1.5.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 168/68 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2004/79/KE
ta’l-4 ta’ Marzu 2004
li taddatta d-Direttiva 2002/94/KE, fil-qasam tat-tassazzjoni, in vista ta’l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (1), u partikolarment l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (2), u partikolarment l-Artikolu 57(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Għal ċerti atti li jibqgħu validi wara l-1 ta’ Mejju 2004, u li jeħtieġu l-addattament minħabba l-adeżjoni, ma ġiex ipprovdut għall-addattamenti neċessarji fl-Att ta'l-Adeżjoni ta’l-2003, jew inkella ġie pprovdut għalihom iżda jeħtieġu addattamenti ulterjuri. Dawn l-addattamenti kollha għandhom jiġu addottati sabiex ikunu applikabbli mill-bidu ta’l-adeżjoni; |
(2) |
Sussegwenti għall-Artikolu 57(2) ta’l-Att ta’l-Adeżjoni, dawn l-addattamenti għandhom jiġu addottati mill-Kummissjoni fil-każi kollha fejn il-Kummissjoni addottat l-att oriġinali; |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/94/KE (3) għandha għalhekk tiġi emendata kif imsemmi hawn fuq, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2002/94/KE ġiet emendata kif muri fl-Anness.
Artikolu 2
L-Istati Membri sejrin idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u l-provedimenti amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-Direttiva sa mhux aktar tard mid-data ta’l-adeżjoni. Sejrin sussegwentement jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn il-provvedimenti u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn il-provvedimenti u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-provvedimenti, ser ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza tali meta jiġu ppubblikati uffiċjalment.
Artikolu 3
Din id-Direttiva ser tidħol fis-seħħ suġġetta għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, ta’l-4 ta’ Marzu 2004.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 17
(2) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33
(3) ĠU L 337, 13.12.2002, p. 41
ANNESS
TASSAZZJONI
Direttiva tal-Kummissjoni 2002/94/KE tad-9 ta’ Diċembru 2002 li tipprovdi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti provedimenti tad-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE dwar l-assistenza reċiproka għall-ġbir ta’ drittijiet relatati ma’ ċerti levies, dazji taxxi u miżuri oħra.
F’Anness IV, il-kolonna tax-xellug taħt “Stat Membru” hija sostitwita minn dawn li ġejjin:
|
“Belgique/België |
|
Česká Republika |
|
Danmark |
|
Deutschland |
|
Eesti |
|
Eλλάδα |
|
España |
|
France |
|
Ireland |
|
Italia |
|
Kύπρος |
|
Latvija |
|
Lietuva |
|
Luxembourg |
|
Magyarország |
|
Malta |
|
Nederland |
|
Österreich |
|
Polska |
|
Portugal |
|
Slovenija |
|
Slovensko |
|
Finland/Suomi |
|
Sverige |
|
United Kingdom” |