32004L0047



Official Journal L 113 , 20/04/2004 P. 0024 - 0027


Id-Direttiva tal-kummissjoni 2004/47/KE

tas-16 ta'April 2004

li temenda Direttiva 95/45/KE rigward karotên mħallat (E 160 a (i)) u beta-karotên (E 160 a (ii))

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-addittivi ta' l-ikel awtorizzati għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel għall-konsum uman [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3)(a) tiegħu,

Wara li konsultat mal-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel.

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kummisjoni 95/45/KE tas-26 ta' Lulju 1995 li tistabbilixxi l-kriterja speċifika fuq il-purità li tikkonċerna l-kuluri għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel [2] tistabbilixxi l-kriterja fuq il-purità għall-kuluri msemmija fid-Direttiva 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 1994 fuq il-kuluri għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel [3].

(2) Hu neċessarju, fid-dawl tal-progress tekniku, li temenda il-kriterja fuq il-purità stabbilita fid-Direttiva 95/45/KE għall-karotên mħallat (E 160 a (i)) u beta-karotên (E 160 a (ii)).

(3) Hu neċessarju li tikkunsidra l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi analitiċi għall-addittivi kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius kif mfassal mill-Kumitat Konġunt ta' l-esperti fuq l-Addittivi ta' l-Ikel tal-FAO/WHO (JECFA).

(4) Id-Direttiva 95/45/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif suppost.

(5) Il-miżuri li hemm provduti f'din id-Direttiva huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Mwaqqaf fuq il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 95/45/KE hu emendat b'mod konformi ma' l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' April 2005. Huma għandhom jikkomunikaw malajr mal-Kummissjoni it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati bit-tali referenza fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Prodotti mqiegħda fis-suq jew tikkettjati qabel l-1 ta' April 2005 li ma jikkonformawx mad-Direttiva jistgħu jibqgħu mqiegħda fis-suq sa mal-provvisti jispiċċaw.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

[2] ĠU L 226, tat-22.9.1995, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/50/KE (ĠU L 190, tat-12.7.2001, p. 14).

[3] ĠU L 237, ta' l-10.9.1994, p. 13. Direttiva emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS

Fl-Anness, it-test rigward karotên mħallat (E 160 a (i)) u beta-karotên (E 160 a (ii)) hu mibdul b'dan li ġej:

"E 160 a (i) KAROTÊN IMĦALLAT

1. Karotên tal-pjanti

Sinonimi | CI Food Orange 5 |

Definizzjoni | Karotên Imħallat huma miksubin mill-qligħ solventi ta' razzez naturali ta' pjanti tajbin għall-ikel, karrotti, żjut tal-ħxejjex, ħaxix, alfalfa (xnien) u ħorrieqa. Il-prinċipju ewlieni tas-sustanza koloranti jikkonsisti f'karotenojde minn xhiex l-beta-karotên tagħmel parti ewlenija. Alfa, gamma-karotên u pigmenti oħra jistgħu jkunu preżenti. Minbarra l-pigmenti koloranti, din is-sustanza jista jkollha żjut, xaħam u xama' naturali jinstabu fil-materja prima. Dawn il-solventi li ġejjin biss jistgħu jiġu wżati fil-qligħ: acetone, methyl ethyl ketone, methanol, ethanol, propan-2-ol, hexane [1], dichloromethane u dijossidu karboniku. |

Klassi | Karotenojde |

Nru tal-indiċi tal-kulur | 75130 |

EINECS | 230-636-6 |

Formula kimikali | Beta-karotên: C40H56 |

Piż Molekulari | Beta-Karotên: 536,88 |

Assaġġ | Il-kontenut tal-karotên (kalkulat bħala beta-karotên) m'huwiex inqas minn 5 %. Għall-prodotti miksubin mill-qligħ taż-żjut tal-ħxejjex: mhux inqas minn 0,2 % fix-xaħam tajjeb għall-ikel E1 cm1 %2500 madwar 440 nm sal-457 nm fil-cyclohexane |

Identifikazzjoni

A.Spettrometrija | Massimu fil-cyclohexane minn 440 nm sal-457 nm u 470 nm sal-486 nm |

Purità

Residwi solventi | Aċetun | Mhux aktar minn 50 mg/kg, waħdu jew mgħaqqad |

Methyl ethyl ketone |

Methanol |

Propan-2-ol |

Hexane |

Ethanol |

Dichloromethane | Mhux iktar minn 10 mg/kg |

Ċomb | Mhux iktar minn 5 mg/kg |

2. Algal karotên

Sinonimi | CI Food Orange 5 |

Definizzjoni | Karotên mħallta jistgħu wkoll ikunu magħmula mir-razzez naturali tal-algae Dunaliella salina, mkabbrin f'lagi melħin kbar lokati f'Whyalla, fin-Nofsinhar ta' l-Awstralja. Beta-karotên hu estratt billi tuża żejt essenzali. Il-preparazzjoni hi suspensjoni ta' 20 sa 30 % f'żejt tajjeb għall-ikel. Il-proporzjon trans-cis isomers hu fil-marġni tal-50/50 sa 71/29. Il-prinċipju ewlieni tas-sustanza koloranti jikkonsisti f'karotenojde minn xhiex l-beta-karotên tagħmel parti ewlenija. Alfa-karotên, lutein, zeaxanthin u beta-cryptoxanthin jistgħu jkunu preżenti. Minbarra l-pigmenti koloranti, din is-sustanza jista jkollha żjut, xaħam u xama' naturali jinstabu fil-materja prima. |

Klassi | Karotenojde |

Nru tal-indiċi tal-kulur | 75130 |

Formula kimikali | Beta-karotên: C40H56 |

Piż Molekulari | Beta-karotên: 536,88 |

Assaġġ | Il-kontenut tal-karotên (kalkulat bħala beta-karotên) m`huwiex inqas minn 20 %. E1 cm1 %2500 madwar 440 nm sal-457 nm fil-cyclohexane |

Identifikazzjoni

A. Spettrometrija | Massimu fil-cyclohexane minn 440 nm sal-457 nm u 474 nm sal-486 nm |

Purità

Tocopherols naturali f'żejt tajjeb għall-ikel | Mhux iktar minn 0,3 % |

Ċomb | Mhux iktar minn 5 mg/kg |

E 160 a (ii) BETA-KAROTÊN

1. Beta-karotên:

Sinonimi | CI Food Orange 5 |

Definizzjoni | Dawn l-ispeċifikazzjonijiet japplikaw l-aktar għall-trans isomeri tal-beta-karotên kollha flimkien ma' ammonti żgħar ta' karotenojde oħra. Preparazzjonijiet dilwiti u stabbiliti jista jkollhom proporzjoni trans-cis isomeru differenti. |

Klassi | Karotenojde |

Nru tal-indiċi tal-kulur | 40800 |

EINECS | 230-636-6 |

Ismijiet kimiċi | Beta-karotên, beta,beta-karotên |

Formula kimikali | C40H56 |

Piż molekulari | 536,88 |

Assaġġ | Mhux inqas minn 96 % materjali koloranti totali (riferuti bħala beta-karotên) E1 cm1 %2500 minn madwar 440 nm sal-457 nm fil-cyclohexane |

Deskrizzjoni | Kristalli jew trab kristallin aħmar jew aħmar fil-kannella |

Identifikazzjoni

A. Spettrometrija | Massimu fil-cyclohexane minn 453 sal-456 nm |

Purità

Rmied sulfuriku | Mhux iktar minn 0,2 % |

Materjali koloranti sussidjarji | Karotenojde barra l-beta-karotên: mhux iktar minn 3,0 % tal-materjali koloranti totali |

Ċomb | Mhux iktar minn 2 mg/kg |

2. Beta-Karotên mill-Blakeslea trispora

Sinonimi | CI Food Orange 5 |

Definizzjoni | Miksub b'proċess ta' fermentazzjoni billi tuża kultura mħallta taż-żewġ tipi ta' tgħammir sesswali (+) u (-) tar-razzez natural tal-fungu Blakeslea trispora. Il-beta-karotên hi estratta mill-biomass ma' ethyl aċetat, jew isobutyl aċetat u warajhom alkoħol isopropyl, u kristalizzat. Il-prodotti kristallizzati jikkonsistu l-iktar f'trans beta-karotên. Minħabba l-proċess naturali, approssimattivament 3 % tal-prodott jikkonsisti f'karotenojde mħallat, li hu speċifiku għall-prodott. |

Klassi | Karotenojde |

Nru tal-indiċi tal-kulur | 40800 |

EINECS | 230-636-6 |

Ismijiet kimiċi | Beta-karotên, beta,beta-karotên |

Formula kimikali | C40H56 |

Piż molekulari | 536,88 |

Assaġġ | Mhux inqas minn 96 % materjali koloranti totali (riferuti bħala beta-karotên) E1 cm1 %2500 minn madwar 440 nm sal-457 nm fil-cyclohexane |

Deskrizzjoni | Kristalli jew trab kristallin aħmar, aħmar fil-kannella jew vjola (kulur ivarja skond il-qligħ solventi użata u l-kondizzjonijiet tal-kristallizzazzjoni) |

Identifikazzjoni

A. Spettrometrija | Massimu fil-cyclohexane minn 453 sal-456 nm |

Purità

Residwi solventi | Ethyl aċetat | Mhux iktar minn 0,8 %, waħdu jew mgħaqqad) |

Ethanol |

Isobutyl aċetat: Mhux iktar minn 1,0 % |

Alkoħol isopropyl: Mhux iktar minn 0,1 % |

Rmied sulfuriku | Mhux iktar minn 0,2 % |

Materjali koloranti sussidjarji | Karotenojde barra l-beta-karotên: mhux iktar minn 3,0 % tal-materjali koloranti totali |

Ċomb | Mhux iktar minn 2 mg/kg |

Mycotoxins:

Aflatoxin B1 | Assenti |

Trichothecene (T2) | Assenti |

Ochratoxin | Assenti |

Zearalenone | Assenti |

Mikrobijoloġija:

Moffa | Mhux iktar minn 100/g |

Ħmira | Mhux iktar minn 100/g |

Salmonella | Assenti fil-25 g |

Escherichia coli | Assenti fil-5 g" |

[1] "Benżin mhux iktar minn 0,05 % v/v.

--------------------------------------------------