32004R0029



Official Journal L 005 , 09/01/2004 P. 0057 - 0060


Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2004

tat-8 ta' Jannar 2004

li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc ta' l-2005 dwar ir-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja, li hemm prevista bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni dwar il-qawwa tax-xogħol fil-Komunità, [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 246/2003 [2] li jadotta l-programm ta' l-2004 sa l-2006 fuq moduli ad hoc għall-istħarriġ bl-għazla ta' kampjun dwar il-qawwa tax-xogħol, jinkludi modulu ad hoc fuq ir-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja.

(2) F'konformità ma' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 577/98, il-lista dettaljata ta' l-informazzjoni li għandha tinġabar f'modulu ad hoc għandha titlesta sa minn l-anqas 12-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu tar-referenza għal dak il-modulu.

(3) Hemm bżonn li jkun hemm sett ta' data komprensiva u komparabbli fuq ir-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u l-familja, kif hemm imsemmi fl-oġġettivi tal-politika tal-ġeneru ta' l-UE fuq l-impjiegi, li hija indikata fil-Linjigwidi ta' l-2003 dwar l-Impjiegi, b'mod speċjali l-linjagwida speċifika fuq "l-Ugwaljanza tal-ġeneru", kif adottata mill-Kunsill fit-22 ta' Lulju 2003. [3]

(4) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista dettaljata ta' l-informazzjoni li għandha tinġabar fl-2005 mill-modulu ad hoc hija stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 8 ta' Jannar 2004.

Għall-Kummissjoni

Pedro Solbes Mira

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 77, ta’ 14.3.1998, p. 3. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2257/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 336, tat-23.12.2003, pġ. 6).

[2] ĠU L 34, 11.02.2003, p. 3.

[3] ĠU L 197, 05.08.03, p. 13.

--------------------------------------------------

ANNESS

STĦARRIĠ DWAR IL-QAWWA TAX-XOGĦOL

L-Ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc ta' l-2005 fuq ir-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja

1. L-Istati Membri u r-reġjuni interessati: kollha.

2. Il-varjabbli jridu jkunu kodifikati kif ġej:

Kolonna | Kodiċi | Deskrizzjoni | Filtru |

237 | | It-tip ewlieni ta' kura tat-tfal użat għal tfal (tagħha proprja jew tas-sieħeb/sieħba tagħha) sa meta jkollhom 14-il sena, meta l-persuna tkun qed taħdem (għajr l-iskola obbligatorja; ġimgħa normali u tħalli barra l-vaganzi ta' l-iskola u arranġamenti ta' emerġenza) | Kull persuna li għandha bejn il-15-il sena u l-64 sena b'minn ta' l-anqas wieħed mill-ulied tagħha proprja/tas-sieħeb(sieħba) tagħha li jkollu sa 14-il sena u jgħix fid-dar u 24 = 1, 2 |

1 | Servizzi għall-kura tat-tfal (inklużi persuni mħallsin biex jieħdu ħsiebhom), qabel iż-żmien ta' l-iskola |

2 | Is-sieħeb li qed jgħix fid-dar |

3 | Qraba/ġirien/ħbieb (ma jħallsux) |

4 | L-ebda kura tat-tfal użata |

9 | Ma jgħoddx (mhux inkluż fil-filtru) |

Vojt | L-ebda tweġiba |

238 | | Il-persuna tieħu ħsieb regolarment tfal oħra li għandhom sa 14-il sena jew qraba/ħbieb morda, b'diżabbiltà, jew anzjani li jkollhom 15-il sena jew aktar | Kull persuna minn 15-il sena sa 64 |

1 | Iva, ta' tfal oħra sa 14-il sena |

2 | Iva, ta' qraba/ħbieb li għandhom 15-il sena jew aktar li għandhom bżonn minn jieħu ħsiebhom |

3 | Iva, ta' tfal oħra sa 14-il sena u ta' qraba / ħbieb li għandhom 15-il sena jew aktar u li għandhom bżonn minn jieħu ħsiebhom |

4 | Le |

9 | Ma jgħoddx (persuna li għandha inqas minn 15-il sena jew aktar minn 64) |

Vojt | L-ebda tweġiba |

239 | | Tixtieq tibdel l-organizzazzjoni tal-ħajja tax-xogħol tagħha u r-reponsabbiltajiet tagħha dwar il-kura | Kull persuna minn 15-il sena sa 64 u (jkollha minn ta' l-anqas wieħed mill-ulied tagħha proprja/tas-sieħeb(sieħba) tagħha sa 14-il sena u li qed jgħix fid-dar) jew (C 238 = 1, 2, 3)) |

1 | Le |

2 | Tixtieq taħdem jew taħdem aktar (u tnaqqas il-ħin tal-kura) |

3 | Tixtieq taħdem inqas u jkollha aktar ħin għall-kura |

9 | Ma jgħoddx (mhux inkluż fil-filtru) |

Vojt | L-ebda tweġiba |

240 | | Ir-raġuni ewlenija (marbuta mal-kura tat-tfal) għaliex ma taħdimx jew ma taħdimx aktar) | C239 = 2 u ((jkollha minn ta' l-anqas wieħed mill-ulied tagħha proprja/tas-sieħeb(sieħba) tagħha sa 14-il sena u li qed jgħix fid-dar) jew (C238 = 1, 3)) |

1 | Nuqqas ta' servizzi tal-kura tat-tfal matul il-ġurnata |

2 | Nuqqas ta' servizzi tal-kura tat-tfal f'ħinijiet speċjali |

3 | Nuqqas ta' servizzi tal-kura tat-tfal matul il-jum jew f'ħinijiet speċjali |

4 | Is-servizzi tal-kura tat-tfal huma għoljin wisq |

5 | Is-servizzi tal-kura tat-tfal disponibbli mhumiex ta' kwalità suffiċjenti |

6 | Raġuni oħra li mhix marbuta man-nuqqas ta' servizzi adattati tal-kura tat-tfal |

9 | Ma jgħoddx (mhux inkluż fil-filtru) |

Vojt | L-ebda tweġiba |

241 | | Matul il-vaganzi ta' l-iskola jew meta s-servizzi tas-soltu tal-kura tat-tfal ikunu magħluqa jew meta min jieħu ħsieb it-tfal ikun bil-vaganzi: il-persuna tkun ħadet xi ġranet frank jew naqqset in-numru ta' sigħat ta' xogħol jew tkun għamlet arranġamenti speċjali oħra fuq il-post tax-xgħol matul dawn l-aħħar 12-il xahar biex tieħu ħsieb it-tfal | Kull persuna minn 15-il sena sa 64 b'minn ta' l-anqas wieħed jkollha minn ta' l-anqas wieħed mill-ulied tagħha proprja/tas-sieħeb(sieħba) tagħha sa 14-il sena u li qed jgħix fid-dar) jew u C24 = 1, 2 |

1 | Le |

2 | Iva, minħabba n-nuqqas ta' servizzi alternattivi għall-kura tat-tfal matul il-ġurnata |

3 | Iva, minħabba n-nuqqas ta' servizzi alternattivi għall-kura tat-tfal f'ħinijiet speċjali |

4 | Iva, minħabba li sevizzi alternattivi għall-kura tat-tfal huma għoljin wisq |

5 | Iva, għaliex servizzi għall-kura tat-tfal alternattivi mhumiex ta' kwalità suffiċjenti |

6 | Iva, dejjem minħabba raġunijiet oħra |

9 | Ma jgħoddx (mhux inkluż fil-filtru) |

Vojt | L-ebda tweġiba |

242 | | Raġuni ewlenija (marbuta mal-kura ta' qraba/ħbieb morda, b'diżabbilità, anzjani li għandhom 15-il sena jew aktar u li għandhom bżonn minn jieħu ħsiebhom) għaliex ma taħdimx jew ma taħdimx aktar | C239 = 2 u (C238 = 2, 3) |

1 | Nuqqas ta' servizzi tal-kura matul il-ġurnata |

2 | Nuqqas ta' servizzi tal-kura f'ħinijiet speċjali |

3 | Nuqqas ta' servizzi tal-kura matul il-ġurnata jew f'ħinijiet speċjali |

4 | Is-servizzi tal-kura tat-tfal huma għoljin ħafna |

5 | Is-servizzi disponibbli għall-kura tat-tfal mhumiex ta' kwalità suffiċjenti |

6 | Raġuni oħra li mhix marbuta man-nuqqas ta' servizzi adattati ta' kura tat-tfal |

9 | Ma jgħoddx (mhux inkluż fil-filtru) |

Vojt | L-ebda tweġiba |

243 | | Huwa possibbli li l-persuna tbiddel il-ħin li tibda u/jew li tispiċċa mix-xogħol għal raġunijiet familjari (minn ta' l-anqas b'siegħa) | Kull persuna minn 15-il sena sa 64 u C24 = 1, 2 |

1 | Ġeneralment possibbli |

2 | Ftit li xejn possibbli |

3 | Mhux possibbli |

9 | Ma jgħoddx (mhux inkluż fil-filtru) |

Vojt | L-ebda tweġiba |

244 | | Huwa possibbli li l-persuna torganizza l-ħin tax-xogħol biex tieħu ġranet franki sħaħ għal raġunijiet familjari (mingħajr ma tuża vaganzi jew frank speċjali) | Kull persuna minn 15-il sena sa 64 u C24 = 1, 2 |

1 | Ġeneralment possibbli |

2 | Ftit li xejn possibbli |

3 | Mhux possibbli |

9 | Ma jgħoddx (mhux inkluż fil-filtru) |

Vojt | L-ebda tweġiba |

245 | | Ħin frank mix-xogħol meħud matul l-aħħar 12-il xahar minħabbamard fil-familja jew f'każijiet ta' emerġenza (mingħajr l-użu tal-vaganzi) | Kull persuna minn 15-il sena sa 64 u C24 = 1, 2 |

1 | Le |

2 | Iva, il-ġranet ta' "frank speċjali' kienu kumpensati" |

3 | Iva, il-ġranet ta' "frank speċjali' mhux kollha kienu kumpensati" |

4 | Iva, arranġamenti oħra dejjem kienu użati |

9 | Ma jgħoddx (mhux inkluż fil-filtru) |

Vojt | Bla tweġiba |

246 | | Assenza għall-ġenituri (Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE (ĠU L 145, 19.6.1996, p. 4)) meħuda matul l-aħħar 12-il xahar għat-tfal tagħha proprja li qed jgħixu fid-dar | Kull persuna minn 15-il sena sa 64 |

1 | Le |

2 | Iva, meħud fi blokk wieħed fuq bażi ta' ħin normali tax-xogħol u kkumpensat | Għal C246/247, il-pajjiżi jistgħu jiffiltraw id-domandi tagħhom skond ir-regoli nazzjonali għall-assenza għall-ġenituri. Is-sub-popolazzjonijiet esklużi għandhom ikunu kodifikati fil-kategoriji relevanti. |

3 | Iva, meħud fi blokk wieħed fuq bażi ta' ħin normali tax-xogħol u mhux kollu kkumpensat |

4 | Iva, meħud fuq bażi part-time u kkumpensat |

5 | Iva, meħud fuq bażi part-time u mhux kollu kumpensat; |

6 | Iva, meħud f'arranġament ieħor jew inkella f'kumbinazzjonijiet u kkumpensat |

7 | Iva, meħud f'arranġamenti oħra jew inkella f'kumbinazzjonijiet u mhux kumpensat |

9 | Ma jgħoddx (il-persuna għandha inqas minn 15-il sena jew aktar minn 64) |

Vojt | L-ebda tweġiba |

247 | | Ir-raġuni ewlenija għaliex m'għandhiex assenza għall-ġenituri għall-ulied tagħha proprja li qed jgħixu fid-dar matul dawn l-aħħar 12-il xahar | C246 = 1 |

1 | Ma kellha l-ebda dritt legali li tieħu assenza għall-ġenituri |

2 | L-ebda kumpens jew inkella kien baxx wisq |

3 | Ma kienx hemm biżżejjed flessibbiltà fl-għażla tal-perjodu ta' l-assenza għall-ġenituri |

4 | Effetti negattivi fuq is-sigurtà soċjali |

5 | Effetti negattivi fuq il-karriera/impressjoni negattiva minn min Iħaddem |

6 | Preferenza għax-xogħol għal raġunijiet oħra għajr mill-kodiċi 2 sa 5 |

7 | Raġuni oħra |

9 | Ma jgħoddx (C246 mhux ugwali għal 1) |

Vojt | L-ebda tweġiba |

--------------------------------------------------