14.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
247 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-29 ta' Diċembru 2004
li temenda d-Deċiżjonijiet 2003/746/KE u 2003/848/KE fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lil xi Stati Membri għall-programmi tagħhom tal-qerda u l-monitoraġġ ta' l-EST għall-2004
(innotifikata fid-dokument bin-numru K(2004) 5396
(2004/922/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 24 (5) u (6) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/746/KE ta' l-14 ta' Ottubru 2003 dwar il-lista ta' programmi għall-qerda u għall-monitoraġġ ta' ċertu ESTs li jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fl-2004 (2), telenka l-programmi ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri għall-monitoraġġ ta' l-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (EST) li jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fl-2004. Dik id-Deċiżjoni tistipula wkoll ir-rata proposta u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni għal kull programm. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/848/KE tat-28 ta' Novembru 2003 li tapprova l-programmi ta' qerda u monitoraġġ ta' l-EST ta' l-Istati Membri u ta' ċerti Stati Membri ta' l-Adeżjoni għall-2004 u li tistabbilixxi l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja (3), tapprova l-programmi elenkati fid-Deċiżjoni 2003/746/KE u tistipula l-ammonti massimi għall-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2003/848/KE tipprevedi rapporti dwar il-progress li għandhom jintbagħtu kull xahar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Analiżi ta' dawn ir-rapporti wriet li xi uħud mill-Istati Membri mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa għall-2004, filwaqt li oħrajn se jonfqu aktar mill-ammont allokat. |
(4) |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal xi uħud minn dawn il-programmi għandha għalhekk tiġi aġġustata. Huwa xieraq illi jerga' jiġi allokat il-finanzjament mill-programmi ta' l-Istati Membri li mhumiex qed jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom għal dawk tal-pajjiżi li qed jaqbżuha. L-allokazzjoni mill-ġdid trid tissejjes fuq l-aktar informazzjoni riċenti dwar in-nefqa reali ta' l-Istati Membri kkonċernati. |
(5) |
Id-Deċiżjonijiet 2003/746/KE u 2003/848/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan. |
(6) |
Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il- Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2003/746/KE hija emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni Nru 2003/848/KE hija emendata kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 4(2), “EUR 745 000” tinbidel b'“EUR 383 000”; |
2. |
Fl-Artikolu 6(2), “EUR 21 733 000” tinbidel b'“EUR 24 735 000”; |
3. |
Fl-Artikolu 8(2), “EUR 6 283 000” tinbidel b'“EUR 6 401 000”; |
4. |
Fl-Artikolu 10(2), “EUR 4 028 000” tinbidel b'“EUR 4 346 000”; |
5. |
Fl-Artikolu 11(2), “EUR 1 675 000” tinbidel b'“EUR 1 789 000”; |
6. |
Fl-Artikolu 12(2), “EUR 1 012 000” tinbidel b'“EUR 1 177 000”; |
7. |
Fl-Artikolu 15(2), “EUR 7 726 000” tinbidel b'“EUR 4 269 000”; |
8. |
Fl-Artikolu 17(2), “EUR 103 000” tinbidel b'“EUR 159 000”; |
9. |
Fl-Artikolu 19(2), “EUR 353 000” tinbidel b'“EUR 399 000”; |
10. |
Fl-Artikolu 21(2), “EUR 5 000” tinbidel b'“EUR 1 000”; |
11. |
Fl-Artikolu 22(2), “EUR 755 000” tinbidel b'“EUR 927 000”; |
12. |
Fl-Artikolu 24(2), “EUR 435 000” tinbidel b'“EUR 573 000”; |
13. |
Fl-Artikolu 25(2), “EUR 1 160 000” tinbidel b'“EUR 3 014 000”; |
14. |
Fl-Artikolu 26(2), “EUR 490 000” tinbidel b'“EUR 1 006 000”; |
15. |
Fl-Artikolu 27(2), “EUR 3 210 000” tinbidel b'“EUR 671 000”; |
16. |
Fl-Artikolu 28(2), “EUR 675 000” tinbidel b'“EUR 704 000”; |
17. |
Fl-Artikolu 29(2), “EUR 30 000” tinbidel b'“EUR 5 000”; |
18. |
Fl-Artikolu 30(2), “EUR 255 000” tinbidel b'“EUR 275 000”; |
19. |
Fl-Artikolu 31(2), “EUR 5 000” tinbidel b'“EUR 3 000”; |
20. |
Fl-Artikolu 32(2), “EUR 5 000” tinbidel b'“EUR 34 000”; |
21. |
Fl-Artikolu 33(2), “EUR 7 460 000” tinbidel b'“EUR 6 652 000”; |
22. |
Fl-Artikolu 34(2), “EUR 740 000” tinbidel b'“EUR 1 360 000”; |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, fid-29 ta' Diċembru 2004.
Ghall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, tat-18.9.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).
(2) ĠU L 269, tal-21.10.2003, p. 24.
(3) ĠU L 322, tad-9.12.2003, p. 11.
ANNESS
L-Anness I u II tad- Deċiżjoni 2003/746/KE jinbidlu b'dan li ġej:
ANNESS I
Lista ta' programmi għall-monitoraġġ ta' l-EST
-Rata u Ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità-
Marda |
Stati Membri |
Persentaġġ ta' xiri tal-kitts għat-testijiet |
Ammont massimu (f' EUR) |
EST |
Il-Belġju |
100 % |
3 351 000 |
Id-Danimarka |
100 % |
2 351 000 |
|
Il-Ġermanja |
100 % |
15 611 000 |
|
Il-Greċja |
100 % |
383 000 |
|
Spanja |
100 % |
4 854 000 |
|
Franza |
100 % |
24 735 000 |
|
L-Irlanda |
100 % |
5 386 000 |
|
L-Italja |
100 % |
6 401 000 |
|
Il-Lussemburgu |
100 % |
158 000 |
|
L-Olanda |
100 % |
4 346 000 |
|
L-Awstrija |
100 % |
1 789 000 |
|
Il-Portugall |
100 % |
1 177 000 |
|
Il-Finlandja |
100 % |
1 060 000 |
|
L-Isvezja |
100 % |
358 000 |
|
Ir-Renju Unit |
100 % |
4 269 000 |
|
|
Ċipru |
100 % |
144 000 |
L-Estonja |
100 % |
159 000 |
|
Malta |
100 % |
37 000 |
|
Is-Slovenja |
100 % |
399 000 |
|
Total |
76 968 000 |
ANNESS II
Lista ta' programmi għall-qerda ta' l-iScrapie
-Ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità-
Marda |
Stati Membri |
Rata |
Ammont massimu (f' EUR) |
Scrapie |
Id-Danimarka |
50 % qtil (culling), 100 % ġenotipar |
1 000 |
Il-Ġermanja |
50 % qtil, 100 % ġenotipar |
450 000 |
|
Il-Greċja |
50 % qtil, 100 % ġenotipar |
927 000 |
|
Spanja |
50 % qtil, 100 % ġenotipar |
573 000 |
|
Franza |
50 % qtil, 100 % ġenotipar |
3 014 000 |
|
L-Irlanda |
50 % qtil, 100 % ġenotipar |
1 006 000 |
|
L-Italja |
50 % qtil, 100 % ġenotipar |
671 000 |
|
L-Olanda |
50 % qtil, 100 % ġenotipar |
704 000 |
|
L-Awstrija |
50 % qtil, 100 % ġenotipar |
5 000 |
|
Il-Portugall |
50 % qtil, 100 % ġenotipar |
275 000 |
|
Il-Finlandja |
50 % qtil, 100 % ġenotipar |
3 000 |
|
L-Isvezja |
50 % qtil, 100 % ġenotipar |
34 000 |
|
Ir-Renju Unit |
50 % qtil, 100 % ġenotipar |
6 652 000 |
|
|
Ċipru |
50 % qtil, 100 % ġenotipar |
1 360 000 |
Total |
15 675 000 " |