32004L0016

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/16/KE tat-12 ta' Frar 2004 li tistipula l-metodu tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' l-analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' landa f'ikel tal-bottijietTest b'relevanza għaż-ŻEE.

Official Journal L 042 , 13/02/2004 P. 0016 - 0022
CS.ES Chapter 13 Volume 33 P. 82 - 88
ET.ES Chapter 13 Volume 33 P. 82 - 88
HU.ES Chapter 13 Volume 33 P. 82 - 88
LT.ES Chapter 13 Volume 33 P. 82 - 88
LV.ES Chapter 13 Volume 33 P. 82 - 88
MT.ES Chapter 13 Volume 33 P. 82 - 88
PL.ES Chapter 13 Volume 33 P. 82 - 88
SK.ES Chapter 13 Volume 33 P. 82 - 88
SL.ES Chapter 13 Volume 33 P. 82 - 88


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/16/KE

tat-12 ta' Frar 2004

li tistipula l-metodu tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' l-analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' landa f'ikel tal-bottijiet

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 85/591/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 li tirrigwarda l-introduzzjoni ta' metodi Komunitarji għat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi għall-monitoraġġ ta' l-oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem [1], kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tagħha,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 tat-8 ta' Marzu 2001 jiffissa l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti f'oġġetti ta' l-ikel [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 242/2004 [4] jiffissa l-limiti għall-landa inorganika f'ikel tal-bottijiet u jagħmel referenza għall-miżuri li jistipulaw il-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi li għandhom jintużaw.

(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/99/KEE tad-29 ta' Ottubru 1993 dwar is-suġġett ta' miżuri addizzjonali li jikkonċernaw il-kontroll uffiċjali ta' l-oġġetti ta' l-ikel [5], kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003, tintroduċi sistema ta' standards ta' kwalità għal-laboratorji fdati mill-Istati Membri bil-kontroll uffiċċjali ta' l-oġġetti ta' l-ikel.

(3) Jidher meħtieġ li għandhom jiġu ffissati kriterji ġenerali, li l-metodu ta' l-analiżi għandu jikkonforma magħhom sabiex jiġi assigurat li l-laboratorji, inkarigati mill-kontroll, jużaw metodi ta' analiżi b'livelli komparabbli ta' prestazzjoni. Huwa wkoll ta' importanza prinċipali li r-riżultati analitiċi jiġu rapportati u interpretati b'mod uniformi sabiex jiġi assigurat approċċ ta' infurzar armonizzat ma' l-Unjoni Ewropea kollha. Dawn ir-regoli ta' interpretazzjoni huma ta' applikazzjoni għar-riżultat analitiku miksub fuq il-kampjun għall-kontroll uffiċjali. Fil-każ ta' analiżi għall-finijiet ta' difiża jew arbitraġġ, jgħoddu r-regoli nazzjonali.

(4) Id-disposizzjonijiet għat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi tħejjew fuq il-bażi tat-tagħrif presenti u jistgħu jiġu adattati biex jieħdu kont ta' avvanzi fit-tagħrif xjentifiku u teknoloġiku. Il-metodi biex issir analiżi tal-landa totali huma xierqa għall-kontrolli fuq landa inorganika. Il-presenza possibbli ta' forom inorganiċi ta' landa huma meqjusa li huma negliġibbli b'relazzjoni mal-livelli massimi iffissati għall-landa inorganika.

(5) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li t-teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' landa f'oġġetti ta' l-ikel jitwettaq skond il-metodi deskritti fl-Anness I li jinsab ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li l-preparazzjoni tal-kampjuni u l-metodu ta' analiżi wżati għall-kontroll uffiċjali ta' landa f'oġġetti ta' l-ikel jikkonformaw mal-kriterji deskritti fl-Anness II li jinsab ma' din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2004. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test ta' dawn id-disposizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-disposizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, id-disposizzjonijiet tagħhom għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir dik ir-referenza.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-12 ta' Frar 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] OJ L 372, 31.12.1985, p. 50.

[2] OJ L 284, 31.10.2003, p. 1.

[3] OJ L 77, 16.3.2001, p. 1.

[4] See page 3 of this Official Journal.

[5] OJ L 290, 24.11.1993, p. 14.

--------------------------------------------------

ANNESS I

METODI TA' TEĦID TA' KAMPJUNI GĦALL-KONTROLL UFFIĊJALI TAL-LIVELLI TA' LANDA F'IKEL TAL-BOTTIJIET

1. Għan u kamp ta' applikazzjoni

Il-kampjuni maħsuba għall-verifika uffiċjali tal-livelli ta' landa f'ikel tal-bottijiet għandhom jittieħdu skond il-metodi deskritti hawn taħt. Il-kampjuni aggregati hekk miksuba għandhom jitqiesu bħala rappresentattivi tal-lottijiet. Il-konformità mal-livelli massimi preskritti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-livelli stabbiliti fil-kampjuni tal-laboratorju.

2. Definizzjonijiet

Lott : kwantità identifikabbli ta' komodità ta' l-ikel imwassla fi żmien wieħed u tkun ġiet stabbilita mill-uffiċjal li għandha karatteristiċi komuni, bħal oriġini, tip, tip ta' ppakkjar, minn jippakkja, minn jagħmel il-kunsinna jew immarkar.

Sublott : parti maħsuba ta' lott sabiex jiġi applikat il-metodu ta' teħid ta' kampjuni fuq dik il-parti maħsuba. Kull sublott għandu jkun fiżikament separat u identifikabbli.

Kampjun inkrementali : kwanità ta' materjal meħuda minn post wieħed fil-lott jew sublott.

Kampjun aggregat : it-total maqgħud tal-kampjuni inkrementali kollha meħuda minn lott jew sublott.

Kampjun tal-laboratorju : kampjun maħsub għal-laboratorju.

3. Disposizzjonijiet ġenerali

3.1. Persunal

It-teħid ta' kampjuni għandu jsir minn persuna awtorizzata kif speċifikat mill-Istati Membri.

3.2. Materjal li għandu jiġi eżaminat

Kull lott li għandu jiġi eżaminat għandu jiġi eżaminat separatament.

3.3. Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu

Fil-kors tat-teħid ta' kampjuni u l-preparazzjonijiet tal-kampjuni, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi evitat kull tibdil, li jista' jaffettwa l-kontenut tal-landa, jolqot ħażin l-istabbiliment analitiku jew jagħmel il-kampjuni aggregati mhux rappresentattivi.

3.4. Kampjuni inkrementali

Sa fejn huwa possibbli il-kampjuni inkrementali għandhom jittieħdu f'diversi postijiet imqassma mal-lott jew sublott kollu. Kull tluq minn din il-proċedura għandu jiġi rekordjat fir-rekords.

3.5. Preparazzjoni ta' kampjun aggregat

Il-kampjun aggregat isir billi jiġu maqgħuda l-kampjuni inkrementali kollha. Dan il-kampjun aggregat jiġi omoġenizzat fil-laboratorju.

3.6. Kampjuni replikati tal-laboratorju

Kampjuni replikati tal-laboratorju għall-finijiet ta' infurzar, kummerċ(difiża) u arbitraġġ għandhom jittieħdu mill-kampjun omoġenizzat aggregat sakemm dan ma jkunx kuntrarju għar-regoli ta' l-Istati Membri dwar teħid ta' kampjuni.

3.7. Imballaġġ u trasmissjoni ta' kampjuni

Kull kampjun għandu jitqiegħed f'kontenitur nadif, inerti li joffri protezzjoni adegwata minn kontaminazzjoni u kontra xi ħsara waqt it-transitu. Il-prekawzjonijiet kollha meħtieġa għandhom jittieħdu biex tiġi evitata kull bidla fil-komposizzjoni tal-kampjun, li tista' tinqala waqt it-trasport jew il-ħażna.

3.8. Issiġillar u tikkettjar tal-kampjuni

Kull kampjun meħud għall-użu uffiċjali għandu jiġi ssiġillat fil-post tat-teħid ta' kampjuni u identifikat waqt li jiġu segwiti r-regolamenti ta' l-Istat Membru.

Għandu jinżamm rekord ta' kull teħid ta' kampjuni, li jkun jippermetti li kull lott jiġi identifikat mingħajr ambigwità u li juri d-data u l-lok tat-teħid ta' kampjuni flimkien ma' kull informazzjoni addizzjonali li x'aktarx tkun ta' għajnuna għall-analist.

4. Pjanijiet ta' teħid ta' kampjuni

Il-metodu tat-teħid ta' kampjuni applikat għandu jassigura li l-kampjun aggregat huwa rappresentattiv tal-lott li għandu jiġi kontrollat.

4.1. Numru ta' kampjuni inkrementali

In-numru minimu ta' kampjuni inkrementali li għandu jittieħed minn bottijiet fl-istess lott għandu jingħata fit-Tabella 1. Il-kampjuni inkrementali meħuda minn kull bott għandhom ikunu simili fil-piż, li jirriżultaw f'kampjun aggregat (ara l-punt 3.5).

Tabella 1 Numru ta' bottijiet (kampjuni inkrementali) li għandhom jittieħdu biex jiffurmaw kampjun aggregat

Numru ta' bottijiet fil-lott jew sublott | Numru ta' bottijiet li għandhom jittieħdu |

1 sa 25 | ta' l-anqas bott wieħed |

26 sa 100 | ta' l-anqas żewġ bottijiet |

> 100 | 5 bottijiet |

Innota li l-livelli massimi jgħoddu għall-kontenut ta' kull bott, iżda biex l-ittestjar ikun possibbli huwa meħtieġ li tintuża attitudni ta' teħid ta' kampjuni aggregat. Jekk ir-riżultat tat-test għall-kampjun aggregat ikun anqas minn iżda viċin il-livell massimu u jekk ikun suspettat li xi bottijiet individwali jistgħu jeċċedu l-livell massimu allura jista' jkun meħtieġ li jisru aktar investigazzjonijiet.

4.2. Teħid ta' kampjuni fl-istadju ta' bejgħ bl-imnut

It-teħid ta' kampjuni ta' oġġetti ta' l-ikel fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandu jsir fejn ikun possibbli skond id-disposizzjonijiet tat-teħid ta' kampjuni ta' hawn fuq. Fejn dan ma jkunx possibbli, proċeduri effettivi oħra ta' teħid ta' kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandhom jintużaw kemm-il darba dawn jassiguraw rappresentanza suffiċjenti għall-lott ikkampjonat.

5. Konformità tal-lott jew sublott ma' l-ispeċifikazzjonijiet

Il-laboratorju tal-kontroll għandu janalizza il-kampjun tal-laboratorju għall-infurzar ta' l-anqas f'żewġ analiżi indipendenti, u jikkalkola l-medja tar-riżultati.

Il-lott ikun aċċettat jekk il-medja ma teċċedix il-livell massimu rispettiv (kif preskritt fir-Regolament (KE) Nru 466/2001) waqt li jingħata kont ta' l-inċertezza tal-kejl u l-korrezzjoni għall-irkupru.

Il-lott ma jkunx jikkonforma mal-livell massimu (kif preskritt fir-Regolament (KE) 466/2001) jekk il-medja teċċedi l-livell massimu 'l hinn minn dubju raġonevoli waqt li jingħata kont ta' l-inċertezza tal-kejl u l-korrezzjoni għall-irkupru.

--------------------------------------------------

ANNESS II

PREPARAZZJONI TAL-KAMPJUN U KRITERJI GĦALL-METODI TA' ANALIŻI WŻATI FIL-VERIFIKA UFFIĊJALI TAL-LIVELLI TA' LANDA F'OĠĠETTI TA' L-IKEL

1. Prekawzjonijiet u konsiderazzjonijiet ġenerali għall-landa

Il-ħtieġa bażika hija li jinkiseb kampjun tal-laboratorju rappresentattiv u omoġenizzat mingħajr l-introduzzjoni ta' kontaminazzjoni sekondarja.

L-analista għandu jassigura li l-kampjuni ma jiġux kontaminati matul il-preparazzjoni tal-kampjun. Fejn possibbli, l-apparat li jiġi f'kuntatt mal-kampjun għandu jkun magħmul minn materjali inerti per eżempju plastik bħal polypropylene, PTFE eċċ., u dawn għandhom ikunu mnaddfa bl-aċidu biex jitnaqqas ir-riskju ta' kontaminazzjoni. Azzar li ma jsaddadx ta' kwalità għolja jista' jintuża biex jinqatgħu t-truf.

Il-materjal kollu tal-kampjuni riċevuti mill-laboratorju għandu jintuża għall-preparazzjoni tal-materjal tat-test. Biss kampjuni omoġenizzati ħafna ħafna jagħtu riżultati riproduċibbli.

Hemm ħafna proċeduri sodisfaċenti speċifiċi għall-preparazzjoni tal-kampjun li jistgħu jintużaw. Dawk deskritti fl-iStandard CEN dwar "l-Istabbiliment ta' elementi ta' traċċa – Kriterji ta' prestazzjoni u konsiderazzjonijiet ġenerali" instabu li huma sodisfaċenti (1) iżda oħrajn jistgħu jkunu ugwalment validi.

2. Trattament tal-kampjun kif riċevut fil-laboratorju

Itħan irqieq (fejn relevanti) u ħallat sew il-kampjun sħiħ aggregat bl-użu ta' proċess li jkun wera li jikseb omoġenizzazzjoni sħiħa.

3. Subdiviżjoni ta' kampjuni għall-finijiet ta' infurzar u difiża

Il-kampjuni replikati għall-finijiet ta' infurzar, kummerċ (difiża) u arbitraġġ għandhom jittieħdu mill-materjal omoġenizzat sakemm dan ma jmurx kontra r-regoli dwar teħid ta' kampjuni ta' l-Istati Membri.

4. Il-metodu ta' analiżi li għandu jintuża mill-laboratorju u l-ħtiġeiet ta' kontroll tal-laboratorju

4.1. Definizzjonijiet

Numru ta' definizzjonijiet l-aktar użati komunement li l-laboratorju huwa meħtieġ li juża huma mogħtija hawn taħt:

r = Repetizzjoni, il-valur mogħti hawn taħt li d-differenza assoluta bejn ir-riżultati ta' żewġ testijiet waħdiena miksuba taħt kondizzjonijiet ta' repetizzjoni (jiġifieri, l-istess kampjun, l-istess operatur, l-istess apparat, u intervall qasir ta' żmien) jista' jkun mistenni li jinsab f'firxa ta' probabbilità speċifika (tipikament 95 %) u għalhekk r = 2,8 × sr.

sr = Devjazzjoni standard, kalkolata mir-riżultati ġenerati taħt kondizzjonijiet ta' repetizzjoni.

RSDr s

x

× 100

x

hija l-medja tar-riżultati tal-laboratorji u l-kampjuni kollha.

R = Riproduċibilità, il-valur mogħti hawn taħt li d-differenza assoluta bejn ir-riżultati ta' test wieħed miksuba taħt kondizzjonijiet ta' repetizzjoni (jiġifieri, materjal identiku miksub minn operaturi f'laboratorji differenti bl-użu ta' metodu standardised ta' test) jista' jkun mistenni li jinsab f'firxa ta' probabbilità ċerta (tipikament 95 %) u għalhekk r = 2,8 × sR.

sR = Devjazzjoni standard, kalkolata mir-riżultati taħt kondizzjonijiet ta' riproduċibilità.

RSDR s

x

× 100

,

HORRATr = l-RSDr osservata diviża bil-valur RSDr stmat mill-ekwazzjoni Horwitz equation bl-użu ta' l-assunzjoni r = 0,66R.

HORRATR = il-valur RSDr osservat diviż bil-valur RSDr kalkolat mill-ekwazzjoni Horwitz(2).

U = l-inċertezza mwessa', bl-użu ta' fattur ta' kopertura ta' 2 li jagħti livell ta' kunfidenza ta' bejn wieħed u ieħor 95 %.

4.2. Ħtiġiet ġenerali

Il-metodi ta' analiżi wżati għall-finijiet tal-kontroll ta' l-ikel għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tal-partiti 1 u 2 ta' l-Anness li jinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 85/591/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar l-introduzzjoni ta' metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-immonitorjar ta' oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum uman.

4.3. Ħtiġiet speċifiċi

Fejn ebda metodi speċifiċi għall-istabbiliment ta' landa f'ikel tal-bottijiet ma huma preskritti fil-livell tal-Komunità, il-laboratorji jistgħu jagħżlu kull metodu validat kemm-il darba l-metodu magħżul jikkonforma mal-kriterji ta' prestazzjoni murija fit-Tabella 2. Il-validazzjoni għandha idejalment tinkludi materjal ċertifikat ta' referenza.

Tabella 2 Kriterji ta' prestazzjoni għall-metodi ta' analiżi għall-landa

Parametru | Valur/kumment |

Applikabilità | Ikel speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 242/2004 |

Limitu ta' kxif | Mhux aktar minn 5 mg/kg |

Limitu ta' kwantifikazzjoni | Mhux aktar minn 10 mg/kg |

Preċiżjoni | Valuri HORRATr jew HORRATR ta' anqas minn 1,5 fil-prova kollaborattiva tal-validazzjoni |

Irkupru | 80 % sa 105 % (kif indikat fil-prova kollaborattiva) |

Speċifiċità | Ħielsa minn interferenza matriċi jew spettrali |

4.3.1. Kriterji ta' Prestazzjoni – Attitudni ta' Inċertezza ta' Funzjoni

Iżda, attitudni ta' inċertezza tista' wkoll tintuża biex tistma l-adattabilità tal-metodu ta' analiżi li għandu jintuża mill-laboratorju. Il-laboratorju jista' wkoll juża metodu li għandu jipproduċi riżultati fil-firxa ta' l-inċertezza massima standard. L-inċertezza massima standard tista' tiġi kalkolata bl-użu tal-formula li ġejja:

Uf =

+

0,1C2

fejn:

Uf hija l-inċertezza massima standard

LOD huwa l-limitu ta' kxif tal-metodu

C hija l-konċentrazzjoni ta' interess

Jekk metpdu analitiku jipprovdi riżultati b'kejl ta' inċertezza anqas mil-inċertezza massima standard, il-metodu għandu jkun ugwalment adattat għall-wieħed li jikkonforma mal-karatteristiċi ta' prestazzjoni mogħtija fit-Tabella 2.

4.4. Kalkolazzjoni ta' l-irkupru u rapportar tar-riżultati

Ir-riżultat analitiku għandu jiġi rapportat korrett jew mhux korrett għall-irkupru. Il-mod tar-rapportar u l-livell ta' l-irkupru għandhom jiġu rapportati. Ir-riżultat analitiku korrett għall-irkupru huwa wżat għall-verifika tal-konformità (ara l-Anness I, il-punt 5).

L-analista għandu jinnota "L-Linji Gwida Armonizzati għall-Użu ta' Rkupru ta' Informazzjoni fil-Kejl Analitku" (3) żviluppati taħt IUPAC/ISO/AOAC. Dawn il-Linji Gwida jgħinu waqt l-istabbiliment tal-fatturi ta' l-irkupru.

Ir-riżultat analitiku għandu jiġi rapportat bħala x +/- U fejn x hija r-riżultat analitiku u U hija l-inċertezza tal-kejl.

4.5. Standards tal-kwalità tal-laboratorju

Il-laboratorji għandhom jikkonformaw mad-Direttiva tal-Kunsill 93/99/KEE tad-29 ta' Ottubru 1993 dwar is-suġġett ta' miżuri addizzjonali li jikkonċernaw il-kontroll uffiċjali ta' oġġetti ta' l-ikel.

4.6. Konsiderazzjonijiet oħra għall-analiżi

Test ta' profiċjenza

Parteċipazzjoni fl-iskemi adattati ta' ttestjar ta' profiċjenza li jikkonformaw mal-"Protokoll Internazzjonali Armonizzat għall-Ittestjar ta' Profiċjenza ta' Laboratoji Analitiċi (Kimiċi)" (4) żviluppati taħt l-awspiċi ta' IUPAC/ISO/AOAC.

Uħud minn dawn l-iskemi speċifikament jinkludu l-istabbiliment ta' landa fl-ikel, u parteċipazzjoni fi skema bħal dik hija rakkomandata pjuttost milli skema ġenerali għall-istabbiliment ta' metalli fl-ikel.

Kontroll intern ta' kwalità

Il-laboratorji għandhom ikunu kapaċi li juru li huma għandhom operattivi proċeduri interni ta' kontroll ta' kwalità. Eżempju ta' dawn huma l-"Linji Gwida ISO/AOAC/IUPAC dwar il-Kontroll Intern ta' Kwalità f'Laboratorji Analitiċi Kimiċi" (5).

Preparazzjoni tal-kampjun

Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi assigurat li l-landa kollha fil-kampjun tittieħed f'soluzzjoni għall-analiżi. B'mod partikolari huwa magħruf li l-proċedura tat-tidwib tal-kampjun għandha tkun tali li ebda speċji SnIV idrolizzata ma tiġi preċipitata (per eżempju speċji bħal stannic oxide SnO2, Sn(OH)4, SnO2.H2O).

Żomm il-kampjuni preparati f'5 mol/l HCl. Iżda, l-SnCl4 huwa faċilment volatizzat u għalhekk is-soluzzjonijiet ma għandhomx jitgħallew.

REFERENZI

1. BS EN 13804:2002: Oġġetti ta'l-ikel – Stabbiliment ta' elementi ta' traċċa – Kriterji ta' prestazzjoni, konsiderazzjonijiet ġenerali u preparazzjoni tal-kampjun, CEN, Rue de Stassart 36, B-1050 Brussel.

2. W Horwitz, "Evalwazzjoni tal-Metodi Analitiċi għar-Regolazzjoni ta' l-Ikel u d-Droga", Anal. Chem., 1982, 54, 67A - 76A.

3. ISO/AOAC/IUPAC Linji Gwida Armonizzati għall-Użu ta' Rkupru ta' Informazzjoni f'kejl Analitiku. Editjat Michael Thompson, Steven L R Ellison, Ales Fajgelj, Paul Willetts u Roger Wood, Pure Appl. Chem., 1999, 71, 337 - 348.

4. ISO/AOAC/IUPAC Protokoll Internazzjonali Armonizzat għall-Ittestjar tal-Profiċjenza ta' Laboratorji Analitiċi (Kimiċi), Editjat minn M Thompson u R Wood, Pure Appl. Chem., 1993, 65, 2123 - 2144 (Ukoll ippublikat fi J. AOAC International, 1993, 76, 926).

5. ISO/AOAC/IUPAC Linji Gwida Internazzjonali Armonizzati għall-Kontroll Intern ta' Kwalità f'Laboratorji Analitiċi Kimiċi, Editjat minn M Thompson u R Wood, Pure Appl. Chem., 1995, 67, 649 - 666.

--------------------------------------------------