32004E0293



Official Journal L 094 , 31/03/2004 P. 0065 - 0068


Pożizzjoni komuni tal-kunsill 2004/293/CFSP

tat-30 ta' Marzu 2004

li ġġedded il-miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall- ex Jugoslavja (TKIJ)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1) Fis-16 ta' April 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/280/CFSP b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (TKIJ) [1].

(2) Fis-27 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/484/CFSP [2] li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2003/280/CFSP billi tbiddel l-elenku ta' persuni stipulat fl-Anness tal-Pożizzjoni Komuni bl-elenku stipulat fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni.

(3) Pożizzjoni Komuni 2003/280/CFSP tiskadi fit-15 ta' April 2004.

(4) Persuni indikati mit-TKIJ għadhom liberi, u hemm xhieda li qed jiġu megħjuna fl-isforzi tagħhom biex ikomplu jaħirbu mill-ġustizzja.

(5) F'dan l-isfond, il-Kunsill jikkunsidra li meħtieġ li jġedded il-Pożizzjoni Komuni 2003/280/CFSP għal tnax-il xahar ieħor u biex jaġġorna l-elenku ta' ismijiet biex ikun soġġett għal din il-Pożizzjoni Komuni,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu li jidħlu fit-, jew li jgħaddu mit, territorji tagħhom il-persuni elenkati fl-Anness, li huma ingaġġati f'attivitajiet li jgħinu lil persuni li għadhom liberi biex jaħirbu mill-ġustizzja għall-krimini li t-TKIJ wera li wettqu jew inkella bl-istess mod qegħdin jaġixxu hekk li jistgħu jfixklu l-implimentazzjoni effettiva tat-TKIJ mill-mandat tiegħu.

2. Il-paragrafu 1 ma jobbligax Stat Membru li jċaħħad liċ-ċittadini tiegħu li jidħlu fit-territorju tiegħu.

3. Il-paragrafu 1 għandu mingħajr preġudizzju għal każi fejn Stat Membru jkun obbligat b'obbligu ta' liġi internazzjonali, jiġifieri:

(a) bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni interogovernattiva internazzjonali;

(b) bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqgħa minn, jew taħt l-awspiċi ta', in-Nazzjonijiet Uniti; jew

(ċ) skond ftehim multilaterali li jagħti privileġġi u immunitajiet.

Il-Kunsill għandu jkun mgħarraf kif inhu xieraq b'kull wieħed minn dawn il-każi.

4. Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika wkoll f'każi fejn Stat Membru jkun pajjiż li jospita l-Organizzazzjoni għas-Sigurta u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

5. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għar-raġuni ta' bżonn umanitarju urġenti, jew għal raġunijiet sabiex jattendi laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk ispirati mill-Unjoni Ewropea, fejn djalogu politiku jitmexxa hekk li jgħin direttament it-TKIJ fl-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu.

6. Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 għandu jgħarraf il-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni titqies li tkun ingħatat kemm-il darba wieħed jew aktar mill-Membri tal-Kunsill iqajjem oġġezzjoni bil-miktub fi żmien 48 siegħa minn meta jirċievi n-notifika ta' l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew aktar mill-membri tal-Kunsill iqajjem oġġezzjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

7. Fil-każi fejn skond il-paragrafi 3, 4, 5 u 6, Stat Membru jawtorizza lill-persuni elenkati fl-Anness biex jidħlu jew jgħaddu mit-territorju tiegħu, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-fini li għaliha tkun ingħatat u lill-persuni konċernati minnha.

Artikolu 2

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni, għandu jadotta modifiki għall-elenku misjub fl-Anness kif ikun meħtieġ.

Artikolu 3

Sabiex tkabbar kemm jista' jkun l-impatt tal-miżuri msemmija hawn fuq, l-Unjoni Ewropea għandha tinkoraġġixxi lill-Istati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk li jinsabu f'din il-Pożizzjoni Komuni.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' meta tkun adottata. Għandha tapplika għal perjodu ta' tnax-il xahar. Għandha tkun rivetuta kontinwament. Għandha tiġġedded, jew emendata kif ikun xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-finijiet tagħha ma jkunux intlaħqu.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Marzu 2004.

F'isem il-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] ĠU L 101, 23.04.03, p. 22.

[2] ĠU L 162, 01.07.03, p. 77.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 2(1)

1. BJELICA, Milovan

Data tat-twelid/Post tat-twelid: tad- 19.10.1958, Rogatica, Bosnja u Herzegovina, RFSJ

Passport Nru: 0000148 maħruġ fis- 26.7.1998 f'Srpsko Sarajevo

Karta ta' l-Identita nazzjonali Nru: 1910958130007

Psewdonomi: Cicko

Indirizz: Kumpannija CENTREK f'Pale

2. ECIM, Ljuban

Data tat-twelid/Post tat-twelid: tas- 6.1.1964, Sviljanac, Bosnja u Herzegovina, RFSJ.

Passport Nru: 0144290 maħruġ fil- 21.11.1998 f'Banja Luka. Data ta' meta jiskadi tal- 21.11.2003.

KI: 601964100083

Psewdonomi:

Indirizz: Ulica Stevana Mokranjca 26, Banja Luka, BiH

3. KARADZIC, Aleksandar

Data tat-twelid/Post tat-twelid: ta' l- 14.5.1973, Sarajevo Centar, Bosnja u Herzegovina, RFSJ

Passport Nru: 0036395. Jiskadi fit- 12.10.1998

Psewdonomi: Sasa

Indirizz:

4. KARADZIC, Ljiljana (isimha xebba: ZELEN)

Data tat-twelid/Post tat-twelid: tas-27.11.1945, Sarajevo Centar, Bosnja u Herzegovina, RFSJ

Bint Vojo u Anka

Passaport/Karta ta' l-Identita Nru:

Psewdonomi:

Indirizz:

5. KOJIC, Radomir

Data tat-twelid/Post tat-twelid: tat- 23.11.1950, Bijela Voda, Sokolac Canton, Bosnja u Herzegovina, RFSJ

Iben Milanko u Zlatana

Passaport/KI: Passaport 4742002 maħruġ fl-2002 f'Sarajevo. Data ta' meta jiskadi 2007.

ID 03DYA1935. Maħruġ fis-7 ta' Lulju 2003 f'Sarajevo.

Psewdonomi: Mineur jew Ratko

Indirizz: 115 Trifka Grabeza, Pale jew Hotel KRISTAL, Jahorina

6. KOVAC, Tomislav

Data tat-twelid/Post tat-twelid: ta' l- 4.12.1959, Sarajevo, Bosnua u Herzegovina, RFSJ

Iben Vaso

KI Nru: 412959171315

Psewdonomi: Tomo

Indirizz: Bijela, Montenegro; u Pale, Bosnja u Herzegovina

7. KRASIC, Petar

Data tat-twelid/Post tat-twelid:

Passaport/KI Nru:

Psewdonomi:

Indirizz:

8. KUJUNDZIC, Predrag

Data tat-twelid/Post tat-twelid: tat- 30.1.1961, Suho Pole, Doboj, Bosnja u Herzegovina, RFSJ

Iben Vasilija

KI Nru: 30011961120044

Psewdonomu: Predo

Indirizz: Doboj, Bosnja u Herzegovina

9. LUKOVIC, Milorad Ulemek

Data tat-twelid/Post tat-twelid: tal- 15.5.1968, Belgrad, is-Serbja, RFSJ

Passaport/KI Nru:

Psewdonomi: Legija (KI falsifikata bħala IVANIC, Zeljko)

Indirizz: mhux maqbud

10. MANDIC, Momcilo

Data tat-twelid/Post tat-twelid: ta' l- 1.5.1954, Kalinovik, Bosnja u Herzegovina, RFSJ

Passaport Nru 0121391 maħruġ fit- 12.5.1999 f'Srpsko Sarajevo, Bosnja u Herzegovina

Karta ta' l-Identita nazzjonali Nru: JMB 0105954171511

Psewdonomi: Momo

Indirizz: GITROS Discotheque f'Pale

11. MICEVIC, Jelenko

Data tat-twelid/Post tat-twelid: tat-8.8.1947, Borci qrib Konjic, Bosnja u Herzegovina, RFSJ

Iben Luka u Desanka, isimha xebba: Simic

Passaport Nr/KI Nru:

Psewdonomi: Filaret

Indirizz: Monasteru ta' Milesevo, Serbja u Montenegro

12. RATIC, Branko

Data tat-twelid/Post tat-twelid: tas- 26.11.1957, MIHALJEVCI SL POZEGA, Bosnja u Herzegovina, RDSJ

Passport Nru: 0442022 maħruġ fis- 17.9.1999 f'Banja Luka. Data ta' meta jiskadi tas- 17.9.2003.

KI Nru: 2611957173132

Psewdonomi:

Indirizz: Ulica Krfska 42, Banja Luka, Bosnja u Herzegovina

13. ROGULJIC, Slavko

Data tat-twelid/Post tat-twelid: tal- 15.5.1952, SRPSKA CRNJA HETIN, is-Serbja, RFSJ

Passaport Nru/DI Nru: Passaport validu 3747158 maħruġ fit- 12.4.2002 f'Banja Luka. Data ta' meta jiskadi: tat- 12.4.2007. Passaport mhux validu 0020222 maħruġ fil- 25.8.1988 f'Banja Luka. Data ta' meta jiskadi: tal- 25.8.2003

KI Nru: 1505952103022. Żewġ ulied fuq il-KI

Psewdonomi:

Indirizz: 21 Vojvode Misica, Laktasi, Bosnja u Herzegovina

14. VRACAR, Milenko

Data tat-twelid/Post tat-twelid: tal- 15.5.1956, Nisavici, Prijedor, Bosnja u Herzegovina, RFSJ

Passaport Nru/KI Nru: Passaport validu 3965548 maħruġ fid- 29.8.2002 f'Banja Luka. Data ta' meta jiskadi: tad- 29.8.2007. Passaporti mhux validi 0280280 maħruġa fl- 4.12.1999 f'Banja Luka (data ta' meta jiskadi fl- 4.12.2004) u 0062130 maħruġ fis- 16.9.1998 f'Banja Luka (data ta' meta jiskadi fis- 16.9.2003)

Psewdonomi:

Indirizz: 14 Save Ljuboje, Banja Luka, Bosnja u Herzegovina.

--------------------------------------------------