32004R0069



Official Journal L 010 , 16/01/2004 P. 0016 - 0017


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2004

tal-15 ta’ Jannar 2004

li jawtorizza derogi minn dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE dwar il-marketing ta’ materjal riproduttiv minn foresti estratt minn ċertu materjal bażiku.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 rigward l-marketing ta’ materjal riproduttiv minn foresti, u b’mod partikolari l-Artikolu 6 [1],

Billi:

(1) B’ konformita’ mad-Direttiva 1999/105/KE, materjal riproduttiv minn foresti li jitqiegħed fis-suq għandu jkun estratt minn materjal bażiku li jaderixxi mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-Annessi ta’ l-istess Dircttiva.

(2) Materjal riproduttiv minn foresti estratt minn materjal approvat jista’ jitqiegħed fis-suq taħt diversi kategoriji, fosthom "Kwalifikat".

(3) Ċertu materjal bażiku ta’ ġeneru li fil-passat ma kienx kopert mid-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE [2] li jipproduċi materjal riproduttiv minn foresti li ma jissodisfax il-kriterji kollha tad-Direttiva 1999/105/EK u ma jistax jissodisfa dawn il-kriterji f’perjodu raġonevoli ta’ żmien minħabba t-tul taċ-ċiklu tal-ħajja..

(4) Sabiex tiġi evitata kull defiċjenza ta’ materjal bażiku li huwa intenzjonat illi jintuża għall-produzzjoni ta’ materjal riproduttiv, iridu jkunu awtorizzati derogi għall-perjodu limitat ta’ żmien u taħt kondizzjonijiet speċifiċi.

(5) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti taż-Żrieragħ u Materjal ta’ Propogazzjoni għall-Agrikoltura, Ortikultura u Foresti.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. B’ eċċezzjoni għall-punt 1(c) ta’ l-Anness IV tad-Direttiva, dan ir-regolament japplika għall-materjal bażiku tal-Pinus pinaster Ait li hu konformi mal-kriterji tad-Direttiva 1999/105/KE

2. L-Istati Membri jistgħu jawtorrizaw l-marketing ta’ ċertu materjal riproduttiv taħt il-kategorija "Kwalifikat", meta materjal riproduttiv hu estratt mill-materjal bażiku speċifikat fil-paragrafu 1.

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijet ta’ "materjal bażiku", "materjal riproduttiv", "kwalifikat" u "korpi uffiċjali" previsti mill-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/105/KE għandhom japplikaw.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummisjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn b’ materjal bażiku li jkun approvat sabiex jintuża għall-produzzjoni ta’ materjal riproduttiv minn foresti.

2. L-inklużjoni fil-lista nazzjonali ta’ materjal bażiku approvat li hija msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 1999/105/KE trid tindika illi dak il-materjal bażiku mhux konformi mal-kriterji kollha tad-Direttiva li huma stabbiliti mill-"L-Artikolu 6(7) tad-Direttiva 1999/105/KE".

3. L-inkulużjoni fil-Lista tal-Komunità ta’ materjal approvat għall-użu ta’ materjal riproduttiv minn foresti msemmija f’ l-Artikolu 11tad-Direttiva 1999/105/KE trid tindika li dak il-materjal bażiku mhux konformi mal-ħtiġijiet kollha tad-Direttiva li huma stabbiliti mill-"L-Artikolu 6(7) tad-Direttiva 1999/105/KE".

4. L-inklużjoni f’Master Certificate msemmi fl-ewwel inċiżjoni ta’ l-Artikolu 12 tad-Direttiva 1999/105/KE trid tindika li dak il-materjal bażiku mhux konformi mal-kriterji tad-Direttiva kif stabbiliti mill-"L-Artikolu 6(7) tad-Direttiva 1999/105/KE". Informazzjoni dettaljata tinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 3

Matul il-marketing ta’ materjal riproduttiv minn foresti minn materjal bażiku awtorizzat taħt l-Artikolu 1, t-tiketta jew dokumenti tal-produttur rikjesti mill-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 1999/105/KE għandha turi illi "Il-materjal huwa konformi mal-provvedimenti tar-Regolement tal-Kummissjoni (KE) No 69/2004".

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jibda japplika mis-seba’ ġurnata wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ma għandux jibqa’ japplika 15-il sena wara li jidħol fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 15 Jannar 2004.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 11, 15.01.00, p. 17.

[2] ĠU C 125 tal-11.7.1966, p. 2326/66.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Informazzjoni li għandha tidher fil-Master Certificate kif stabbilit fl-Anness VIII parti B

1. F’ paragrafu 1(b) il-kliem "L-Artikolu 6(7) tad-Direttiva 1999/105/KE" u l-isem li japplika għall-materjal bażiku għandhom jiġu ndikati.

2. F’ paragrafu 6 il-kliem "L-Artikolu 6(7) tad-Direttiva 1999/105/KE" u r-referenza tar-reġistru għandhom jiġu indikati.

3. Fil-paragrafu 20 il-kliem "L-Artikolu 6(7) tad-Direttiva 1999/105/KE" għandhom jiġu indikati.

--------------------------------------------------