Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/924/PESK tat- 22 ta' Novembru 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar l-istatus u l-attivitajiet tal-Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt fil-Ġeorġja, EUJUST THEMIS
Official Journal L 389 , 30/12/2004 P. 0041 - 0041
Official Journal L 153 , 07/06/2006 P. 0407 - 0407
Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/924/PESK tat- 22 ta' Novembru 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar l-istatus u l-attivitajiet tal-Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt fil-Ġeorġja, EUJUST THEMIS IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza, Billi: (1) Fit- 28 ta' Ġunju 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/523/PESK dwar il-Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt fil-Ġeorġja, EUJUST THEMIS. [1] (2) L-Artikolu 7 ta' l-Azzjoni Konġunta jipprovdi li l-istatus tal-persunal ta' EUJUST THEMIS fil-Ġeorġja, inklużi fejn xieraq il-privileġġi, l-immunitajiet u l-garanziji ulterjuri meħtieġa għall-ikkompletar u l-funzjonament mingħajr xkiel ta' EUJUST THEMIS għandhom jiġu miftehma skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. (3) Wara l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill tat- 28 ta' Ġunju 2004 mogħtija lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, li jassisti lill-Presidenza, biex jiftaħ in-negozjati f'ismu, is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli innegozja ftehim mal-Gvern tal-Ġeorġja dwar l-istatus u l-attivitajiet ta' EUJUST THEMIS. (4) Minkejja l-Artikolu 10 (4) tal-ftehim, l-akkwist ta' merkanzija u servizzi minn EUJUST THEMIS għandu jkun konformi mal-prinċipji ta' trasparenza, proporzjonalità, trattament ugwali u non-diskriminazzjoni. (5) Il-ftehim għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar l-istatus u l-attivitajiet tal-Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt fil-Ġeorġja, EUJUST THEMIS, qiegħed hawn jiġi approvat f'isem l-Unjoni Ewropea. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jinnomina l-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex jorbtu lill-Unjoni Ewropea. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol b'effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil–Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, nhar it- 22 ta' Novembru 2004. Għall-Kunsill Il-President B. R. Bot [1] ĠU L 228, 29.6.2004, p. 21. -------------------------------------------------- Ftehim Bejn l-unjoni ewropea u l-ġeorġja Dwar l-istatus u l-attivitajiet Tal-missjoni ta’ L-unjoni ewropea dwar l-istat tad-dritt fil-ġeorġja, EUJUST THEMIS L-UNJONI EWROPEA, minn issa "l quddiem imsejħa l-"UE", fuq naħa waħda, u l-ĠEORĠJA, minn issa 'l quddiem imsejħa l-"Parti Ospitanti", fuq in-naħa l-oħra, Flimkien minn issa 'l quddiem imsejħa l-"Partijiet", Wara li qiesu: (1) l-ittra mill-Prim Ministru Zhvania tal-Parti Ospitanti bid-data tat- 3 ta’ Ġunju 2004, li tistieden lill-UE biex tagħti bidu għal missjoni ta’ l-Istat tad-Dritt u li tipprevedi arranġamenti xierqa bejn il-Gvern tal-Parti Ospitanti u l-UE, (2) it-tweġiba tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta' Sigurta' Komuni bid-data tat- 30 ta' Ġunju 2004 fejn jilqa' l-istedina, (3) l-adozzjoni mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea fit- 28 ta’ Ġunju 2004 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2004/523/PESK dwar il-Missjoni ta’ l-Istat tad-Dritt ta’ l-UE EUJUST THEMIS fil-Parti Ospitanti, (4) it-tul ta’ żmien tal-EUJUST THEMIS, li mistenni jdum 12-il-xahar, (5) il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Parti Ospitanti u l-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, iffirmat fit- 22 ta’ April 1996, li fih disposizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni fi kwestjonijiet relatati mad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, (6) li l-għan tal-privileġġi u l-immunitajiet kif previsti f’dan il-Ftehim mhumiex għall-benefiċċju ta’ individwi iżda biex jiżguraw it-twettiq effiċjenti tal-Missjoni ta' l-UE, QABLU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet 1. Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u kwalunkwe obbligazzjoni li tittieħed mill-Parti Ospitanti jew kwalunkwe privileġġ, immunità, faċilità jew konċessjoni mogħtija lill-EUJUST THEMIS jew lill-persunal tal-EUJUST THEMIS għandhom japplikaw biss fit-territorju tal-Parti Ospitanti. 2. Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) "EUJUST THEMIS" tfisser il-Missjoni ta’ l-Istat tad-Dritt ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Parti Ospitanti stabbilita mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Azzjoni Konġunta 2004/523/PESK bid-data tat- 28 ta' Ġunju 2004, inklużi l-komponenti, il-kwartieri ġenerali u l-persunal tagħha impenjat fit-territorju tal-Parti Ospitanti u assenjat lill-EUJUST THEMIS. (b) "Kap tal-Missjoni" tfisser il-Kap tal-Missjoni tal-EUJUST THEMIS, maħtur mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea. (c) "Persunal tal-EUJUST THEMIS" tfisser il-Kap tal-Missjoni, il-persunal assekondat mill-Istati Membri ta’ l-UE u mill-istituzzjonijiet ta’ l-UE, u persunal internazzjonali reklutat mill-EUJUST THEMIS fuq bażi kontrattwali impenjat għat-tħejjija, l-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-Missjoni, u m' għandux jinkludi kuntratturi kummerċjali jew persunal lokali. (d) "Kwartieri ġenerali" tfisser il-kwartieri ġenerali tal-EUJUST THEMIS f’Tbilisi. (e) "Stat li Jibgħat" tfisser kwalunkwe Stat Membru ta’ l-UE li ssekonda persunal lill-EUJUST THEMIS. (f) "Stabbilimenti" tfisser kull bini, faċilitajiet u art meħtieġa biex jitmexxew l-attivitajiet tal-EUJUST THEMIS, kif ukoll għall-akkomodazzjoni tal-persunal tal-EUJUST THEMIS. Artikolu 2 Disposizzjonijiet ġenerali 1. Il-EUJUST THEMIS u l-persunal tal-EUJUST THEMIS għandhom jirrispettaw il-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti Ospitanti u għandhom iżommu lura minn kwalunkwe azzjoni jew attività li mhix kompatibbli man-natura imparzjali u internazzjonali tad-dmirijiet tagħhom jew li mhix konsistenti mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. 2. Il-EUJUST THEMIS għandha tkun awtonoma fir-rigward ta’ l-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tagħha taħt dan il-Ftehim. Il-Parti Ospitanti għandha tirrispetta n-natura unitarja u internazzjonali tal-EUJUST THEMIS. 3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jinnotifika lill-Gvern tal-Parti Ospitanti bil-post fejn jinsabu l-Kwartieri Ġenerali tagħha. 4. Il-Kap tal-Missjoni għandu jinforma regolarment, u b’mod opportun, lill-Gvern tal-Parti Ospitanti dwar in-numru, l-ismijiet, u n-nazzjonalitajiet tal-persunal tal-EUJUST THEMIS stazzjonat fit-territorju tal-Parti Ospitanti, permezz tal-preżentazzjoni ta’ lista ta’ notifika lill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tal-Parti Ospitanti. Artikolu 3 Identifikazzjoni 1. Il-persunal tal-EUJUST THEMIS għandu jiġi pprovdut b’karta ta' identità tal-EUJUST THEMIS u identifikat permezz tagħha, li trid tinġarr minnhom b'mod obbligatorju l-ħin kollu. L-awtoritajiet rilevanti tal-Parti Ospitanti għandhom jiġu pprovduti b’kampjun ta’ karta ta’ identifikazzjoni tal-EUJUST THEMIS. 2. Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tal-Parti Ospitanti għandu jipprovdi cards diplomatiċi lill-persunal tal-EUJUST THEMIS skond l-istatus tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 6. 3. Il-EUJUST THEMIS għandha tingħata l-permess turi l-bandiera ta’ l-UE fil-kwartieri ġenerali tagħha u fi bnadi oħra, waħedha jew flimkien mal-bandiera tal-Parti Ospitanti, skond kif deċiż mill-Kap tal-Missjoni. Artikolu 4 Qsim tal-fruntieri, moviment, u preżenza fit-territorju tal-parti ospitanti 1. Il-persunal tal-EUJUST THEMIS u l-assi u l-mezzi ta’ trasport tal-EUJUST THEMIS għandhom jaqsmu l-fruntiera tal-Parti Ospitanti f’postijiet uffiċjali ta’ qsim tal-fruntiera u permezz tar-rotot internazzjoniali fissi ta’ l-ajru. 2. Il-Parti Ospitanti għandha tiffaċilita d-dħul ġewwa u t-tluq mit-territorju tal-Parti Ospitanti għall-EUJUST THEMIS u għall-persunal tal-EUJUST THEMIS. Ħlief għall-kontroll tal-passaport fid-dħul ġewwa u t-tluq mit-territorju tal-Parti Ospitanti, il-persunal tal-EUJUST THEMIS, li jkollu card diplomatika, għandu jkun eżenti minn regolamenti dwar il-passaport, viżi u immigrazzjoni u kwalunkwe forma ta" spezzjoni ta’ immigrazzjoni. 3. Il-persunal tal-EUJUST THEMIS għandu jkun eżenti mir-regolamenti tal-Parti Ospitanti li jirregolaw ir-reġistrazzjoni u l-kontroll tal-barranin, iżda m' għandux jiġi kkunsidrat li jikseb kwalunkwe dritt għal residenza jew domiċilju permanenti fit-territorju tal-Parti Ospitanti. 4. Għall-assi u mezzi ta’ trasport tal-EUJUST THEMIS li jidħlu, jgħaddu minn jew joħorġu mit-territorju tal-Parti Ospitanti bħala appoġġ għall-Missjoni, l-EUJUST THEMIS għandha tipprovdi ċertifikat ta’ eżenzjoni akkumpanjat b'inventarju. Dawn għandhom ikunu eżenti minn kwalunkwe dokumentazzjoni oħra tad-dwana. Kopja taċ-ċertifikat għandha tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti mad-dħul ġewwa jew ħruġ mill-Parti Ospitanti. Il-EUJUST THEMIS u l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Ospitanti għandhom jiftehmu dwar il-format taċ-ċertifikat. 5. Fir-rigward tal-ħtiġiet ta' liċenzji u reġistrazzjoni għall-vetturi u inġenji ta' l-ajru ta' appoġġ għall-Missjoni, għandhom jiġu konklużi arranġamenti supplimentari, jekk meħtieġ, kif imsemmija fl-Artikolu 16. 6. Il-persunal tal-EUJUST THEMIS jista’ jsuq vetturi b’mutur fit-territorju tal-Parti Ospitanti bil-kondizzjoni li jkollhom liċenzja nazzjonali tas-sewqan valida. Il-Parti Ospitanti għandha taċċetta bħala validi, mingħajr taxxa jew ħlas, liċenzji tas-sewqan jew permessi maħruġa lill-EUJUST THEMIS. 7. Il-EUJUST THEMIS u l-persunal tal-EUJUST THEMIS flimkien mal-vetturi, inġenji ta’ l-ajru jew kwalunkwe mezz ta’ trasport ieħor, tagħmir u provvisti tagħhom, għandhom igawdu minn moviment liberu u bla restrizzjonijiet fit-territorju kollu tal-Parti Ospitanti, inkluż l-ispazju ta’ l-ajru tagħha. Jekk ikun hemm il-ħtieġa, jistgħu jiġu konklużi arranġamenti tekniċi skond l-Artikolu 16. 8. Għall-għan tal-Missjoni, il-persunal tal-EUJUST THEMIS, u l-persunal lokali impjegat mill-EUJUST THEMIS meta jivvjaġġaw fuq dmirijiet uffiċjali, jistgħu jużaw toroq, pontijiet u ajruporti mingħajr ma jħallsu dazji, onorarji, ħlas impost għall-użu tagħhom, taxxi jew piżijiet oħra, ħlief meta jkunu jirrappreżentaw ħlas għal servizzi speċifiċi li jkunu ngħataw. Artikolu 5 Immunitajiet u privileġġi tal-eujust themis 1. Il-EUJUST THEMIS għandha tingħata l-istatus ekwivalenti għal dak ta’ missjoni diplomatika taħt il-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi tat- 18 ta’ April 1961, hawn iżjed il-quddiem imsemmija "il-Konvenzjoni ta' Vjenna". 2. Il-EUJUST THEMIS, il-proprjetà, il-fondi u l-assi tagħha għandhom igawdu minn immunità mill-ġurisdizzjoni kriminali, ċivili u amministrattiva tal-Parti Ospitanti, f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Vjenna. 3. L-istabbilimenti tal-EUJUST THEMIS għandhom ikunu invjolabbli. L-aġenti tal-Parti Ospitanti ma għandhom fl-ebda ħin jidħlu fihom ħlief bil-kunsens tal-Kap tal-Missjoni. 4. L-istabbilimenti tal-EUJUST THEMIS, it-tagħmir tagħhom u assi oħra ta' ġo fihom kif ukoll il-mezzi ta’ trasport tagħhom għandhom ikunu ħielsa minn tfittxija, rekwiżizzjoni, rbit jew eżekuzzjoni. 5. L-arkivji u d-dokumenti tal-EUJUST THEMIS għandhom ikunu invjolabbli f’kull ħin. 6. Il-korrispondenza tal-EUJUST THEMIS għandha tingħata status ekwivalenti għal dak ta’ korrispondenza uffiċjali mogħti taħt il-Konvenzjoni ta’ Vjenna. 7. Il-Parti Ospitanti għandha tippermetti d-dħul ta’ oġġetti għall-EUJUST THEMIS u tagħti eżenzjoni mid-dazji tad-dwana, taxxi u piżijiet relatati kollha għajr mill-piżijiet għall-ħażna, ġarr u servizzi simili. 8. Il-EUJUST THEMIS għandha tkun eżenti mill-ħlasijiet, taxxi jew piżijiet ta’ natura simili kollha kemm nazzjonali kif ukoll muniċipali għal merkanzija u servizzi importati u fir-rigward ta’ l-istabbilimenti tagħha, bil-kondizzjoni li dawn huma maħsuba għall-għanijiet tal-EUJUST THEMIS. Għal merkanzija u servizzi miksuba fis-suq domestiku b’appalt, bil-kondizzjoni li dawn huma maħsuba għall-għanijiet tal-EUJUST THEMIS, il-EUJUST THEMIS għandha jew tkun eżenti minn, jew inkella rimborsata l-flus mill-Parti Ospitanti tal-ħlasijiet, taxxi, inkluża l-VAT, u piżijiet ta’ natura simili kollha kemm nazzjonali kif ukoll muniċipali, skond il-liġijiet tal-Parti Ospitanti. Artikolu 6 Immunitajiet u privileġġi tal-persunal tal-eujust themis 1. Il-persunal tal-EUJUST THEMIS għandu jingħata l-privileġġi u l-immunitajiet kollha ekwivalenti għal dawk ta’ l-aġenti diplomatiċi mogħtija taħt il-Konvenzjoni ta’ Vjenna, għal-liema l-Istati Membri ta’ l-UE għandu jkollhom il-prijorità ta’ ġurisdizzjoni. Dawn il-privileġġi u l-immunitajiet għandhom jingħataw lil dan il-persunal tal-EUJUST THEMIS waqt il-missjoni tagħhom, u minn hemm 'l quddiem, fir-rigward ta’ atti uffiċjali mwettqa qabel fl-eżerċizzju tal-missjoni tagħhom. 2. Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ta’ l-UE għandu, bil-kunsens espliċitu ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat li Jibgħat, ineħħi l-immunità li jgawdi minnha l-persunal tal-EUJUST THEMIS fejn tali immunità tkun tostakola l-kors tal-ġustizzja u tista’ titneħħa mingħajr preġudizzju għall-interessi ta’ l-UE. 3. Il-persunal tal-EUJUST THEMIS għandu jkollu d-dritt li jimporta bla dazju jew restrizzjonijiet oħra affarijiet meħtieġa għall-użu personali tiegħu, u jesporta tali affarijiet. Il-persunal tal-EUJUST THEMIS għandu jkollu d-dritt jixtri bla dazju jew restrizzjonijiet kwantitattivi affarijiet meħtieġa għall-użu personali tiegħu, u jesporta tali affarijiet; għal merkanzija u servizzi miksuba fis-suq domestiku, il-persunal tal-EUJUST THEMIS għandu jkun eżenti mill-VAT u t-taxxi skond il-liġijiet tal-Parti Ospitanti. 4. Il-persunal tal-EUJUST THEMIS għandu jkunu eżenti minn ħlasijiet u taxxi fil-Parti Ospitanti fuq emolumenti u salarji li jirċievi minħabba l-impjieg tiegħu.Fejn l-inċidenza ta' kwalunkwe forma ta' tassazzjoni tiddependi fuq residenza, il-perijodi li matulhom l-persunal huwa sekondat lill-EUJUST THEMIS u l-impjegati internazzjonali reklutati fuq bażi kontrattwali mill-Missjoni ta' l-UE huma preżenti fil-Parti Ospitanti għall-qadi ta' dmirijiethom m' għandhomx jitqiesu bħala perijodi ta' residenza. Artikolu 7 Persunal lokali impjegat mill-eujust themis Il-persunal lokali impjegat mill-EUJUST THEMIS li huwa ċittadin ta’ jew residenti permanenti fil-Parti Ospitanti għandu jgawdi minn status ekwivalenti għal dak li jgawdu minnu, skond il-Konvenzjoni ta’ Vjenna, il-persunal impjegat lokalment f'missjonijiet diplomatiċi fil-Parti Ospitanti. Artikolu 8 Sigurtà 1. Il-Parti Ospitanti, permezz tal-kapaċitajiet tagħha stess, għandha tassumi responsabbiltà sħiħa għas-sigurtà tal-persunal tal-EUJUST THEMIS. 2. Għal dak il-għan, il-Parti Ospitanti għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-protezzjoni, sigurezza u sigurtà tal-EUJUST THEMIS u tal-persunal tal-EUJUST THEMIS. Kwalunkwe disposizzjoni speċifika, proposta mill-Parti Ospitanti, għandha tiġi miftiehma mal-Kap tal-Missjoni qabel ma tiġi implimentata. Il-Parti Ospitanti għandha tippermetti u ssostni bla kwalunkwe ħlas attivitajiet relatati ma’ l-evakwazzjoni medika tal-persunal tal-EUJUST THEMIS. Jekk meħtieġ, arranġamenti supplementari għandhom jiġu konklużi kif imsemmi fl-Artikolu 16. Artikolu 9 Kooperazzjoni u aċċess għal informazzjoni 1. Il-Parti Ospitanti għandha tipprovdi kooperazzjoni sħiħa u sostenn għall-EUJUST THEMIS u għall-persunal tal-EUJUST THEMIS. 2. Jekk mitlub u meħtieġ għat-twettiq tal-missjoni tal-EUJUST THEMIS, il-Parti Ospitanti għandha tipprovdi lill-persunal tal-EUJUST THEMIS b’aċċess effettiv għal: - bini, faċilitajiet, postijiet u vetturi uffiċjali taħt il-kontroll tal-Parti Ospitanti; - dokumenti, materjal u informazzjoni taħt il-kontroll tagħha rilevanti għall-mandat tal-EUJUST THEMIS. Jekk meħtieġ, għandhom jiġu konklużi arranġamenti supplimentari kif imsemmija fl-Artikolu 16. 3. Il-Kap tal-Missjoni u l-Parti Ospitanti għandhom jikkonsultaw lil xulxin regolarment u jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw kollegament mill-qrib u reċiproku f' kull livell xieraq. Artikolu 10 Appoġġ mill-parti ospitanti u kuntrattar 1. Il-Parti Ospitanti taqbel li, jekk mitlub mill-EUJUST THEMIS, tgħin biex jinstabu stabbilimenti adegwati. 2. Jekk meħtieġ u disponibbli, stabbilimenti ta’ proprjetà tal-Parti Ospitanti għandhom jiġu pprovduti mingħajr ħlas. 3. Skond il-mezzi u l-kapaċitajiet tagħha, l-Parti Ospitanti għandha tgħin u ssostni l-preparazzjoni, l-istabbiliment, it-twettiq u l-appoġġ tal-Missjoni, inklużi ko-lokalizzazzjoni ta' stabbilimenti u tagħmir għall-esperti tal-EUJUST THEMIS. 4. Il-EURJUST THEMIS għandha tagħmel kull sforz possibbli biex tikkuntratta lokalment servizzi, merkanziji u persunal, skond il-ħtiġiet tal-Missjoni. Artikolu 11 Il-persunal mejjet tal-eujust themis 5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkollu d-dritt li jieħu f’idejh u jagħmel arranġamenti xierqa għar-ripatrijazzjoni ta’ kwalunkwe membru mejjet tal-persunal tal-EUJUST THEMIS, kif ukoll ta' kwalunkwe proprjetà personali tiegħu/tagħha. 6. M' għandhom isiru l-ebda awtopsji fuq il-membri mejtin tal-EUJUST THEMIS mingħajr il-kunsens ta’ l-Istat li Jibgħat jew, fil-kas ta’ l-impjegati internazzjonali, ta’ l-Istat ta’ nazzjonalità tiegħu/tagħha, u l-preżenza ta’ rappreżentant tal-EUJUST THEMIS u/jew l-Istat konċernat. Artikolu 12 Komunikazzjonijiet Il-EUJUST THEMIS għandha tgawdi d-dritt għal komunikazzjoni mhux ristretta bir-radju (inkluż radju satellita, mobbli jew li żżomm f’idejk), telefon, telegrafu, faksimile u mezzi oħra. Artikolu 13 Pretensjonijiet għal mewt, korriment, ħsara jew telf 1. L-Istati Membri jew l-Istituzzjonijiet ta' l-UE, m' għandhomx ikunu obbligati jħallsu lura pretensjonijiet li jinħolqu minn attivitajiet f’konnessjoni ma’ rvellijiet ċivili, protezzjoni tal-Missjoni ta' l-UE jew tal-persunal tagħha jew li jirriżultaw mill-esekuzzjoni tal-Missjoni. 2. Kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ karattru ta' dritt ċivili, inklużi pretensjonijiet ta’ persunal impjegat lokalment mill-EUJUST THEMIS, li tagħha l-Missjoni jew kwalunkwe Membru tagħha jagħmel parti u li fuqha l-qrati tal-Parti Ospitanti m' għandhomx ġurisdizzjoni minħabba kwalunkwe disposizzjoni tal-Ftehim preżenti, għandha tiġi preżentata lill-Kap tal-Missjoni permezz ta’ l-awtoritajiet tal-Parti Ospitanti u għandha tiġi trattata b’arranġamenti separati, kif imsemmi fl-Artikolu 16, li bih għandhom jiġu stabbiliti proċeduri għad-deċiżjoni dwar u għall-indirizzar ta’ pretensjonijiet. Id-deċiżjoni dwar pretensjoni għandha sseħħ wara kunsens preċedenti ta’ l-Istat konċernat. Artikolu 14 Tilwim 1. Il-kwestjonijiet kollha li jinħolqu f’konnessjoni ma’ l-applikazzjoni ta’ dan il-ftehim għandhom jiġu diskussi minn Grupp Konġunt ta’ Koordinazzjoni. Dan il-Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-EUJUST THEMIS u l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Ospitanti. 2. F’nuqqas ta’ kwalunkwe deċiżjoni minn qabel, tilwim fir-rigward ta’ l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandu jiġi deċiż bejn il-Parti Ospitanti u rappreżentanti ta’ l-UE b’mezzi diplomatiċi. Artikolu 15 Disposizzjonijiet oħra 1. Kull meta dan il-Ftehim jirreferi għall-immunitajiet, privileġġi u drittijiet tal-EUJUST THEMIS u tal-persunal tal-EUJUST THEMIS, il-Gvern tal-Parti Ospitanti għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni u t-twettiq ta’ tali immunitajiet, privileġġi u drittijiet permezz ta’ l-awtoritajiet lokali xierqa tal-Parti Ospitanti. 2. Xejn f' dan il-Ftehim ma huwa intiż jew għandu jiftiehem li jikkostitwixxi deroga minn kwalunkwe dritt li minnu jgawdi, skond ftehim oħra, Stat Membru ta’ l-UE jew kwalunkwe Stat ieħor li jikkontribwixxi għall-EUJUST THEMIS jew għall-persunal tagħha. Artikolu 16 Arranġamenti supplementari Il-Kap tal-Missjoni u l-awtoritajiet amministrattivi tal-Parti Ospitanti għandhom jikkonkludu tali arranġamenti supplementari kif jista’ jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Artikolu 17 Dħul fis-seħħ u tmiem 1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ hekk kif ikun hemm notifika bil-miktub mill-Partijiet li hemm konformità mal-ħtiġiet interni għad-dħul fis-seħħ. 2. Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat abbażi ta’ ftehim reċiproku bil-miktub bejn il-Partijiet. Tali emendi għandhom jidħlu fis-seħħ hekk kif ikun hemm notifika bil-miktub mill-Partijiet li hemm konformità mal-ħtiġiet interni għad-dħul fis-seħħ. 3. Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ sat-tluq finali tal-EUJUST THEMIS jew tal-persunal kollu tagħha. 4. Dan il-Ftehim jista’ jiġi ddenunzjat b’notifika bil-miktub lill-Parti l-oħra. Id-denunzja għandha tidħol b’effett 60 jum wara li l-Parti l-oħra tirċievi n-notifika tad-denunzja. 5. It-tmiem jew d-denunzja ta' dan il-Ftehim m' għandhomx jaffettwaw kwalunkwe drittijiet jew obbligi li jinħolqu mill-eżekuzzjoni tal-Ftehim preżenti qabel it-tmiem jew denunzja tiegħu. Magħmul fi fi f’żewġ oriġinali bl-Ingliż. Għall-Unjoni Ewropea +++++ TIFF +++++ Għall-Ġeorġja +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------