32004L0074



Official Journal L 157 , 30/04/2004 P. 0087 - 0099


Id-Diretiva tal-Kunsill 2004/74/KE

tad-29 ta' April 2004

li temenda d-Direttiva 2003/96/KE rigward il-possibbiltà ta' ċerti Stati Membri li japplikaw, rigward il-prodotti ta' l-enerġija u l-elettriku, eżenzjonijiet temporanji jew riduzzjonjiet fil-livelli tat-tassazzjoni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew [2],

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirristruttura l-qafas Komunitarju dwar it-tassazzjoi tal-prodotti ta' l-enerġija u l-elettriku [3] bidlet, b'effett mill-l ta' Jannar 2004, id-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE tad-19 ta Otubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerli [4] u d-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar it-tqarrib lejn xulxin tar-rati tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali [5]. Tiddefinixxi l-istrutturi fiskali u l-livelli tat-tassazzjoni li jridu jiġu imposti fuq il-prodotti ta' l-enerġija u l-elettriku.

(2) Ir-rati minimi ffissati bid-Direttiva 2003/96/KE huma lijabbli li joħolqu diffikultajiet gravi ekonomiċi u soċjali fuq ċerti Stati Membri jiġifieri Cipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvija, il-Lituwanja, Malta, is-Slovenja u s-Slovakkja, minħabba l-livell komparattivament baxx tad-dazji tas-sisa applikat qabel, it-transizzjoni ekonomika għaddejja ta' dawn l-Istati Membri, il-livelli tad-dħul komparattvament baxx tagħhom u l-abbiltà limitata tagħhom għalbiex tikkumpensa għal dan il-piż addizzjonali tat-taxxa billi jitnaqqsu taxxi oħra. B'mod partikolari, iż-żieda fil-prezzijiet ikkawżata mill-applkazzjoni tar-rati minimi ffissati bid-Direttiva 2003/96/KE x'aktarx li jkollha effett negattiv fuq iċ-ċittadini tagħhom u fuq l-ekonomiji nazzjonali, billi joħolqu per eżempju piż li ma jifilħux għalih fuq l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju.

(3) Dawn l-Istati Membri għandhom għalhekk jingħataw il-permess, fuq bażi temporanju, li japplikaw eżenzjonijiet addizzjonali mil-livelli tat-tassazzjoni jew livelli mnaqqsa, meta ma jkunux ta' detriment għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u ma jirriżultawx fit-tagħwiġ tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, konsistenti mal-prinċipji li skondhom kienu ġew konċessi perjodi transitorji taż-żmien skond id-Direttiva 2003/96/KE, kull miżura minn din għandha tkun iddeżinjata għalbiex iġġib allineament progressiv mar-rati minimi Komunitarji applikabbli.

(4) It-Trattat ta' l-Adeżjoni [6] ta' l-2003 jipprovdi għal arranġamenti transitorji, fil-każ tal-Polonja u ta' Ċipru, għall-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/81/KEE u 92/82/KEE. It-Trattat jipprovdi wkoll għal miżuri speċifiċi dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-enerġija fil-Lituwanja u l-Estonja. Dawn il-miżuri għandhom jitqiesu b'mod adegwat fl-kuntest li jiġu permessi eżenzjonijiet iddedikati mit-taxxi.

(5) Din id-Direttiva ma għandha tippreġudika r-riżultat ta' l-ebda proċedura li għandha x'taqsam mat-tagħwiġ ta' l-operat tas-suq waħdieni li jista' jiġi midħul għalih, b'mod partikolari skond l-Artikoli 87 u 88b tat-Trattat. Ma għandhiex twarrab il-ħtieġa għall-Istati Membri li jinnotifikaw każi ta' għajnuna Statali potenzali lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 88 tat-Trattat.

(6) Ċerti diposizzjonijiet tad-Direttiva 2003/96/KE għandhom jiġu ċċarati rigward ir-riferimenti għall-perjodu transitorju taż-żmien iddikjarat fiha.

(7) Id-Direttiva 2003/96/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Directive 2003/96/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 18 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu jiġi mibdul b'dan li ġej:"Bħala deroga mid-disposizzjonijit tad-Direttiva preżenti, l-Istati Membri speċifikati fl-Anness II huma awtorizzati li jissoktaw japplikaw ir-riduzzjonijiet fil-livelli tat-tassazzjoni jew l-eżezjonijiet iddikjarati f'dan l-Anness.";

(b) fil-paragrafu 2, il-frażi "mill-paragrafi 3 sa 12" tiġi mibdula bil-frażi "fil-paragrafi minn 3 sa 13".

2. Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"L-Artikolu 18a

1. Bħala deroga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva preżenti, l-Istati Membri speċifikati fl-Anness II huma awtorizzati li jissoktaw japplikaw ir-riduzzjonijiet fil-livelli tat-tassazzjoni jew l-eżenzjonijiet iddikjarati f'dan l-Anness.

Bla ħsara għal rivista minn qabel mill-Kunsill, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni, din l-awtorizzazzjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2006 jew fid-data speċifikata fl-Anness III.

2. Minkejja l-perjodi taż-żmien iddikjarati fil-paragrafi minn 3 sa 11 u sakemm dan ma jgħawwiġx b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni, l-Istati Membri b'diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-livelli minimi l-ġodda tat-tassazzjoni għandhom jiġu permessi perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2007, b'mod partikolari għalbiex jevitaw li jipperikolaw l-istabbiltà tal-prezzijiet.

3. Ir-Repubblika Ċeka tista' tapplika eżenzjonijiet jew riduzzjonijiet totali jew parzjali fil-livell tat-tassazzjoni ta' l-elettriku, il-karburanti solidi u l-gass naturali sa l-1 ta' Jannar 2008.

4. Ir-Repubblika ta' l-Estonja tista tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2010 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tal-gass użat bħala propellant għal-livell massimu l-ġdid ta' 330 EUR għal kull 1000 litru mill-1 ta' Mejju 2004.

Ir-Repubblika ta' l-Estonja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2010 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-petrol ta mingħajr ċomb użat bħala propellant għal-livell massimu l-ġdid ta' 359 EUR għal kull 1000 litru mill-1 ta' Mejju 2004.

Ir-Repubblika ta' l-Estonja tista' tapplika eżenzjoni totali mit-tassazzjoni tal-ġebel tafli taż-żejt sa l-1 ta Jannar 2009. Sa l-1 ta' Jannar 2013, tista' barra minn hekk tapplika rata mnaqqsa fil-livell tat-tassazzjoni tal-ġebel tafli taż-żejt, sakemm dan ma jirriżultax f'tassazzjoni iktar baxxa minn 50 % tar-rata minimua Komunitarja rilevanti mill-1 ta' Jannar 2011.

Ir-Repubblika ta' l-Estonja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2010 għalbiex taġġusta l-livell nazzzjonli tagħha tat-tassazzjoni fuq il-ġebel tafli taż-żejt użat għal-għanijiet distrettwali tas-sħana għal-livell minimu tat-tassazzjoni.

Ir-Repubblika ta' l-Estonja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannart 2010 għalbiex taqleb is-sistema korrenti tagħha ta' input ta' tassazzjoni fuq l-eletriku għal sistema ta' tassazzjoni fuq l-output ta' l-elettriku.

5. Ir-Repubblika tal-Latvija tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2010 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tal-gass u l-pitrolju wżati bħala propellant għal-livell minimu l-ġdid ta' 302 EUR għal kuill 1000 litru u sa l-1 ta' Jannar 2013 sabiex jilħaq it-330 EUR. Madankollu, il-livell tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tal-gass u l-pitrolju ma għandux ikun ikun inqas minn 245 EUR għal kull 1000 litru mill-1 ta' Mejju 2004 u mhux inqas minn 274 EUR għal kull 1000 litru mill-1 ta' Jannar 2008.

Ir-Repubblika tal-Latvija tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2011 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-petrol ta' mingħajr ċomb użat bħala propellant għal-livell massimu l-ġdid ta' 359 EUR għal kull 1000 litru mill-1 ta' Mejju 2004. Madakollu l-livell tat-tassazzjoni fuq il-petrol ta' mingħajr ċomb ma jisatax ikun inqas minn 287 EUR għal kull 1000 litru mill-1 ta Mejju 2004 u mhux inqas minn 323 EUR għal kull 1000 litru mill-1 ta' Jannar 2008.

Ir-Repubblika tal-Latvija tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2010 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tqil tal-karburant użat għal-għanijiet distrettwali tas-sħana għal-livell minimu tat-tassazzjoni.

Ir-Repubblika tal-Latvija tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2010 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq l-elettriku għal-livelli minimi tat-tassazzjoni. Madankollu, il-livell tat-tassazzjoni fuq l-elettriku ma għandux ikun inqas minn 50 % tar-rati minimi Komunitarji rilevanti mill-1 ta' Jannar 2007.

Ir-Repubblika tal-Latvija tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2009 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-faħam u l-kokk għal-livelli minimi rilevanti tat-tassazzjoni. Madankollu, il-livell tat-tassazzjoni fuq il-faħam u l-kokk ma għandux ikun inqas minn 50 % tar-rati minimi Komunitarji rilevanti mill-1 ta' Jannar 2007.

6. Ir-Repubblika tal-Lituwanja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2011 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tal-gass u l-pitrolju wżati bħala propellant għal-livell minimu l-ġdid ta' 302 EUR għal kuill 1000 litru u sa l-1 ta' Jannar 2013 sabiex jilħaq it-330 EUR. Madankollu, il-livell tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tal-gass u l-pitrolju ma għandux ikun ikun inqas minn 245 EUR għal kull 1000 litru mill-1 ta' Mejju 2004 u mhux inqas minn 274 EUR għal kull 1000 litru mill-1 ta' Jannar 2008.

Ir-Repubblika tal-Lituwanja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2011 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-petrol ta' mingħajr ċomb użat bħala propellant għal-livell massimu l-ġdid ta' 359 EUR għal kull 1000 litru mill-1 ta' Mejju 2004. Madankollu l-livell tat-tassazzjoni fuq il-petrol ta' mingħajr ċomb ma jistax ikun inqas minn 287 EUR gal kull 1000 litru mill-1 ta Mejju 2004 u mhux inqas minn 323 EUR gal kull 1000 litru mill-1 ta' Jannar 2008.

7. Ir-Repubblika ta' l-Ungerija tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2010 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq l-elettriku, il-gass naturali, l-faħam u l-kokk użati għall-għanijiet distrettwali tas-sħana għal-livelli minimi rilevanti tat-tassazzjoni.

8. Ir-Repubblika ta' Malta tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2010 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq l-elettriku. Madankollu, il-livell tat-tassazzjoni fuq l-elettriku ma għandux ikun inqas minn 50 % tar-rati minimi Komunitarji rilevanti mill-1 ta' Jannar 2007.

Ir-Repubblika ta' Malta tista tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2010 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tal-gass u l-pitrolju wżati bħala propellant għal-livell massimu l-ġdid ta' 330 EUR għal kull 1000 litru mill-1 ta' Mejju 2004. Madankollu, l-livelli tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tal-gass u l-pitrolju ma għandhomx ikunu inqas minn 245 EUR għal kull 1000 litru mill-1 ta' Mejju 2004.

Ir-Repubblika ta' Malta tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2009 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-petrol ta' mingħajr ċomb u fuq il-petrol biċ-ċomb għal-livelli minimi rilevanti tat-tassazzjoni. Madankollu, il-livelli tat-tassazzjoni fuq il-petrol ta' mingħajr ċomb u fuq il-petrol biċ-ċomb ma għandhomx ikunu inqas minn 287 EUR għal kull 1000 litru u 337 EUR għal kull 1000 litru rispettivament mill-1 ta Mejju 2004.

Ir-Repubblika ta' Malta tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2010 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-gass naturali wżat bħala karburant tas-sħana għal-livelli minimi rilevanti tat-tassazzjoni. Madankollu, ir-rati effettivi tat-taxxa applikati għall-gass naturali ma għandhomx ikunu inqas minn 50 % tar-rati minimi Komunitarji rilevanti mill-1 ta Jannar 2007.

Ir-Repubblika ta' Malta tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2009 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-karburant solidu għal-livelli minimi tat-tassazzjoni. Madankollu, ir-rati effettivi tat-taxxa applikati għall-gass naturali ma għandhomx ikunu inqas minn 50 % tar-rati minimi omunitarji rilevanti mill-1 ta Jannar 2007.

9. Ir-Repubblika tal-Polonja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2009 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-petrol ta' mingħajr ċomb użat bħala propellant għal-livell massimu l-ġdid ta' 359 EUR għal kull 1000 litru mill-1 ta' Mejju 2004. Madankllu, il-livell tat-tassazzjoni fuq il-petrol ta' mingħajr ċomb ma għandux ikun inqas minn 287 EUR għal kull 1000 litru mill-1 ta' Mejju 2004.

Ir-Repubblika tal-Polonja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2010 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tal-gass użat bħala propellant għal-livell minimu l-ġdid ta' 302 EUR għal kull 1000 litru u sa l-1 ta' Jannar 2012 sabiex jilħaq it-330 EUR. Madankollu, il-livell tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tal-gass ma għandux ikun inqas minn 245 EUR għal kull 1000 litru mill-1 ta' Mejju 2004 u mhux inqas minn 274 EUR għal kull 1000 litru mill-1 ta' Jannar 2008.

Ir-Repubblika tal-Polonja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2008 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tqil tal-karburant użat bħala propellant għal-livell massimu l-ġdid ta' 15-il EUR għal kull 1000 kg. Madankllu, il-livell tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tqil tal-karburant ma għandux ikun inqas minn 13-il EUR għal kull 1000 kg mill-1 ta Mejju 2004.

Ir-Repubblika tal-Polonja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2012 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-faħam u l-kokk għal-livelli minimi rilevanti tat-tassazzjoni.

Ir-Repubblika tal-Polonja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2012 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-faħam u l-kokk użati għall-għanijiet oħra tas-sħana għajr is-sħana distrettwali għal-livelli minimi rilevanti tat-tassazzjoni.

Ir-Repubblika tal-Polonja tista', sa l-1 ta' Jannar 2008, tapplika eżenzjonijiet jew riduzzjonijiet totali jew parzjali għaż-żejt tal-gass użat bħala karburant tas-sħana fl-iskejjel, l-iskejjel tan-nuna (nursery) u utilitajiet oħra pubbliċi, rigward l-attivitjiet jew it-transazzjonijiet li fihom jindaħlu bħala awtoritajiet pubbliċi.

Ir-Repubblika tal-Polonja tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2006 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq l-elettriku fil-qafas Komunitarju.

10. Ir-Repubblika tas-Slovenja tista' tapplika, taħt kontroll fiskali, għall-eżenzjoni jew ir-riduzzjoni totali jew parzjali fil-livell tat-tassazzjoni fuq il-gass naturali. L-eżenzjoni jew ir-riduzzjoni totali jew pazjali jistgħu japplikaw sa Mejju 2014 jew sa meta s-sehem nazzjonali tal-gass naturali fil-konsum finali ta' l-enerġija jilħaq il-25 %, liema minnhom ikun l-iktar bikri. Madankollu, hekk kif is-sehem nazzjonali tal-gass naturali fil-konsum final ta' l-enerġija jilħaq il-20 %, is-Slovenja għandha tapplika livell strettament pożittiv ta' tassazzjoni, li għandu jżid il-bażi ta' kull sena sabiex mill-inqas jilħaq ir-rata minima mat-tmiem tal-perjodu taż-żmien riferit hawn fuq.

11. Ir-Repubblika Slovakka tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2010 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq l-elettriku u l-gass naturali wżati bħala karburant għas-sħana għal-livelli minimi rilevanti tat-tassazzjoni. Madankollu, il-livell tat-tassazzjoni fuq l-elettriku u l-gass naturali wżati bħala karburant għas-sħana ma għandux ikun inqas minn 50 % tar-rati minimi Komunitarji rilevanti mill-1 ta' Jannar 2007.

Ir-Repubblika Slovakka tista' tapplika perjodu transitorju taż-żmien sa l-1 ta' Jannar 2009 għalbiex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha tat-tassazzjoni fuq il-karburanti solidi għal-livelli minimi tat-tassazzjoni. Madankollu, il-livell tat-tassazzjoni fuq il-karburant solidu ma għandux ikun inqas minn 50 % tar-rati minimi Komunitarji rilevanti mill-1 ta' Jannar 2007.

12. Ġewwa l-perjodi transitorji stabbiliti, l-Istati Membri għandhom inaqqsu b'mod progressiv l-ispazji vojta rispettvi tagħhom rigward il-livelli minimi l-ġodda tat-tasssazzjoni. Madankollu, meta d-differenza bejn il-livell nazzjonali u l-livell minimu ma taqbiżx it-3 % ta' dan il-livell minimu, l-Istat Membru interessat jista' jistenna sat-tmiem tal-perjodu taż-żmien għalbiex jaġġusta l-livell nazzjonali tiegħu."

3. Jiġi miżjud l-Anness III li huwa ddikjarat fl-Anness ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Mejju 2004. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewliena fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] Opinjoni mogħtija fit-30 ta' Marzu 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] Opinjoni mogħtija fil-31 ta Marzu 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 283, tal-31.10.2003, p. 51.

[4] ĠU L 316, tal-31.10.1992, p. 4. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 94/74/KE (ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 46).

[5] ĠU L 316, tal-31.10.1992, p. 5. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 94/74/KE

[6] ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 17.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS III

Ir-rati mnaqqsa tat-tassazzjon u l-eżenzjnjiet minn din it-tassazzjoni riferiti fl-Artkolu 18a(1):

1. Il-Latvija

- għall-prodott ta l-enerġija u l-elettriku wżati fil-vetturi tat-trasport pubbliku lokali tal-passiġġieri

2. Il-Lituwanja

- għall-faħam, il-kokk u l-linjit, sa l-1 ta Jannar 2007,

- għall-gass naturali u l-elettriku, sa l-1 ta' Jannar 2010,

- għall-orimulsjoni wżata għal għanijiet oħra għajr għalbiex tipproduċi l-elettriku jew is-sħana, sa l-1 ta' Jannar 2010;

3. L-Ungerija

- għall-faħam u l-kokk, sa l-1 ta Jannar 2007,

4. Malta

- għan-navigazzjoni fil-vetturi tal-baħar privati tal-gost,

- għan-navigazzjoni ta' l-ajru għajr dik koperta bl-Artkolu 14(1)(b) tad-Direttiva 2003/96/KE;

5. Il-Polonja

- għall-karburant ta' l-avjazzjoni u l-karburanti tal-magni tal-kombustjoni bit-turbo u ż-żjut tal-magni għall-magni ta' l-avjazzjoni, mibjugħa mill-produttur ta' dawn il-karburanti fuq l-ordni tal-Ministru tad-Difiża Nazzjonali jew il-Ministru komptenti ta' l-affarijiet interni, għall-għanijet ta' l-industrija ta' l-avjazzjoni, jew l-Aġenza tar-Riservi Materjali sabiex tissupplimenta r-riservi Statali, jew l-unitajiet organizzattivi ta' l-avjazzjoni sanitarja għall-għanijiet ta' dawn l-unitajiet,

- iż-żejt tal-gass għall-magni tal-bastimenti u l-magni għat-teknoloija tal-baħar u ż-żjut tal-magni għall-magni tal-bastimenti u għat-teknoloġija tal-baħar, mibjugħa mill-produttur ta' dan l-karburant fuq l-ordni ta' l-Aġenija tar-Riservi ta' l-Istocks sabiex tissupplimeta r-riservi Statali, jew fuq l-ordni tal-Ministeriu tad-Difiża Nazzjonali sabiex jintuża għall-għanijiet tal-flotta, jew fuq l-ordni tal-Ministru kompetenti ta' l-affarijiet interni sabiex jintuża fl-inġinerija tal-baħar.

- il-karburant ta' l-avjazzjoni, il-karburant tal-magni tal-kombustjoni bit-turbo u ż-żejt tal-gass għall-magni tal-bastimenti u l-magni tat-teknoloġja tal-baħar u ż-żjut tal-magni ta' l-avjazzjoni, il-magni tal-bastimenti u l-magni għat-teknoloġja tal-baħar, mibjugħa mill-Aġenzija tar-Riservi ta' l-Istocks fuq l-ordni tal-Ministru tad-Difiża Nazzjonali jew il-Ministru kompetenti ta' l-affarijiet interni.

"

--------------------------------------------------