Official Journal L 007 , 13/01/2004 P. 0001 - 0006
Ir-Regolament (KE) Nru 48/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2003 dwar il-produzzjoni ta' statistika Komunitarja annwali rigward l-industrija ta' l-azzar għas-snin ta' riferenza 2003 - 2009 IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu, Wara li kunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2], Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], Billi: (1) L-istatistika ta' l-industrija ta' l-azzar kienet imsejsa fuq it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) li ġiet fit-tmiem fit-23 ta' Lulju 2002. (2) Ir-Regolament (KE) Nru 1840/2002 [4] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Settembru 2002 kien adottat sabiex jiżgura il-prolongazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2002 tas-sistema ta' l-istatistika ta' l-azzar tal-KEFA wara l-iskadenza tat-Trattat dwar il-KEFA. (3) Huwa meħtieġ li jiġi ssoktat il-ġbir ta' l-istatistika ta' l-industrija ta' l-azzar sabiex tiġi implimentata l-politika Komunitarja tal-futur dwar l-industrija ta' l-azzar. L-ebda sistema oħra ta' statistika eżistenti fil-livell Ewropew ma tista' tissodisfa l-ħtieġa għal din l-istatistika. Huwa għalhekk meħtieġ Regolament ġdid imsejjes fuq it-Trattat dwar il-KE rigward il-ġbir ta' l-istatistika Komunitarja dwar l-industrija ta' l-azzar. (4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-istatistika Komunitarja [5] jipprovdi l-qafas ta' riferenza għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. (5) Tinħtieġ fażi transitorja mis-sena 2003 sas-sena 2009 għalbiex tistabbilixxi jekk l-istatistika dwar l-azzar tistax tiġi integrata f'sistemi ta' statistika oħra. (6) L-intrapriżi fl-industrija ta' l-azzar jeħtieġu tagħrif minn madwar id-dinja kollha dwar l-investiment u l-kapaċità sabiex jiġu stmati n-nuqqas tal-kapaċità jew il-kapaċità żejda futuri għal klassijiet partikolari ta' prodotti ta' l-azzar. L-istatistika Kommunitarja dwar l-investiment u l-kapaċità jikkontribwixxu għal network globali ta' tagħrif dwar il-kapaċità dinjija ta' l-azzar, organizzat taħt l-awspiċi ta' l-OECD. (7) L-istatistika dwar il-konsum ta' l-enerġija fl-industrija ta' l-azzar tagħti tagħrif mhux biss dwar l-użu ta' l-enerġija u l-produzzjoni fl-industrija ta' l-azzar imma b'mod indirett dwar l-emissonijiet ta' sustanzi li jniġġsu wkoll. (8) L-istatistika dwar id-disponibbiltà tal-ħażniet tar-ruttam tal-ħadid u ta' l-azzar hija meħtieġa sabiex isir monitoraġġ ta' l-użu ta' din il-materja prima importanti għalbiex jintgħamel l-azzar. (9) Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6]. (10) Il-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika ġie kkonsultat skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni, tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [7], ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Objettiv L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' l-istatistika Komunitarja rigward l-industrija ta' l-azzar għas-snin tar-riferenza 2003 - 2009. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-iskop ta' dan ir-Regolament. it-termini "statistika Komunitarja" u "produzzjoni ta' l-istatistika" għandhom jieħdu t-tifsiriet mogħtija lilhom bir-Regolament (KE) Nru 322/97. Artikolu 3 Kamp ta' applikazzjoni Dan ir-Regolament għandu jkopri data dwar l-industrija ta' l-azzar, li hija definita bħala l-grupp 27.1 tal-klassifika ta' statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE Rev. 1), stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill 3037/90/ [8]. Meta l-valur miżjud fuq il-fattur ta' l-ispiza tal-produzzjoni ta' l-intrapriżi fl-industrija ta' l-azzar ta' Stat Membru jirrappreżenta anqas minn 1 % tat-total Komunitarju, id-data dwar il-karatteristiċi ma għandhiex għalfejn tiġi miġbura. Artikolu 4 Karatteristiċi Id-data fornita, li għandha tikkonforma mal-format iddikjarat fl-Anness, għandha jkollha x'taqsam mal-karatteristiċi ta' l-unità tat-tip ta'-attività kif iddefiniti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta' Marzu 1993 dwar l-unitajiet ta' l-statistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistemi tal-produzzjoni fil-Komunità [9] u għall-intrapriżi li jkollhom 50 impjegat jew iktar. Artikolu 5 Riferenza għaż-żmien u l-perjodiċità L-Istati Membri għandhom jikkumpilaw fuq bażi annwali d-data speċifikata fl-Anness għall-ewwel darba għas-sena 2003 u kull sena wara din sas-sena 2009. Artikolu 6 Trasmissjoni tad-data 1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) id-data u l-metadata dwar l-industrija ta' l-azzar aggregati fuq l-unitajiet imsemmija fl-Artikolu 4, It-trasmissjoni għandha tinkludi data kunfidenzali skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji eżistenti dwar it-trasmissjoni ta' data bla ħsara għall-kunfidenzalità. 2. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu d-data u l-metadata f'għamla elettronika. It-trasmissjoni għandha tikkonforma ma' standard xieraq ta' inter-kambju approvat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2). L-Eurostat għandha tagħmel disponibbli dokumentazzjoni dettaljata fejn jidħlu l-istandards approvati u għandha tforni linji gwida dwar kif dawn l-istandards jiġu implimentati skond il-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament. 3. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu d-data u l-metadata fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena ta' riferenza. Madankollu, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2), il-Kummissjoni tista' testendi dan il-perjodu taż-żmien għal 12-il xahar għall-ewwel trasmissjoni lil dawk l-Istati Membri li jsibu diffikultajiet biex jimplimentaw dan ir-Regolament. Artikolu 7 Miżuri ta' implementazzjoni Il-miżuri li ġejjin sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2): (a) kull bidla għal-lista tal-karatteristiċi, basta li ma jiġi impost l-ebda piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri; (b) il-formati tat-trasmissjoni u l-ewwel perjodu taż-żmien tat-trasmissjoni. Artikolu 8 Proċedura 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika, stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. Artikolu 9 Rapporti Fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tiegħu. B'mod partikolari, ir-rapport għandu: (a) jistma l-benefiċċi li jakkumulaw għall-Komunità, l-Istati Membri u l-provvedituri u l-utenti tat-tagħrif statistikali ta' l-istatistika prodotta f'relazzjoni ma' l-ispejjeż tagħhom; (b) jistma l-kwalità ta' l-istatistika prodotta; (ċ) jivverifika s-sinerġija ma' attivitajiet oħra Komunitarji; (d) jipproponi kull bidla kunsidrata meħtieġa sabiex ittejjeb l-operat ta' dan ir-Regolament. Artikolu 10 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' Diċembru 2003. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox Għall-Kunsill Il-President P. Lunardi [1] ĠU C 45 E, tal-25.2.2003, p. 154. [2] ĠU C 133, tas-6.6.2003, p. 88. [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003. [4] ĠU L 279, tas-17.10.2002, p. 1. [5] ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 1. [6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. [7] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47. [8] ĠU L 293, ta' l-24.10.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1). [9] ĠU L 76, tat-30.3.1993, p. 9. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1882/2003. -------------------------------------------------- ANNESS DATA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 4, 5 U 6 LI GĦANDHA TIĠI TRASMESSA LILL-EUROSTAT 1. L-istatistika ta' kull sena rigward il-karta tal-bilanċ tar-ruttam ta' l-azzar u tal-ħadid fondut Unità (tunnellati metriċi) | Kodiċi | Titolu | Karta tal-bilanċ tar-ruttam ta' l-azzar u l-ħadid fondut 1010 | Il-ħażniet fl-ewwel jum tas-sena | 1020 | Li jinħolqu ġewwa l-post tax-xogħol | 1030 | Irċevuti (1031 + 1032 + 1033) | 1031 | —minn sorsi fid-djar | 1032 | —minn Stati Membri Komunitarji oħra | 1033 | —minn pajjiżi terzi | 1040 | Total disponibbli (1010 + 1020 + 1030) | 1050 | Konsum totali … | 1051 | … li minnu fran elettriċi | 1052 | … li minnu ruttam li ma jsaddadx | 1060 | Kunsinni | 1070 | Ħażniet fl-aħħar jum tas-sena (1040-1050-1060) | 2. Il-Konsum tal-Karburant u ta' l-Enerġija u l-Karta tal-Bilanċ għall-Enerġija Elettrika fl-Industrija ta' l-Azzar L-isatatistika ta' kull sena dwar il-Konsum tal-Karburant u ta' l-Enerġija imqassma waħda waħda skond it-tip ta' l-impjant [1] Unità tunnellati metriċi jew Giga Joules (GJ) | Kodiċi | Titolu | Kummenti | Konsum tal-karburant u ta' l-enerġija 2010 | Karburanti solidi (2011 + 2012) | tunnellati metriċi | 2011 | Kokk | tunnellati metriċi | 2012 | Karburanti solidi oħra | tunnellati metriċi | 2020 | Karburanti likwidi | tunnellati metriċi | 2030 | Gass (2031 + 2032 + 2033 + 2034) | GJ | 2031 | Il-gass tal-kalkari tal-funderiji | GJ | 2032 | Il-gass ta' l-ifran tal-kokk | GJ | 2033 | Il-gass tal-konvertituri | GJ | 2034 | Gassijiet oħra | GJ | 2040 | Kunsinni esterni tal-gassijiet tal-kalkari tal-funderiji | GJ | 2050 | Kunsinni esterni tal-gassijiet tal-konvertituri | GJ | Parti B: L-istatistika ta' kull sena dwar il-karta tal-bilanċ għall-enerġija elettrika fl-industrija ta' l-azzar (Unità MWh) | Kodiċi | Titolu | Karta tal-bilanċ għall-enerġija elettrika fl-industrija ta' l-azzar 3100 | Riżorsi (3101 + 3102) | 3101 | Produzzjoni grossa | 3102 | Irċevuti minn barra | 3200 | Użati (3210 + 3220 + 3230) | 3210 | Konsum skond l-impjant (3211 + 3212 + 3213 + 3214 + 3215 + 3216 + 3217) | 3211 | Impjant tas-sinter u l-impjant tat-tħejjija tat-tagħbija | 3212 | Il-kalkari tal-funderiji u l-ifran li jagħmlu l-ħadid ta' l-elettriku | 3213 | Ħwienet li jdewbu bl-elettriku u tal-għoti tal-forma b'mod li jissokta | 3214 | Ħwienet oħra tat-tidwib u tal-għoti tal-forma b'mod li jissokta | 3215 | Id-dipartimenti tal-fabbriki li jagħmlu l-pjanċi bir-rumblar | 3216 | L-istazzjonijiet li jiġġeneraw l-elettriku | 3217 | Impjanti oħra | 3220 | Kunsinni ghal barra | 3230 | Telf | 3. L-investigazzjoni dwar l-investimenti fl-industrija tal-ħadid u ta' l-azzar (Nefqa u l-Kapaċita) Parti A: Statistika ta' kull sena dwar in-nefqa Unità (miljuni ta' EUR). | Kodiċi | Titolu | In-Nefqa fuq l-investimenti fl-industrija tal-ħadid u ta' l-azzar 4010 | Impjanti li jagħmlu l-kokk | 4020 | Impjanti li jħejju t-tagħbijiet | 4030 | L-impjanti li jagħmlu l-ħadid u l-illigi tal-ħadid (inklużi l-kalkari tal-funderiji) | 4040 | Ħwienet li jdewbu l-azzar | 4041 | … li minnhom huma bl-elettriku | 4050 | Il-għoti tal-forma b'mod li jissokta | 4060 | Il-fabbriki li jagħmlu l-pjanċi bir-rumblar (4061 + 4062 + 4063 + 4064) | 4061 | Prodotti ċatti | 4062 | Prodotti twal | 4063 | Fabbriki li jagħmlu l-istrixxi wesgħin kiesħa | 4064 | L-isatallazzjonijiet tal-kisi | 4070 | Impjanti oħra | 4100 | Total ġenerali (4010 + 4020 + 4030 + 4040 + 4050 + 4060 + 4070) | 4200 | … li minnu sabiex jikkumbatti l-inkwinament | Il-Parti B: L-istatistika ta' kull sena dwar il-kapaċità Unità 1000 tunnellata metrika kull sena. | Kodiċi | Titolu | Il-Produzzjoni massima possibbli fl-industrija tal-ħadid u ta' l-azzar (il-kapaċità) 5010 | Il-kokk | 5020 | It-tħejjija tat-tagħbija | 5030 | Ħadid mhux maħdun ħiereġ mill-kalkara u illigi tal-ħadid | 5040 | Azzar mhux maħdum | 5041 | —li minnu ta' l-elettriku | 5042 | —li minnu tal-għoti tal-forma b'mod issoktat | 5050 | Prodotti miksuba direttament bir-rumblar bis-sħana (5051 + 5052) | 5051 | Prodotti ċatti | 5052 | Prodotti twal | 5060 | Prodotti miksuba mill-prodotti tar-rumblar bis-sħana (minbarra l-prodotti miksija) | 5061 | … li minnhom hemm prodotti miksuba bir-rumblar kiesaħ | 5070 | Prodotti miksija | [1] Impjanti li jħejju tagħbijiet: Id-dipartimenti tal-fabbriki li jagħmlu l-pjanċi bir-rumblarIl-kalkari tal-funderiji u l-ifram li jagħmlu l-ħadid ta' l-elettriku. L-Istazzjonijiet li jiġġeneraw l- elettrikuĦwienet tat-tidwib: Impjanti oħra --------------------------------------------------