32004L0031



Official Journal L 085 , 23/03/2004 P. 0018 - 0023


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/31/KE

tas-17 ta' Marzu 2004

li temenda l-Annessi I, II, III, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ta' l-organiżmi perikolużi għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti fil-Komunità u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ta' l-organiżmi perikolużi għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti fil-Komunità u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità [1], u partikolarment il-punti (c) u (d) tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 14 tagħha,

Wara li kkonsultat l-Istati Membri konċernati,

Billi:

(1) Mill-informazzjoni provduta mill-Iżvezja bbażata fuq stħarriġ, jidher illi żoni fl-Isvezja m'għandhomx aktar ikunu rikonoxxuti bħala "żoni protetti" fir-rigward tal-Beet necrotic yellow vein virus.

(2) Skond id-Direttiva 2000/29/KE, l-introduzzjoni fil-Komunità tal-pjanti tal-Vitis L. li joriġinaw f'pajjiżi terzi, minbarra l-frott, hija projbita.

(3) Mill-informazzjoni provduta mill-Isvizzera, jidher illi l-miżuri li l-Isvizzera tapplika dwar l-introduzzjoni fil-u moviment ġo t-territorju tagħha ta' pjanti tal-Vitis L., minbarra l-frott, huma ekwivalenti għall-miżuri stabbiliti fid-Direttiva 2000/29/KE. Għalhekk, il-pjanti tal-Vitis L., minbarra l-frott, li joriġinaw fl-Isvizzera għandhom jitħallew jidħlu fil-Komunità.

(4) Skond id-Direttiva 2000/29/KE, l-introduzzjoni fiż-żoni tal-Komunità rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta' l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. tal-pjanti li fuqhom jgħixu l-parassiti, minbarra l-frott u ż-żerriegħa, ta' dan l-organiżmu perikoluż, li joriġinaw fil-pajjiżi terzi minbarra dawk li huma rikonoxxuti bħala ħielsa minn dan l-organiżmu perikoluż, jew li fihom żoni ħielsa mill-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara kienu stabbiliti fir-rigward ta' dan l-organiżmu perikoluż, hija projbita.

(5) Mill-informazzjoni provduta mill-Isvizzera, jidher illi l-miżuri li tapplika l-Isvizzera fir-rigward ta' l-introduzzjoni fil-u l-moviment ġot-territorju tagħha tal-pjanti li fuqhom jgħixu l-parassiti ta' l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al., minbarra l-frott u ż-żerriegħa, huma fil-parti l-kbira tagħhom ekwivalenti għall-miżuri stabbiliti fid-Direttiva 2000/29/KE. Għalhekk, il-pjanti li fuqhom jgħixu l-parassiti ta' l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al., minbarra l-frott u ż-żerriegħa, u minbarra l-pjanti tal-Cotoneaster Ehrh. u l-Photinia davidiana (Dcne.) Cardot, li joriġinaw fl-Isvizzera għandhom jitħallew jidħlu fil-Komunità.

(6) Mill-informazzjoni provduta mill-Italja bbażata fuq stħarriġ, jidher li ċerti zoni fl-Italja m'għandhomx ikunu rikonoxxuti aktar bħala "żoni protetti" fir-rigward ta' l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.

(7) Minħabba żball klerikali fil-preparazzjoni tad-Direttiva 2003/116/KE, il-punt kurrenti 21.1 tal-Parti B ta' l-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE kien mogħti numru żbaljat.

(8) Id-dispożizzjonijiet kurrenti kontra it-Tilletia indica Mitra għandhom ikunu emendati biex jieħdu in konsiderazzjoni l-informazzjoni aġġornata fuq il-preżenza ta' dan l-organiżmu perikoluż fl-Iran.

(9) Id-Direttiva 2000/29/KE għandha għalhekk tkun emendata skond dan.

(10) il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, III, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendat skond l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex titħares din id-Direttiva sa l-20 ta' April 2004 bħala l-aħħar data. Għandhom għalhekk minn issa 'l quddiem jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva qiegħda tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Marzu 2004.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 169, ta' l-10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/116/KE (ĠU L 321, tas-6.12.2003, p. 36).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Annessi I, II, III, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati kif ġej:

1. fil-Parti B ta' l-Anness I, taħt l-Intestatura (b), il-punt 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"1.Beet necrotic yellow vein virus | DK, F (Brittanja), FI, IRL, P (Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)" |

2. fil-Parti B ta' l-Anness II, taħt l-intestatura (b), il-punt 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

"2.Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. | Partijiet minn pjanti, minbarra l-frott, iż-żerriegħa upjanti maħsuba għat-tħawwil, iżda inklużil-polline ħaj għall-fertilizzazzjoni bil-polline ta l-,Chaenomeles Lindl., Cotoneaster Ehrh.,Crataegus L., Cydonia Mill., Eriobotrya Lindl.,Malus Mill., Mespilus L., Photinia davidiana(Dcne.) Cardot, Pyracantha Roem., Pyrus L. uSorbus L. | E, F (Corsica), IRL, I (Abruzzi; Apulia; Basilicata;Calabria; Campania; Emilia-Romagna: il-provinċjita' Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini;Friuli-Venezia Giulia; Lazio; Liguria; Lombardia;Marche; Molise; Piedmont; Sardinja; Sqallija; Tren-tino-Alto Adige: il-provinċja awtonoma ta'Trento; Toscana; Umbria; Valle d'Aosta; Veneto:minbarra fil-provinċja ta' Rovigo il-komuni ta'Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli,Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa diRovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo,Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova delGhebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo,Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro,Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, ufil-provinċja ta' Padova il-komuni ta' Castel-baldo, Barbona, Piacenza d'Adige, Vescovana, S.Urbano, Boara Pisani, Masi, u fil-provinċjata' Verona il-komuni ta' Palù, Roverchiara,Legnago, Castagnaro, Ronco all'Adige, VillaBartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza,Angiari), A (Burgenland, Carinthia, l-Awstrijat' Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv ta' Lienz),Styria, Vjenna), P, FI, UK (L-Irlanda ta' Fuq, Isleof Man u ċ-Channel Islands)" |

3. L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a) fil-kolonna tal-lemin tal-punt 15 tal-Parti A, it-test huwa mibdul b'dan li ġej;

"Pajjiżi Terzi minn barra l-Isvizzera";

(b) fil-Parti B, il-punt 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

"1.Mingħajr ħsara għall-projbizzjonijiet applikabbli għall-pjanti mniżżla fl-L-Anness IIIA(9), (9.1), (18), fejn xieraq, pjanti u polline ħajgħall-fertilizzazzjoni bil-polline ta': Amelanchier Med., Chaenomeles Lindl., CrataegusL., Cydonia Mill., Eriobotrya Lindl., Malus Mill., Mespilus L., Pyra-cantha Roem., Pyrus L.Sorbus L.li joriġinaw fil-pajjiżi terzi minbarra l-Isvizzera u minbarra għaldawk rikonoxxuti bħala ħielsa mill- et al.li fihom żoni ħielsa mill-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara kienu stabbiliti fir-rigward ta' l-amylovora (Burr.)Winsl. et al.għall-Miżuri Fotosanitarji u rikonuxxuti bħala tali skondil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2) | E, F (Corsica), IRL, I (Abruzzi; Apulia; Basilicata; Calabria; Campania;Emilia-Romagna: il-provinċji ta' Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini;Friuli-Venezia Giulia; Lazio; Liguria; Lombardia; Marche; Molise; Piedmont;Sardinia; Sqallija; Trentino-Alto Adige: il-provinċja awtonoma ta' Trento;Toscana; Umbria; Valle d'Aosta; Veneto: minbarra fil-provinċja ta' Rovigoil-komuni ta' Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, SanBellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, ArquàPolesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo,Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umber-tiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro,Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u fil-provinċja ta'Padova l-komuni ta' Castelbaldo, Barbona, Piacenza d'Adige, Vescovana,S. Urbano, Boara Pisani, Masi, u fil-provinċja ta' Verona l-komuni Palù, Roverchiara, Legnago, Castagnaro, Ronco all'Adige, VillaBartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari), A (Burgenland,Carinthia, L-Awstrija t'Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv ta' Lienz), Styria,Vjenna), P, FI, UK (L-Irlanda ta' Fuq, Isle of Man u ċ-Channel Islands) |

2.Mingħajr ħsara għall-projbizzjonijiet applikabbli għall-pjanti mniżżla fl-L-Anness IIIA(9), (9.1), (18), fejn xieraq, pjanti u polline ħaj għall-fertilizzazzjoni bil-polline tal: Cotoneaster Ehrh. u l-Photinia davidiana (Dcne.)Cardotdawk rikonoxxuti bħala ħielsa mill-Winsl. et al.18(2), jew li fiha żoni bla annimali jew insetti li jagħmlu ħsara kienu stabbiliti fir-rigward ta' l-Erwinia amylovora (Burr.)Winsl. et al.tal-Miżuri Fotosanitarji u rikonoxxuti bħalatali skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2) | E, F (Corsica), IRL, I (Abruzzi; Apulia; Basilicata; Calabria; Campania;Emilia-Romagna: il-provinċji ta' Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini;Friuli-Venezia Giulia; Lazio; Liguria; Lombardia; Marche; Molise; Piedmont;Sardinia; Sqallija; Trentino-Alto Adige: il-provinċja awtonoma ta' Trento;Toscana; Umbria; Valle d'Aosta; Veneto: minbarra fil-provinċja ta' Rovigoil-komuni ta' Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, SanBellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, ArquàPolesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo,Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umber-tiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro,Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u fil-provinċja ta'Padova il-komuni ta' Castelbaldo, Barbona, Piacenza d'Adige, Vescovana,S. Urbano, Boara Pisani, Masi, u fil-provinċja ta' Verona il-komuni ta' Palù, Roverchiara, Legnago, Castagnaro, Ronco all'Adige, VillaBartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari), A (Burgenland,Carinthia, L-Awstrija t' Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv ta' Lienz), Styria,Vjenna), P, FI, UK (L-Irlanda ta' Fuq, Isle of Man u ċ-Channel Islands)" |

4. L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a) It-Taqsima I tal-Parti A hija emendata kif ġej:

(i) fil-kolonna tax-xellug tal-punt 53, it-test ", l-Iran" huwa inkluż

(ii) fil-kolonna tax-xellug tal-punt 54, it-test ", l-Iran" huwa inkluż;

(b) Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(i) fil-kolonna tal-lemin tal-punt 20.1, it-test huwa mibdul b'dan li ġej:

"DK, F (Britannja), FI, IRL, P (Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)";

(ii) fil-kolonna tal-lemin tal-punt 20.2, it-test huwa mibdul b'dan li ġej:

"DK, F (Britannja), FI, IRL, P (Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)";

(iii) il-punt 21 huwa mibdul b'dan li ġej:

"21.Pjanti u polline ħaj għall-fertilizzazzjoni bil-polline ta' l-: Amelanchier Med., Chaenomeles Lindl., Cotoneaster Ehrh., Crataegus L., Cydonia Mill., Eriobotrya Lindl., Malus Mill., Mespilus L., Photinia davidiana (Dcne.) Cardot, Pyracantha Roem., Pyrus L. u Sorbus L., minbarra l-frott u ż-żerriegħa | Mingħajr ħsara għall-projbizzjonijiet applikabbli għall-pjanti mniżżla fl-Anness IIIA(9), (9.1), (18) u IIIB(1), (2) fejn xieraq, dikjarazzjoni uffiċjali li: (a)il-pjanti joriġinaw fil-pajjiżi terzi rikonoxxuti bħala ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2),jew(b)il-pjanti joriġinaw f'żoni ħielsa mill-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara fil-pajjiżi terzi li ġew stabbiliti fir-rigward ta' l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. skond l-Istandard Internazzjonali relevanti għall-Miżuri Fotosanitarji u rikonoxxuti bħala skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2),jew(ċ)il-pjanti joriġinaw f'wieħed mid-Distretti Awtonomi ta' l-Isvizzera li ġejjin: Berne (bl-eċċezzjoni tad-distretti ta' Signau u Trachselwald), Fribourg, Grisons, Ticino, Vaud, Valais,jew(d)il-pjanti joriġinaw fiz-zoni protetti mniżżla fil-kolonna tal-lemin,jew(e)il-pjanti ġew prodotti, jew, jekk meħuda ġo "buffer zone", mħarsa u miżmuma għall-perjodu ta' mhux anqas minn 7 xhur inkluż il-perjodu mill-1 ta' April sal-31 ta' Ottubru ta' l-aħħar ċiklu komplut tal-veġetazzjoni, fuq għalqa:(aa)li tinsab minn ta' l-anqas 1 km 'l ġewwa mill-fruntiera ta' 'buffer zone'uffiċjalment nominata ta' mhux anqas minn 50 km2 fejn il-pjanti li fuqhom jgħixu l-parassiti huma soġġetti għal reġim ta' kontroll uffiċjali approvat u sorveljat stabbilit minn l-anqas qabel il-bidu taċ-ċiklu komplet tal-veġetazzjoni ta' qabel l-aħħar ċiklu komplet tal-veġetazzjoni, bl-iskop li jkun minimizzat ir-riskju ta' l-Erwinia amylo-vora (Burr.) Winsl. et al. li qiegħda tinxtered mill-pjanti imkabbra hemmhekk. Id-dettalji tad-deskrizzjoni ta' din il-'buffer zone' għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u għall-Istati Membri l-oħra. Ladarba l-'buffer zone' tiġi stabbilita, spezzjonijiet uffiċjali għandhom ikunu magħmula fiż-żona li ma tinkludix l-għalqa u ż-żona tal-madwar ta' 500 m wisa', ta' lanqas darba mill-bidu ta' l-aħħar ċiklu komplet tal-veġetazzjoni fiż-żmien l-aktar xieraq, u l-pjanti kollha li fuqhom jgħixu l-parassiti li juru s-sintomi ta' l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.għandhom ikunu mneħħija immedjatament. Ir-riżultati ta' dawn l-ispezzjonijiet għandhom ikunu provduti lill-Kummissjoni u lill-Istat Membri l-oħra sa l-1 ta' Mejju ta' kull sena, u(bb)li kienet approvata b'mod uffiċjali, kif ukoll il-'buffer zone', qabel il-bidu taċ-ċiklu komplet tal-veġetazzjoni ta' qabel l-aħħar ċiklu komplet tal-veġetazzjoni, għall-kultivazzjoni tal-pjanti taħt il-ħtiġiet stabbiliti f'dan il-punt, u(cc)li, kif ukoll iz-zona tal-madwar ta' wisa' ta' mhux anqas minn 500 m, kienet misjuba ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. mill-bidu ta' l-aħħar ċiklu komplet tal-veġetazzjoni, fuq spezzjoni uffiċjali magħmula minn ta' l-anqas:darbtejn fl-għalqa fl-aktar żmien xieraq, i.e. darba waqt Ġunju sa Awissu u darba waqt Awissu sa Novembru; udarba fl-imsemmija zona tal-madwar fiż-żmien l-aktar xieraq, i.e. waqt Awissu sa Novembru, u(dd)li minnhu l-pjanti kienu ttestjati b'mod uffiċjali għall-infezzjonijiet li għadhom ma bdewx jiżviluppaw skond metodu xieraq tal-laboratorju fuq kampjun uffiċjali meħud fil-perjodu l-aktar xieraq.Bejn l-1 ta' April 2004 u l-1 ta' April 2005, dawn id- dispożizzjonijiet m'għandhomx japplikaw għall-pjanti li ġew mdaħħla fil-jew ġo ż-żoni protetti mniżżla fil-kolonna tal-lemin li kienu prodotti u miżmuma fuq għelieqi li jinsabu f'"buffer zones" nominati b'mod uffiċjali, skond il-ħtiġiet relevanti applikabbli qabel l-1 ta' April 2004. | E, F (Corsica), IRL, I (Abruzzi; Apulia; Basilicata; Calabria; Campania; Emilia-Romagna: il-provinċji ta' Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; Friuli-Venezia Giulia; Lazio; Liguria; Lombardia; Marche; Molise; Piedmont; Sardinia; Sqallija; Trentino-Alto Adige: il-provinċja awtonoma ta' Trento; Toscana; Umbria; Valle d'Aosta; Veneto: minbarra fil-provinċja ta' Rovigo il-komuni ta' Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo, Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro, Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u fil-provinċja ta' Padova il-komuni ta' Castelbaldo, Barbona, Piacenza d'Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi, u fil-provinċja ta' Verona il-komuni ta' Palù, Roverchiara, Legnago, Castagnaro, Ronco all'Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari), A (Burgenland, Carinthia, L-Awstrija t'Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv ta' Lienz), Styria, Vjenna), P, FI, UK (L-Irlanda ta' Fuq, Isle of Man u ċ-Channel Islands)" |

(iv) il-punt 21.1 huwa mħassar;

(v) punt ġdid 21.3 huwa inkluż qabel il-punt 22:

"21.3.Mill-15 ta' Marzu sat-30 ta' Ġunju, ġarrar tan-naħal | Għandu jkun hemm prova dokumentata li l-ġarrar tan-naħal: (a)li joriġinaw f'pajjiżi terzi rikonoxxuti bħala ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burr.)Winsl. et al. skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2),jew(b)li joriġinaw f'wieħed mid-Distretti Awtonomi ta' l-Isvizzera li ġejjin: Berne (bl-eċċezzjonijiet tad- distretti ta' Signau u Trachselwald), Fribourg, Grisons, Ticino, Vaud, Valais,jew(ċ)li joriġinaw fiz-zoni protetti mniżżla fil-kolonna tal-lemin,jew(d)li għaddew minn miżura ta' kwarantina xierqa qabel ma ġew imċaqilqa. | E, F (Corsica), IRL, I (Abruzzi; Apulia; Basilicata;Calabria; Campania; Emilia-Romagna: il-provinċjita' Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; Friuli-Venezia Giulia; Lazio; Liguria; Lombardia; Marche; Molise; Piedmont; Sardinia; Sqallija; Trentino-Alto Adige: il-provinċja awtonoma ta' Trento; Toscana; Umbria; Valle d'Aosta; Veneto:minbarra fil-provinċja ta' Rovigo il-komuni ta' Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine,San Bellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli,Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa diRovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo,Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova delGhebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo,Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro,Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u fil-provinċja ta' Padova il-komuni ta' Castelbaldo, Barbona, Piacenza d'Adige, Vescovana, S.Urbano, Boara Pisani, Masi, u fil-provinċjata' Verona il-komuni ta' Palù, Roverchiara, Legnago, Castagnaro, Ronco all'Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza,Angiari), A (Burgenland, Carinthia, L-Awstrijat'Isfel, Tirol (id-distrett amministrattiv ta' Lienz),Styria, Vjenna), P, FI, UK (L-Irlanda ta' Fuq, Isleof Man u ċ-Channel Islands)" |

(vi) fil-kolonna tal-lemin tal-punt 22, it-test huwa mibdul b'dan li ġej:

"DK, F (Britannja), FI, IRL, P (Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)";

(vii) fil-kolonna tal-lemin tal-punt 23, it-test huwa mibdul b'dan li ġej:

"DK, F (Britannja), FI, IRL, P (Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)";

(viii) fil-kolonna tal-lemin tal-punt 25, it-test huwa mibdul b'dan li ġej:

"DK, F (Britannja), FI, IRL, P (Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)";

(ix) fil-kolonna tal-lemin tal-punt 26, it-test huwa mibdul b'dan li ġej:

"DK, F (Britannja), FI, IRL, P (Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)";

(x) fil-kolonna tal-lemin tal-punt 27.1, it-test huwa mibdul b'dan li ġej:

"DK, F (Britannja), FI, IRL, P (Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)";

(xi) fil-kolonna tal-lemin tal-punt 27.2, it-test huwa mibdul b'dan li ġej:

"DK, F (Britannja), FI, IRL, P (Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)";

(xii) fil-kolonna tal-lemin tal-punt 30, it-test huwa mibdul b'dan li ġej:

"DK, F (Britannja), FI, IRL, P (Azores), UK (L-Irlanda ta' Fuq)".

5. Fil-punti 1 u 8, taħt l-Intestatura I tal-Parti B ta' l-Anness V, it-test ", l-Iran" huwa inkluż wara "l-Indja".

--------------------------------------------------