32004E0487



Official Journal L 162 , 30/04/2004 P. 0116 - 0117


Pożizzjoni komuni tal-kunsill 2004/487/CFSP(Il-Politika Komuni Barranija u s-Sigurtà)

tad-29 ta' April 2004

li tirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1) Fit-22 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta l-UNSCR 1521 (2003) li rrevediet id-determinazzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà għall-azzjoni skond il-Kapitolu VII billi ttemm il-miżuri ddikjarati fl-UNSCR 1343 (2001) u riżoluzzjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha, u tidddikjara miżuri restrittivi rriveduti li jridu jiġu imposti kontra l-Liberja.

(2) Fil-10 ta' Frar 2004, il-Kunsill adotta l-Posizzjoni Komuni 2004/137/CFSP [1] li tirrigwarda miżuri restrittivi kontra l-Liberja.

(3) Fit-12 ta' Marzu 2004, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta l-UNSCR 1532 (2004), li imponiet konġelament fuq il-fondi, l-attivi finanzjarji l-oħra u r-riżorsi ekonomiċi ppossjeduti jew ikkontrollati, direttament jew indirettament minn Charles Taylor, Jewell Howard Taylor, u Charles Taylor, Jr, u/jew individwi oħra nnominati mill-Kumitat stabbilit skond l-UNSCR 1521 (2003), inklużi l-fondi, l-attivi finanzjarji l-oħra u r-riżorsi ekonomiċi miżmuma mill-entitajiet ippossjedutri jew ikkontrollati. direttament jew indirettament, minn kull wieħed minnhom jew minn kull persuna taġixxi f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom kif innominati mill-Kumitat stabbilit skond il-UNSCR 1521.

(4) Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU esprima l-intenzjoni tiegħu li jikkunsidra jekk iridx jagħmel disponibbli lill-gvern tal-Liberja l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kkonġelati skond il-UNSCR 1532 (2004), ġaladarba dan il-Gvern stabbilixxa mekkaniżmu trasparenti tal-kontabbiltà u tal-verifika għalbiex jiżgura l-użu responsabbli tad-dħul tal-gvern għall-benefiċċju dirett tal-poplu tal-Liberja.

(5) L-azzjoni tal-Komunità hija meħtieġa sabiex timplimenta ċerti miżuri,

ADOTTA DIN IL-POSIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

1. Taħt il-kondizzjonijiet iddikjarati fl-UNSCR 1532 (2004), għandhom jiġu kkonġelati l-fondi kollha u r-riżorsi ekonomiċi ppossjeduti jew ikkontrolati, direttament jew indirettament, minn dak li qabel kien il-President tal-Liberja Charles Taylor, il-membri immedjati tal-familja tiegħu, b'mod partikolari Jewell Howard Taylor u Charles Taylor, Jr, l-uffiċjali anzjani tar-reġim ta' qabel ta' Taylor u kull persuna naturali, assoċjata magħhom, il-fondi, l-attivi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi miżmuma mill-entitajiet ippossjeduti jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn kull wieħed minnhom jew minn kull persuna li taġixxi f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif innominati mill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 21 ta' l-UNSCR 1521 (2003) ("il-Kumitat").

2. L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jintgħamlu disponibbli direttament jew indirettament lill-persuni naturali jew legali, lill-entitajiet jew lill-korpi riferiti fil-paragrafu 1.

3. Jistgħu jintgħamlu eżenzjonijiet għall-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi li jkunu:

(a) meġħtieġa għall-ispejjeż bażiċi, inklużi l-ħlasijiet għall-oġġetti ta' l-ikel, il-kiri u l-ipoteki, il-mediċini u t-trattament mediku, it-taxxi, il-premiums ta' l-assigurazzjonijiet, u l-imposti fuq utilitajiet pubbliċi;

(b) b'mod esklussiv għall-ħlas tal-piżijiet professjonali raġjonevoli u r-rifużjoni ta' l-ispejjeż miġrura assoċjati mal-provvediment tas-servizzi legali;

(ċ) maħsauba b'mod esklussiv għall-ħlas tal-piżijiet jew ta' l-imposti fuq is-servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni tar-rutina tal-fondi jew tar-riżorsi ekonomiċi kkonġelati;

wara notifika mill-awtorità kompetenti rilevanti lill-Kumitat dwar l-intenzjoni li tawtorizza, meta approprjat, aċċess għal dawn il-fondi u riżorsi ekonomiċi u fl-assenza ta' deċiżjoni negattva mill-Kumitat fi żmien jumejn tax-xogħol ta' din in-notifika;

(d) meħtieġa għall-ispejjeż straordinarji, sakemm din id-determinazzjoni tkun ġiet innotifikata mill-awtorità kompetenti rilevanti lill-Kumitat u tkun ġiet approvata mill-Kumitat;

(e) is-suġġett ta' rahan jew sentenza ġudizzjali, amministrattiva jew arbitrali, f'liema każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw għalbiex jissodifaw dan ir-rahan jew sentenza sakemm dan ir-rahan jew sentenza jkunu ġew midħula għalihom qabel il-11 ta' Marzu 2004, ma jkunux għall-benefiċċju ta' persuna riferita fil-paragrafu 1 jew individwu jew entità identifikati mill-Kumitat, u jkunu ġew innotifikati mill-Awtorità kompetenti rilevanti lill-Kumitat.

4. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika b'żieda mal-kontijiet ikkonġelati ta':

(a) l-imgħax jew qligħ ieħor fuq dawn il-kontijiet; jew

(b) il-ħlasijiet mistħoqqa skond kuntratti, ftehimijiet jew obbligi li kienu ġew konklużi jew inħolqu qabel id-data li fiha dawn il-kontijiet saru bla ħsara għall-miżuri restrittivi,

sakemm kull imgħax minn dan jew qligħ ieħor jew ħlasijiet jissoktaw ikunu bla ħsara għall-paragrafu 1.

Artikolu 2

Din il-Posizzjoni Komuni għandha tidħol fl-effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Posizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Ufiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] ĠU L 40, tat-12.2.2004, p. 35.

--------------------------------------------------