32004L0057



Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0073 - 0080


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/57/KE

tat-23 ta' April 2004

dwar l-identifikazzjoni ta' affarijiet pirotekniċi u ċertu munizzjon għall-iskopijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tqegħid fis-suq u s-sorveljar ta' splussiv għall-użu taċ-ċivil

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tqegħid fis-suq u s-sorveljar ta' splussiv għall-użu taċ-ċivil [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1) Id-Direttiva 93/15/KEE tapplika għal materjal splussiv u affarijiet li huma konsidrati hekk fir-Rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża u li jaqgħu fil-Klassi 1 ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet. Madankollu, l'affarijiet Pirotekniċi huma espressivament esklużi mill-iskop ta' dik id-Direttiva.

(2) Għalhekk, sabiex tassigura l-uniformità fl-applikazzjoni tad-Direttiva 93/15/KEE madwar il-Komunità, hu neċessarju li jiġu identifikati, b'riferenza għar-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, affarijiet li huma konsidrati bħala pirotekniċi.

(3) Ċerti affarijiet li jaqgħu f'Klassi 1 tar-rakkomandazzjonijeit tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom funzjoni doppja, minħabba li tista' tużahom bħala splussivi jew affarijiet pirotekniċi. Għalhekk għandha issir dispożizzjoni, fl-interess ta' l-applikazzjoni konsistenti tad-Direttiva 93/15/KEE, għall-identifikazzjoni ta' dawk l-artikoli f'termini tal-karattru predominanti, jiġifieri, bħala splussivi jew affarijiet pirotekniċi.

(4) Il-miżuri prevvisti f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 93/15/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I mal-listi ta' din id-Direttiva, għall-iskopijiet ta' l-implimentazzjoni u parti mit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 93/15/KEE, l-artikoli ikkonsidrati fir-rakkomandazzjonijiet relevanti tan-Nazzjonijiet Uniti li huma artikoli pirotekniċi jew munizzjon.

Artikolu 2

L-Anness II tal-listi ta' artikoli f'din id-Direttiva li għalihom hija rikjesta determinazzjoni, għall-iskopijiet li jiġi implimentat it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 93/15/KEE, dwar jekk dawk l-affarijiet humiex affarijiet pirotekniċi jew splussivi.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa' mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2004, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw malajr lill-Kummisjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u mejda ta' korrelazjzoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-31 ta' Jannar 2005.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati bit-tali riferenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir it-tali riferenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testijiet tad-dispożizzjonijiet ewliena tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 121, tal-15.5.1993, p. 20.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Affarijiet meqjusa bħala pirotekniċi jew munizzjon fir-rakkomandazzjonijeit tan-Nazzjonijiet Uniti

NRU TAN-NU | ISEM u DESKRIZZJONI | KLASSI/DIVIŻJONI | GLOSSARJU (għandu jiġi wżat biss bħala gwida ta' informazzjoni) |

Grupp G

0009 | Munizzjon, inċendjarju bil-burster jew le, li jarmi jew jimbotta kargar | 1.2 G | Munizzjon Terminu ġeneriku li hu relatat l-aktar ma' l-artikoli ta' l-applikazzjoni militari li jikkonsistu f'kull tip ta' bombi, granati, rockets, mini, proġettazzjonijiet u apparat ieħor simili. Munizzjon, Incendjarji Munizzjon inċendjarju li fih sostanza inċendjarju. Ħlief meta l-komposizzjoni tkun splussiva per se, tikkonsisti wkoll f'wieħed jew iżjed minn dan li ġej: kargar li jimbotta bi primer u kargar li jixgħel; fjus bil-burster jew kargar li jarmi. |

0010 | Munizzjon, inċendjarju bil-burster jew le, li jarmi jew jimbotta kargar | 1.3 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0009 |

0015 | Munizzjon, Duħħan bil-burster jew le, li jarmi jew jimbotta kargar | 1.2 G | Munizzjon, Munizzjon tad-duħħan Munizzjon li fih sostanza li tipproduċi d-duħħan. Ħlief meta s-sustanza tkun splussiva per se, il-munizzjon jikkonsisti wkoll f'wieħed jew iżjed minn dan li ġej: kargar li jimbotta bi primer u kargar li jixgħel; fjuż bil-burster jew kargar li jarmi. |

0016 | Munizzjon, Duħħan bil-burster jew le, li jarmi jew jimbotta kargar | 1.3 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0015 |

0018 | Munizzjon, Gas tad-dmugħ bil-burster, li jarmi jew jimbotta kargar | 1.2 G | Munizzjon, Gas tad-dmugħ bil-burster, li jarmi jew jimbotta kargar Dan jikkonsisti wkoll minn wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: sustanza piroteknika; kargar li jimbotta bi primer u kargar li jixgħel; fjuż bil-burster jew kargar li jarmi. |

0019 | Munizzjon, Gas tad-dmugħ bil-burster, li jarmi jew jimbotta kargar | 1.3 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0018 |

0039 | Bombi, foto-leħħa | 1.2 G | Bombi Artikoli splussivi li huma mitfugħa minn ajruplan. Jista' jkollhom likwidu li jaqbad b'kargar bursting, komposizzjoni foto-leħħa jew kargar bursting. It-terminu jinkludi: bombi, foto-leħħa. |

0049 | Skrataċ, Leħħa | 1.1 G | Skrataċ, Leħħa Artikoli li jikkonsistu f'xi kisi, primer u polvri leħħa, kollha prodotti f'biċċa waħda lesti għall-isparar. |

0050 | Skrataċċ, Leħħa | 1.3 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0049 |

0054 | Skrataċ, Sinjal | 1.3 G | Skrataċ, ghal Sinjali Artikoli magħmula għall-beraq tad-dawl tan-nar ikkuluriti jew sinjali oħra minn pistoli tas-sinjali, eċċ. |

0066 | Ħabel irqiq, li jqabbad | 1.4 G | Ħabel irqiq, li jqabbad Artikolu li jikkonsisti minn ħjut tat-tessuti koperti minn polvru iswed u għotja protettiva flessibbli; jew li jikkonsisti minn qalba ta' polvru iswed imdawwar bi drapp flessibbli minsuġ: Hu jaqbad progressivament matul it-tul tiegħu bi fjamma esterna u hu wżat biex jittrassmetti t-taqbida minn apparat għall-kargar. |

0092 | Beraq tad-dawl ghal ma l-art | 1.3 G | Beraq tad-dawl Artikoli li jkun fihom sustanzi pirotekniċi li huma magħmula għall-użu biex jixegħlu, jidentifikaw, bħala sinjal jew biex javżaw. |

0093 | Beraq tad-dawl, ta' l-ajru | 1.3 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0092 |

0101 | Fjus, li ma jisparax b'ħoss qawwi | 1.3 G | Fjus/Fjuż Għalkemm dawn iż-żewġ kelmiet għandhom oriġini komuni (Franċiż fusée, fusil) u huma xi kultant meqjusa bħala kitbiet differenti, hu utli li tinżamm il-konvenzjoni li fjus tirreferi ghal apparat qisu ħabel irqiq li jqabbad waqt li fjuż tirreferi għall-apparat użat fil-munizzjon li jinkorpora komponenti mekaniċi, elettriċi, kimiċi jew idro-statiċi biex jagħtu bidu għal sarbut maskli billi jinħaraq jew jiġi sparat b'ħoss qawwi. Fjus, instantanju, li ma jisparax b'ħoss qawwi (quick-match) Artikolu jikkonsisti minn ħjut tal-qoton miksija b'polvrufin iswed (quickmatch). Hu jaqbad bi fjamma esterna u hu wżat biex iqabbad sarbut masklin għaġ-ġigġifogu, eċċ. |

0103 | Fjus, li jqabbad, tubulari, miksi bil-metall | 1.4 G | Fjus, oggett li jqabbad, tubulari, miksi bil-metall Artikolu jikkonsisti minn tubu tal-metall bil-qalba mimlija bi splussiv ta' tip deflagrating li jaqbad. |

0171 | Munizzjon, bombi li jixegħlu b'tifqigħ jew le, li jarmi jew jimbotta kargar | 1.2 G | Munizzjon, bombi li jixgħelu b'tifqigħ jew le, li jarmi jew jimbotta kargar Munizzjoni intenzjonat li jipproduċi sors wieħed ta' dawl qawwi biex jixgħel xi żona. It-terminu jinkludi skrataċ li jixgħelu, granati u proġettazzjonijiet, u bombi li jixgħelu u li jidentifikaw it-tarka. |

0191 | Apparat tas-sinjali, ta' l-idejn | 1.4 G | Artikoli intenzjonati biex jipproduċu sinjali. |

0192 | Sinjali, mogħdija mħaffra tal-vapur ta' l-art, splussiv | 1.1 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0191 |

0194 | Sinjali, indikaturi ghal emergenzi, bastiment | 1.1 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0191 |

0195 | Sinjali, indikaturi ghal emergenzi, bastiment | 1.3 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0191 |

0196 | Sinjali, duħħan | 1.1 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0191 |

0197 | Sinjali, duħħan | 1.4 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0191 |

0212 | Indikaturi (tracers) għal munizzjon | 1.3 G | Indikaturi (tracers) għal munizzjon Artikoli siġillati li ġo fihom hemm sustanzi pirotekniċi, magħmula bl-intenzjoni li jikxfu l-orbita ta' xi proġettazzjoni. |

0254 | Munizzjon, li jixgħel bil-burster jew le, li jarmi jew jimbotta kargar | 1.3 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0171 |

0297 | Munizzjon, li jixgħel bil-burster jew le, li jarmi jew jimbotta kargar | 1.4 G | Ara Id-Dħul tan-NU Nru 0254 |

0299 | Bombi, foto-leħħa | 1.3 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0039 |

0300 | Munizzjon, inċendjarju bil-burster jew le, li jarmi jew jimbotta kargar | 1.4 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0009 |

0301 | Munizzjon, gas tad-dmugħ bil-burster, li jarmi kargar | 1.4 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0018 |

0303 | Munizzjon, duħħan bil-burster jew le, li jarmi kargar | 1.4 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0015 |

0306 | Tracers għall-munizzjon | 1.4 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0212 |

0312 | Skrataċ, ohrajn ghal sinjali | 1.4 G | Skrataċ, ohrajn ghal sinjali Artikoli magħmulin bl-intenzjoni għal beraq tad-dawl tan-nar ikkuluriti jew sinjali oħra minn pistoli apposta. |

0313 | Sinjali, duħħan | 1.2 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0195 |

0318 | Granati, granati tal-prattika, li jintefghu jew jigu sparati | 1.3 G | Granati, granati ta' l-idejn jew li jigu sparati minn azzarin Artikoli li huma magħmula bl-intenzjoni li jiġu mitfugħa bl-id jew jiġu proġettati bi xkubetta. It-terminu jinkludi: Prattika bil-granati, ta' l-idejn jew ghall-azzarin. |

0319 | Primers, tubulari | 1.3 G | Primers, tubulari Artikoli li jikkonsistu minn primer għall-ħruq u kargar awżiljarju ta' splussiv li jaqbad bħal polvru iswed użat biex iqabbad il-kargar li jimbotta f'każ ta' skartoċċ per eż kanun. |

0320 | Primers, tubulari | 1.4 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0319 |

0333 | Ġigġifogu | 1.1 G | Loghob tan-nar Artikoli pirotekniċi magħmula bl-intenzjoni li joħolqu divertiment. |

0334 | Ġigġifogu | 1.2 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0333 |

0335 | Ġigġifogu | 1.3 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0333 |

0336 | Ġigġifogu | 1.4 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0333 |

0362 | Munizzjon, prattika | 1.4 G | Munizzjon, prattika Munizzjon bla kargar prinċipali li jinfaqa', li ġo fih hemm burster jew kargar li jarmi. Normalment dan ikollu wkoll xi fjuz jew kargar li jimbotta. |

0363 | Munizzjon, prova | 1.4 G | Munizzjon, prova Munizzjon li ġo fih hemm sustanzi pirotekniċi, użati biex jippruvaw il-prestazzjoni jew qawwa ta' munizzjon ġdid, il-biċċiet jew assemblea ta' l-armi. |

0372 | Granati, tal-prattika, ta' l-idejn jew ta' l-azzarin | 1.2 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0318 |

0373 | Apparat tas-sinjali, bl-idejn | 1.4 S | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0191 |

0403 | Beraq tad-dawl, ta' l-ajru | 1.4 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0092 |

0418 | Beraq tad-dawl, ta' l-art | 1.2 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0092 |

0419 | Beraq tad-dawl, ta' l-art | 1.1 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0092 |

0420 | Beraq tad-dawl, ta' l-ajru | 1.1 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0092 |

0421 | Beraq tad-dawl, ta' l-ajru | 1.2 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0092 |

0424 | Proġettili li ma jiċċaqalqux bi traċċaturi | 1.3 G | Proġettazzjoni Artikoli bħal xi qoxra jew xi balla li huma proġettati minn kanun jew xkubetta oħra ta' l-artillerija, minn xkubetta ta' l-iskru jew xi arma żgħira oħra. Huma jistgħu ma jiċċaqalqux, bi traċċaturi jew le, jew jista' jkollhom ġo fihom xi burster jew kargar li jarmi jew xi kargar li jfaqqa'. It-terminu jinkludi: Proġettazzjonijiet, li ma jiċċaqalqux, bi traċċaturi; proġettazzjonijiet bil-burster jew kargar li jarmi; proġettazzjonijiet b'kargar li jfaqqa'. |

0425 | Proġettazzjonijiet, ma jiċċaqalqux bi traċċaturi | 1.4 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0424 |

0428 | Artikoli, pirotekniċi għal skopijiet tekniċi | 1.1 G | Artikoli, pirotekniċi għal skopijiet tekniċi Artikoli li ġo fihom hemm sustanzi pirotekniċi u li huma wżati għal skopijiet tekniċi bħalma huma ġenerazzjoni ta' sħana, ġenerazzjoni ta' gass, effetti teatrali, eċċ. It-terminu jeskludi l-artikoli li ġejjin li huma mniżżla separatament: kull munizzjon; skrataċ, sinjal; apparat li jaqta', kejbil, splussiv; ġigġifogu; beraq tad-dawl, ta' l-ajru; beraq tad-dawl ta' l-art; apparat li jillibera, splussiv; imsiemer irbattuti, splussiv; apparat tas-sinjali, bl-idejn; sinjali ghal emergenzi; sinjali, mogħdija mħaffra tal-vapur ta' l-art, splussiv; sinjali, duħħan. |

0429 | Artikoli, pirotekniċi għal skopijiet tekniċi | 1.2 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0428 |

0430 | Artikoli, pirotekniċi għal skopijiet tekniċi | 1.3 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0428 |

0431 | Artikoli, pirotekniċi għal skopijiet tekniċi | 1.4 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0428 |

0434 | Proġettazzjonijiet b'burster jew kargar li jarmi | 1.2 G | Proġettazzjoni Artikoli bħal xi qoxra jew xi balla li huma proġettati minn kannun jew xkubetta oħra ta' l-artillerija, minn xkubetta ta' l-iskru jew xi arma żgħira oħra. Huma jistgħu ikunu ma jiċċaqqalqux, bi traċċaturi jew le, jew jista' jkollhom ġo fihom xi burster jew kargar li jarmi jew xi kargar li jfaqqa'. It-term jinkludi: proġettazzjonijiet, li ma jiċċaqqalqux, bi traċċaturi; proġettazzjonijiet b'burster jew kargar li jarmi; proġettazzjonijiet b'kargar li jfaqqa'. |

0435 | Proġettazzjonijiet b'burster jew kargar li jarmi | 1.4 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0434 |

0452 | Granati, prattika, bl-id jew bl-ixkubetta | 1.4 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0372 |

0487 | Sinjal, duħħan | 1.3 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0194 |

0488 | Munizzjon, prattika | 1.3 G | Munizzjon, prattika Munizzjon bla kargar prinċipali li jinfaqa', li ġo fih hemm burster jew kargar li jarmi. Normalment dan ikollu wkoll xi fjuz jew kargar li jimbotta. It-term jeskludi l-artikoli li ġejjin li huma mniżżla separatament: Granati, prattika. |

0492 | Sinjali, mogħdija mħaffra tal-vapur ta' l-art, splussiv | 1.3 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0194 |

0493 | Sinjali, mogħdija mħaffra tal-vapur ta' l-art, splussiv | 1.4 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0194 |

0503 | Li jonfħu l-air bags, jew Airbag mudelli, jew pretenzjonijiet taċ-ċinturin ta' l-assigurazzjoni, | 1.4 G | |

NRU TAN-NU | ISEM u DESKRIZZJONI | KLASSI/DIVIŻJONI | GLOSSARJU li għandu jiġi wżat biss bħala gwida t'informazzjoni |

Grupp S

0110 | Granati, tal-prattika, ta' l-idejn jew ta' l-azzarin | 1.4 S | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0318 |

0193 | Sinjali, mogħdija mħaffra tal-vapur ta' l-art, splussiv | 1.4 S | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0194 |

0337 | Ġigġifogu | 1.4 S | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0334 |

0345 | Proġettazzjonijiet, ma jiċċaqalqux bi traċċaturi | 1.4 S | Proġettazzjoni Artikoli bħal xi qoxra jew xi balla li huma proġettati minn kanun jew xkubetta oħra ta' l-artillerija, minn xkubetta ta' l-iskru jew xi arma żgħira oħra. Huma jistgħu ma jiċċaqqalqux, bi traċċaturi jew le, jew jista' jkollhom ġo fihom xi burster jew kargar li jarmi jew xi kargar li jfaqqa'. |

0376 | Primers, bil-tubulari | 1.4 S | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0319 |

0404 | Beraq tad-dawl, ta' l-ajru | 1.4 S | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0092 |

0405 | Skrataċ, sinjal | 1.4 S | Skrataċ, ghal Sinjali Artikoli magħmula bl-intenzjoni għal beraq tad-dawl tan-nar ikkuluriti jew biex jigu sparati sinjali minn pistoli, eċċ. |

0432 | Artikoli ghal pirotekniċi jew skop tekniku | 1.4 S | |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Artikoli li għalihom hija mitluba determinazzjoni dwar jekk dawk l-artikoli humiex artikoli pirotekniċi jew splussivi

NRU TAN-NU | ISEM u DESKRIZZJONI | KLASSI/DIVIŻJONI | GLOSSARJU (għandu jiġi wżat biss bħala gwida ta' informazzjoni) |

Grupp G

0121 | Apparat li jqabbad | 1.1 G | Apparat li jqabbad Artikoli li ġo fihom ikun hemm sustanza splussiva jew aktar użati biex jibdew il-qbid f'sarbut maskli ta' splussiv. Huma jistgħu jiġu attwati b'xi kimika, bl-elettriku jew b'xi makna. |

0314 | Apparat li jqabbad | 1.2 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0121 |

0315 | Apparat li jqabbad | 1.3 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0121 |

0316 | Fuzes, li jaqbdu | 1.3 G | |

0317 | Fuzes, li jaqbdu | 1.4 G | |

0325 | Apparat li jqabbad | 1.4 G | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0121 |

0353 | Artikoli, splussiv, NOS | 1.4 G | |

0454 | Apparat li jqabbad | 1.4 S | Ara d-Dħul tan-NU Nru 0121 |

NRU TAN-NU | ISEM u DESKRIZZJONI | KLASSI/DIVIŻJONI | GLOSSARJU (għandu jiġi wżat biss bħala gwida ta' informazzjoni) |

Grupp S

0131 | Barkun, fuse | 1.4 S | Barkun, fuse Artikoli ta' diversi disinni li huma attwati permezz ta' ħakk ta' xi ħaġa ma'oħra, fulminanta ta' xkubetta jew elettriku u wżata biex jaqbad fuse ta' sigurtà. |

0349 | Artikoli, splussiv, NOS | 1.4 S | |

0368 | Fuses, apparat li jqabbad | 1.4 S | |

--------------------------------------------------