,2 | 900 | Sussidju fuq il-prodotti | 100 | 102,0 | 102 | 147,0 | 150 | L-output skond il-prezzijiet bażiċi | 1 100 | 102,0 | 1 122 | 93,6 | 1 050 | L-indiċi tal-volum tas-sussidju huwa l-istess bħal dak ta' l-output skond il-prezz tal-produttur. [1] L-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet -ESA 1995, il-Lussemburgu 1996. [2] Is-Sistema tal-Kontijiet nazzjonali, 1993. Publikazzjoni konġunta minn Nazzjonijiet Uniti, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, l-OECD u l-Bank Dinji. [3] Minħabba li rrikonoxxiet ħtiġijiet differenti ta' l-analisti, il-FAO irrakkomandat l-użu ta' tlett tipi ta' unità bħala unità bażika għad-deskrizzjoni tal-kontijiet ekonomiċi għall-ikel u l-agrikoltura, i.e. unità istituzzjonali (inkluż djar), stabbilimenti (li huma ekwivalenti għal KAU lokali kif imsemmija fil-ESA) u prodotti kif irrakkomandat mill-SNA 1993 (ekwivalenti għal KAU lokali kif imsemmija fil-ESA) (cf. FAO (1996) is-Sistema tal-Kontijiet Ekonomiċi għall-Ikel u l-Agrikoltura, in-Nazzjonijiet Uniti, Ruma). [4] Għandu jkun emfasizzat li, għalkemm il-ESA tagħti priorità lill-KAU lokali, l-unità li tinsab fl-aħjar posizzjoni biex tanalizza l-proċess tal-produzzjoni hija l-unità tal-produzzjoni omoġenja (UHP). Din l-unità hija mdorrija li tanalizza l-inputs u l-outputs, minħabba li tikkorrispondi eżattament għal tip ta' attività. L-unità istituzzjonali huma għalhekk maqsuma f’numru ta' UHP li huwa daqs kemm hemm attivitajiet (minbarra dawk addizzjonali). Bl-iggruppar ta' dawn il-UHP huwa possibbli li taqsam l-ekonomija f’fergħat (omoġenji) "puri". UHP ma tistax, bħala regola, tkun osservata direttament. Għalhekk, il-kontijiet tal-fergħat omoġenji ma jistgħux jitħejjew fuq il-bażi ta' gruppi ta' UHP. Il-ESA tiddeskrivi il-metodu li bih jitħejjew dawn il-kontijiet. Dan jattribwixxi l-produzzjoni sekondarja u l-ispejjeż korrispondenti tal-fergħat ta' l-attività lill-ferghat omoġenji xierqa (il-ESA, 9.53 sa 9.61). [5] Innota mandankollu li xi attivitajiet sekondarji huwa kkunsidrati dejjem li huma separabbli mill-attività agrikola e.g. il-kiri ta' bini u djar. [6] Il-kejl ta' l-output qabel kien ibbażat fuq il-kunċett tar-"razzett nazzjonali", azjenda agrikola, unika u ipotetika, li twettaq il-produzzjoni agrikola kollha fl-ekonomija nazzjonali, bl-output agrikolu jkun is-somma tal-prodotti kollha li joħorġu mir-razzett nazzjonali. Kien deċiż li jitwarrab il-kunċett tar-razzett nazzjonali minħabba titjib (i) fl-analiżi ekonomika tal-kontijiet agrikoli (il-koeffiċjenti tekniċi u r-rati tal-valur miżjud), (ii) fil-konsistenza bejn il-kontijiet tal-produzzjoni w il-ġenerazzjoni tal-kontijiet tad-dħul, (iii) fil-paragun bejn il-koeffiċjenti tekniċi u r-rati tal-valur miżjud bejn is-sotto-fergħat u l-Istati Membri, u (iv) fil-konsistenza mal-ESA u l-prinċipji tagħha. [7] ISIC Rev. 3: il-klassifikazzjoni industrisjali standard internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-attivitajiet ekonomiċi kollha. [8] Ara wkoll il-Kapitlu 4 "Noti ta' spjegazzjoni" fil-: Eurostat: NACE Rev. 1, Il-klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea, it-Tema 2, is-Serje E, il-Lussemburgu, 1996. [9] Għalhekk issir distinzjoni bejn it-tlett tipi ta' unità li jipproduċu l-inbid: in-negozji ta' l-ikel, il-gruppi tal-produtturi agrikoli u l-azjendi agrikoli. [10] Hemm xi diskrepanzi bejn id-definizzjonijiet tan-NACE fil-lingwi individwali. Skond il-verżjonijiet tan-NACE bil-Ġermaniż u l-Ingliż, l-operazzjoni ta' nurseries ta' siġar tal-foresti biss hija parti min-NACE 02.01 (forestrija u logging). L-inklużjoni ta' nurseries li jipproduċu siġar tal-frott, dwieli u siġar ornamentali fil-fergħa agrikola għalhekk ma jirrapreżentax devjazzjoni min-NACE. [11] Ir-raġuni għal din id-devjazzjoni mir-regola ġenerali hija li f’dawn il-każi speċjali parti sostanzjali miż-żerriegħa tinkiseb mill-output normali tal-ħsad korrispondenti taċ-ċereali, żrieragħ taż-żejt, ħxejjex tal-proteini jew patata, waqt li f'każi oħra hija prodotta f’azjendi speċjalizzati [12] Ir-raġuni għal din id-devjazzjoni hija li, fil-prattika, il-proċess tal-produzzjoni tat-tfaqqis tal-bajd u dak tal-bajd għall-konsum huwa differenti, u m' hemm l-ebda l-output ta' "bajd" li d-destinazzjoni tiegħu tista' tkun deċiża wara l-produzzjoni tiegħu. Mill-bidu tal-proċess tal-produzzjoni, il-bajd għat-tfaqqis huma ddestinati għall-produzzjoni tat-tjur. Għalhekk huma ttratti, fl-EAA, bl-istess mod bħall-majjali zgħar li huma kkunsidrati bħala output nofsu lest tal-produzzjoni tal-majjali. [13] Prodott sekondarju huwa prodott li teknikament huwa marbut mal-produzzjoni ta' prodotti oħra. Jista' jkun esklussiv meta jintrabat ma' prodotti oħra ta' l-istess grupp imma li l-produzzjoni tagħhom hija esklussiva għal dan il-grupp, jew ordinarja meta jintrabat ma' prodotti oħra, li l-produzzjoni tagħhom m'hijiex partikolari għal grupp wieħed. [14] L-apparat u l-magni jappartjenu għall-koperattiva, kontra l-pools ta' magni, fejn dawn ġeneralment ikunu proprjetà ta' azjendi individwali. [15] Cf. 6.72 sa 6.79 u 6.94 sa 6.100 ta' l-SNA. [16] Cf. 2.029 sa 2.031 għaż-żmien li fih l-istokk jiġi rreġistrat. [17] FAO (1996) Is-sistema tal-kontijiet of ekonomiċi għall-ikel u l-agrikoltura, in-Nazzjonijiet Uniti, Ruma. [18] L-output għal dawn l-annimali jiġi kkalkulat billi jingħaddu l-oġġetti ta’ kapital fiss prodotti fuq il-kont proprju (= dħul ta' oġġetti imnaqqas bit-tnaqqis fl-attiv) u bejgħ (= tneħħijiet). [19] Meta jiġi vvalutat il-kummerċ, l-ispejjeż involuti fit-trasferiment ta' titolu ta' proprjetà (il-marġni tal-kummerċ u l-ispejjeż tat-trasport) jiġu nklużi fil-valur ta' l-akkwist. Fil-każ ta' kummerċ bejn azjendi residenti, il-bejgħ u x-xiri jikkumpensaw lil xulxin ħlief għall-ispejjeż tat-trasferiment li jitqiesu, fil-kalkolu ta' l-output, bħala "bejgħ negattiv". [20] Trattament identiku japplika għal prodotti agrikoli oħra li għandhom l-istess karattru ta' stokk [21] Dan huwa ġeneralment il-każ jekk il-produzzjoni tiġi promossa, u f’xi każi magħmula possibbli biss, b' din in-nefqa minn min iħaddem. [22] Il-leasing huwa differenti mill-kiri fis-sens li r-riskji u l-vantaġġi ta' min għandu t-titolu tal-leasing jiġu ttrasferiti de facto, imma mhux de jure, minn min jikri lill-kerrej (l-utent ta' l-attiv). Il-ESA jikkunsidra s-sitwazzjoni ekonomika tal-leasing billi, għall-irreġistrar, dak li jikri jipprovdi kreditu lill-kerrej li jippermetti lil dan ta' l-aħħar li jixtri oġġett li jifilħu għall-istrapazz u li jsir is-sid de facto. Il-leasing jitqies għalhekk bħala forma speċjali ta' finanzjament ta' investiment. [23] Bħala konsegwenza diretta ta' dan il-metodu, l-ispejjeż assoċjati mal-kummerċ f’bhejjem bħala "attiv fiss" bejn l-unità għandhom jiġu rreġistrati taħt il-GFCF ta' l-akkwistatur. [24] F’dan il-każ, l-attività tat-tqattih barra taż-żrigħ u l-bejgħ ta' l-injam lest jaqgħu taħt attività tal-forestrija. [25] Għandu jkun innutat li l-ispejjeż tas-servizz tat-tħaffir ta' l-art u qlugħ ta' żrigħ li jistgħu jiġu fatturati minn kumpanija li tagħmel dan ix-xogħol jirrapreżentaw konsum intermedju ta' dan is-servizz. [26] It-trattament tal-bejgħ tal-bhejjem għall-qatla (i.e. mill-biċċerija jew il-bidwi, inkluż il-bejgħ kollu lil unità mhux agrikoli għal użu ekonomiku li mhux qatla) bħala tneħħija ta' attiv fiss jiġbor fih simplifikazzjoni tal-proċedura ta' l-ikkontjar għall-irreġistrar tat-tneħħija ta' l-attiv fiss li l-użu ekonomiku tiegħu inbidel. Bhejjem bħala "attiv fiss" huma fil-fatt ikkonvertiti fi stokk bl-irreġistrar ta' ċirkolazzjoni imsejħa "tibdil ieħor fil-volum" (cf. 2.136) imdaħħla fil-kont ta' "tibdil ieħor fil-volum ta' l-attiv". Jinbiegħu biss f’forma ta' stokk, il-bejgħ wara jirrapreżenta tnaqqis mill-istokk u mhux tneħħija ta' attiv. [27] Sakemm il-bejgħ u x-xiri saru fl-istess perjodu ta’ l-ikkontjar. Jekk le, jiġu rreġistrati tneħħija (għall-perjodu li fih sar il-bejgħ) u akkwist (għall-perjodu li fih sar ix-xiri). [28] Inkluż il-qatla għall-konsum finali proprju jew ħlas bi tpartit. [29] Il-kummerċ fil-bhejjem tat-tnissil bejn il-bdiewa ma jiġix irreġistrat fil-kontijiet. Dan huwa l-każ ukoll jekk il-kummerċ isir permezz ta' aġenti (jekk ix-xiri u l-bejgħ saru fl-istess perjodu). Madankollu, l-ispejjeż tat-trasferiment tat-titolu tal-proprjetà (servizzi ta' aġenti, marġni tal-kummerċ, spejjeż tat-trasport, eċċ) għandhom jiġu nklużi fil-valur tal-GFCF għall-bhejjem. [30] L-SNA 93 (6.185), kontra tal-ESA 95 (6.03), jikkunsidra li l-konsum ta' kapital fiss għall-bhejjem għandu jiġi kkalkulat. [31] Jista' jintuża kwalunkwe metodu ieħor li jwassal għal riżultati ekwivalenti. [32] Dan it-tnaqqis jikkorrispondi għall-każ teoretiku fejn l-importazzjoni ta' annimali produttivi jiġu rreġistrati bħala GFCF. Fil-prattika l-annimali kollha importati mill-industrija agrikola jitqiesu bħala tibdil fl-istokk (cf. 2.205). [33] Tibdil ieħor fil-volum ġeneralment huwa mifhum li jfisser stokk ta' oġġetti meqruda wara avvenimenti eċċezzjonali (bħal diżastri naturali). It-telf kurrenti huwa inkluż fit-tnaqqis mill-istokk. [34] Jintuża t-tqassim ta' l-output f’bejgħ (w użu ieħor) u tibdil fl-istokk. [35] Jista' jinkiseb riżultat simili bl-irreġistrar tal-bejgħ fuq il-bażi ta' kull sitt xhur u bil-kalkolu ta' l-output tas-sena ta' referenza n billi jingħaddu flimkien il-bejgħ tat-tieni nofs ta' sena n u dak ta' l-ewwel nofs tas-sena n + 1. [36] Din il-kategorija ma tinkludix pagamenti magħmula primarjament fl-interess ta' min iħaddem. Pagamenti bħal dawn huma parti mill-konsum intermedju (cf. 2.108 (e)). [37] Il-prodotti agrikoli pprovduti lill-impjegati huma output tal-fergħa agrikola. [38] Is-servizzi ta' l-akkommodazzjoni jitqiesu bħala attività mhux agrikola separabbli, bir-riżultat li jidhru biss bħala kumpens ta' l-impjegati u fil-forma ta' tnaqqis mir-riżultat mill-ġestjoni ta' l-industrija agrikola. Li kieku kienu attività mhux agrikola inseparabbli, kieku kienu jiġu rreġistrati bħala parti mill-produzzjoni u forma ta' kumpens ta' l-impjegati. [39] Jikkorrispondu b' mod partikolari għall-pagi u s-salarji li min iħaddem ikompli jħallas fuq bażi proviżorja lill-impjegati tiegħu fil-każ ta' mard, maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol, invalidità jew tkeċċija mix-xogħol, sakemm l-ammonti konċernati jistgħu jiġu identifikati separatament. [40] Il-valur tal-bejgħ huwa l-aktar oġġett taxxabbli importanti. L-Istati Membri ta’ l-UE kollha jiġbru taxxi fuq il-valur tal-bejgħ fil-forma ta' VAT. Ir-rati ta' din it-taxxa ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor u anke fl-Istati Membri individwali. B' mod ġenerali, il-prodotti agrikoli huma suġġetti għal rata ta' taxxa aktar baxxa mir-rata normali. [41] Ir-rata ta' perċentaġġ tista' tvarja skond it-tip tal-prodott u l-mezz tad-distribuzzjoni. [42] Il-varjazzjonijiet bejn l-Istati Membri fis-sistemi tal-VAT li jħaddmu kultant jipproduċu sitwazzjonijiet li fihom il-VAT imħallsa mill-bdiewa fuq ix-xiri tagħhom ma tkunx tista' tinġabar lura jew tiġi kkumpensata. Pagamenti ta' VAT bħal dawn jirrapreżentaw (i) VAT mhux deduċibbli, i.e. VAT imħallsa fuq ix-xiri li l-bdiewa, irrispettivament mis-sistema li huma suġġetti għaliha, ma jistgħux inaqqsuha mil-VAT ffatturata fuq il-bejgħ u li għaliha għalhekk m' hemmx kumpens; (ii) u/jew VAT li m' hijiex dik imsemmija taħt (i), imħallsa fuq ix-xiri li għaliha il-bdiewa suġġetti għas-sistema ta' rata fissa m'humiex ikkumpensati għal kollox permezz tal-prezz tal-bejgħ jew permezz tar-rifużjoni. [43] Eżempju importanti huwa s-sussidji imħallsa lill-kumpaniji ta' l-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja li jippermettu lil dawn il-kumpaniji li jitolbu premiums (gross) aktar baxxi mid-detenturi ta’ poloz ta’ l-assigurazzjoni (e.g. impriżi agrikoli joħorġu l-assigurazzjoni biex ikopru riskji bħall-ħsara mis-silġ, ġlata eċċ.). Minħabba li dawn is-sussidji huma sussidji fuq prodotti, la l-prodott huwa s-servizz ta' l-assigurazzjoni, ma jiġux irreġistrati fil-ġenerazzjoni tal-kont tad-dħul tad-detentur tal-polza (u għalhekk mhux, fl-eżempju ta' fuq, fil-EAA). Madankollu, anke minħabba li dawn is-sussidji inaqqsu l-ispejjeż tas-servizzi ta' l-assigurazzjoni (lid-detentur tal-polza ta' l-assigurazzjoni), l-effett tagħhom huwa rifless fil-kont tal-produzzjoni (b' valur aktar baxx ta' konsum intermedju, cf. 2.108(g)) tad-detentur tal-polza ta' l-assigurazzjoni. [44] Madankollu, meta għotja sservi l-għan doppju li tiffinanzja kemm il-ħlas lura tad-dejn u wkoll il-ħlas ta' l-imgħax fuqu, u meta mhux possibbli li taqsamha bejn iż-żewġ elementi, l-għotja sħiħa titqies bħala għotja ta' investiment. [45] L-imgħax riċevut jikkorrispondi għal "kontijiet oħra riċevibbli" (F.7) fil-kont finanzjarju. Din il-kategorija tinkludi l-operazzjonijiet kollha ġejjin taħt it-titolu kontijiet oħra riċevibbli, i.e. l-attiv finanzjarju kollu maħluq bħala kontraparti għall-operazzjonijiet finanzjarji jew mhux finanzjarji, sakemm hemm differenza ta' żmien bejn meta ssir l-operazzjoni u meta jsir il-pagament korrispondenti. [46] Innota li r-renti riċevuti m' humiex relevanti għall-EAA minħabba l-użu tal-kunċett ta' l-industrija agrikola (cf. 1.44). [47] Il-ESA 95 jipproponi li l-ammont sħiħ jiġi rreġistrat bħala renta fuq l-art jekk il-valur ta' l-art huwa maħsub li huwa ogħla minn dak tal-bini, u bħala renta fuq il-bini jekk il-każ huwa l-oppost. [48] Inkluż proviżjon għat-telf ta' oġġetti ta’ kapital fiss bħala riżultat ta' ħsara aċċidentali li tista' ssir assigurazzjoni kontriha. Il-valur ta' dawn il-proviżjonijiet li għandu jiġi rreġistrat huwa l-valur tal-premiums netti imħallsa fuq oġġetti ta’ kapital fiss assigurati. [52] Dan ma jipprekludix il-possibilità li jista' jkun hemm ċirkostanzi li fihom min iħejji d-data jiddeċiedi li huwa preferibbli li jkunu eliminati d-diskrepanzi sabiex titjieb il-konsistenza globali tad-data. -------------------------------------------------- L-ANNESS II IL-PROGRAMM TA' TRASMISSJONI TAD-DATA TA' L-EAA Għal kull wieħed mill-punti ta' l-output (il-punti 01 sa 18, inkluż is-sotto-punti), għandu jiġi trasmess il-valur skond il-prezzijiet bażiċi kif ukoll il-partijiet tiegħu (il-valur skond il-prezzijiet tal-produttur, is-sussidji fuq il-prodotti u t-taxxi fuq il-prodotti). Id-data għall-kont tal-produzzjoni u għall-GFCF għandha tiġi trasmessa kemm skond il-prezzijiet kurrenti kif ukoll skond dawk kostanti. Il-valuri kollha għandhom jiġu espressi f'miljuni ta' unità tal-munita nazzjonali. L-input tax-xogħol għandu jiġi espress f'1000 AWU. 1. Il-kont tal-produzzjoni Punt | Lista ta' varjabbli | It-trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta' referenza n | Novembru ta' sena n (estimi) | Jannar ta' sena n+1 (estimi) | Settembru ta' sena n+1 | 01 | Ċereali (inkluż zrieragħ) | X | X | X | 01.1 | Qamħ u farru | X | X | X | 01.1/1 | Qamħ artab u farru artab | — | — | X | 01.1/2 | Qamħ durum | — | — | X | 01.2 | Segala u meslin | X | X | X | 01.3 | Xgħir | X | X | X | 01.4 | Oats u taħlit ta' ċereali tas-sajf | X | X | X | 01.5 | Qamħirrum | X | X | X | 01.6 | Ross | X | X | X | 01.7 | Ċereali oħrajn | X | X | X | 02 | Ħxejjex industrijali | X | X | X | 02.1 | Zrieragħ taż-żejt u frott taż-żejt (inkluż żrieragħ) | X | X | X | 02.1/1 | Kolza u zerriegħa tal-ġidra tal-kolza | — | — | X | 02.1/2 | Fjura tax-xemx | — | — | X | 02.1/3 | Soya | — | — | X | 02.1/4 | Prodotti oħra taż-żejt | — | — | X | 02.2 | Ħxejjex tal-proteini (inkluż iż-żrieragħ) | X | X | X | 02.3 | Tabakk mhux maħdum | X | X | X | 02.4 | Xtieli taz-zokkor | X | X | X | 02.5 | Ħxejjex oħra industrijali | X | X | X | 02.5/1 | Pjanti tal-fibra | — | — | X | 02.5/2 | Ħops | — | — | X | 02.5/3 | Ħxejjex oħra industrijali: oħrajn | — | — | X | 03 | Pjanti tal-ġwież | X | X | X | 03.1 | Qamħirrum għall-għalf | — | — | X | 03.2 | Għeruq ta' ħxejjex għall-għalf (inkluż xtieli tal-ġwież) | — | — | X | 03.3 | Pjanti oħra tal-ġwież | — | — | X | 04 | Prodotti tal-ħaxix u ortikulturali | X | X | X | 04.1 | Ħaxix frisk | X | X | X | 04.1/1 | Pastard | — | — | X | 04.1/2 | Tadam | — | — | X | 04.1/3 | Ħaxix frisk ieħor | — | — | X | 04.2 | Pjanti u fjuri | X | X | X | 04.2/1 | Pjanti tan-nursery | — | — | X | 04.2/2 | Pjanti u fjuri ornamentali (inkluż siġar tal-Milied) | — | — | X | 04.2/3 | Żrigħ | — | — | X | 05 | Patata (inkluż żrieragħ) | X | X | X | 06 | Frott | X | X | X | 06.1 | Frott frisk | X | X | X | 06.1/1 | Tuffieħ għad-deżerta | — | — | X | 06.1/2 | Lanġas għad-deżerta | — | — | X | 06.1/3 | Ħawħ | — | — | X | 06.1/4 | Frott frisk ieħor | — | — | X | 06.2 | Frott taċ-ċitru | X | X | X | 06.2/1 | Larinġ ħelu | — | — | X | 06.2/2 | Mandarin | — | — | X | 06.2/3 | Lumi | — | — | X | 06.2/4 | Frott taċ-ċitru ieħor | — | — | X | 06.3 | Frott tropikali | X | X | X | 06.4 | Għeneb | X | X | X | 06.4/1 | Għeneb għad-deżerta | — | — | X | 06.4/2 | Għeneb ieħor | — | — | X | 06.5 | Żebbuġ | X | X | X | 06.5/1 | Żebbuġ tal-mejda | — | — | X | 06.5/2 | Żebbuġ ieħor | — | — | X | 07 | Nbid | X | X | X | 07.1 | Nbid tal-mejda | — | — | X | 07.2 | Nbid ta' kwalità | — | — | X | 08 | Żejt taż-żebbuġa | X | X | X | 09 | Prodotti oħrajn tal-ħxejjex | X | X | X | 09.1 | Materjali tal-ħaxix użati primarjament għall-immaljar | — | — | X | 09.2 | Żrieragħ | — | — | X | 09.3 | Prodotti oħra tal-ħxejjex: oħrajn | — | — | X | 10 | L-output tal-ħxejjex (01 to 09) | X | X | X | 11 | Annimali | X | X | X | 11.1 | Baqar | X | X | X | 11.2 | Majjali | X | X | X | 11.3 | Equines | X | X | X | 11.4 | Nagħaġ u mogħoż | X | X | X | 11.5 | Tjur | X | X | X | 11.6 | Annimali oħra | X | X | X | 12 | Prodotti ta' l-annimali | X | X | X | 12.1 | Ħalib | X | X | X | 12.2 | Bajd | X | X | X | 12.3 | Prodotti oħra ta' l-annimali | X | X | X | 12.3/1 | Suf maħdum | — | — | X | 12.3/2 | Fsiedaq tad-dudu tal-ħarir | — | — | X | 12.3/3 | Prodotti oħra ta' l-annimali: oħrajn | — | — | X | 13 | L-output ta' l-annimali (11+12) | X | X | X | 14 | L-output ta' oġġetti agrikoli (10+13) | X | X | X | 15 | L-output ta' servizzi agrikoli | X | X | X | 15.1 | Servizzi agrikoli | — | — | X | 15.2 | Kiri ta' kwoti tal-ħalib | — | — | X | 16 | L-output agrikolu (14+15) | X | X | X | 17 | Attivitajiet sekondarji mhux agrikoli (inseparabbli) | X | X | X | 17.1 | L-ipproċessar ta' prodotti agrikoli | X | X | X | 17.2 | Attivitajiet sekondarji inseparabbli oħrajn (oġġetti u servizzi) | X | X | X | 18 | L-output ta' l-industrija agrikola (16+17) | X | X | X | 19 | Il-konsum intermedju totali | X | X | X | 19.01 | Żrieragħ u stokk għaż-żrigħ | X | X | X | 19.02 | Enerġija; lubrikanti | X | X | X | 19.02/1 | —elettriċità | — | — | X | 19.02/2 | —gass | — | — | X | 19.02/3 | —fuels u propellanti oħra | — | — | X | 19.02/4 | —oħrajn | — | — | X | 19.03 | Fertilizzanti u prodotti għat-titjib tal-ħamrija | X | X | X | 19.04 | Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u pestiċidi | X | X | X | 19.05 | Spejjeż veterinarji | X | X | X | 19.06 | Oġġetti għall-għalf ta' l-annimali | X | X | X | 19.06/1 | —oġġetti għall-għalf forniti minn azjendi agrikoli oħrajn | X | X | X | 19.06/2 | —oġġetti għall-għalf mixtrija minn barra l-industrija agrikola | X | X | X | 19.06/3 | —oġġetti għall-għalf prodotti u kkonsmati mill-istess azjenda | X | X | X | 19.07 | Manteniment ta' materjali | X | X | X | 19.08 | Manteniment ta' bini | X | X | X | 19.09 | Servizzi agrikoli | X | X | X | 19.10 | Oġġetti u servizzi oħrajn | X | X | X | 20 | Il-valur miżjud gross skond il-prezzijiet bażiċi (18-19) | X | X | X | 21 | Konsum ta' kapital fiss | X | X | X | 21.1 | Appart | — | — | X | 21.2 | Bini | — | — | X | 21.3 | Żrigħ | — | — | X | 21.4 | Oħrajn | — | — | X | 22 | Il-valur miżjud nett skond il-prezzijiet bażiċi (20-21) | X | X | X | 2. Il-ġenerazzjoni tal-kont tad-dħul Punt | Lista ta' varjabbli | It-trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta' referenza n | Novembru ta' sena n (estimi) | Jannar ta' sena n+1 (estimi) | Settembru ta' sena n+1 | 23 | Kumpens ta' l-impjegati | X | X | X | 24 | Taxxi oħra fuq il-produzzjoni | X | X | X | 25 | Sussidji oħra fuq il-produzzjoni | X | X | X | 26 | Dħul mill-produzzjoni (22–24+25) | X | X | X | 27 | Riżultat mill-ġestjoni/dħul imħallat (22-23-24+25) | X | X | X | 3. Il-kont tad-dħul imprenditorjali Punt | Lista ta' varjabbli | It-trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta' referenza n | Novembru ta' sena n (estimi) | Jannar ta' sena n+1 (estimi) | Settembru ta' sena n+1 | 28 | Renti u spejjeż oħra li jridu jitħallsu għall-kiri ta' bini | X | X | X | 29 | Imgħax imħallas | X | X | X | 30 | Imgħax riċevut | X | X | X | 31 | Dħul imprenditorjali (27-28-29+30) | X | X | X | 4. Elementi tal-kont tal-kapital Punt | Lista ta' varjabbli | It-trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta' referenza n | Novembru ta' sena n (estimi) | Jannar ta' sena n+1 (estimi) | Settembru ta' sena n+1 | 32 | Il-GFCF fi prodotti agrikoli | — | — | X | 32.1 | Il-GFCF fi żrigħ | — | — | X | 32.2 | Il-GFCF f'annimali | — | — | X | 33 | Il-GFCF fi prodotti mhux agrikoli | — | — | X | 33.1 | Il-GFCF f'materjali | — | — | X | 33.2 | Il-GFCF f'bini | — | — | X | 33.3 | GFCF oħrajn | — | — | X | 34 | Il-formazzjoni ta' kapital fiss gross (minbarra l-VAT deduċibbli) (32+33) | — | — | X | 35 | Il-formazzjoni ta' kapital fiss nett (minbarra l-VAT deduċibbli) (34-21) | — | — | X | 36 | Tibdil fl-istokk | — | — | X | 37 | Trasferimenti ta' kapital | — | — | X | 37.1 | Għotjiet ta' investiment | — | — | X | 37.2 | Trasferimenti oħra ta' kapital | — | — | X | 5. L-input tax-xogħol agrikolu Punt | Lista ta' varjabbli | It-trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta' referenza n | Novembru ta' sena n (estimi) | Jannar ta' sena n+1 (estimi) | Settembru ta' sena n+1 | 38 | L-input tax-xogħol agrikolu totali | X | X | X | 38.1 | L-input tax-xogħol agrikolu mhux imħallas | X | X | X | 38.2 | L-input tax-xogħol agrikola imħallas | X | X | X | --------------------------------------------------