14.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

124


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-14 ta' Diċembru 2004

li tistipula linji ta' gwida għan-notifika ta' prodotti perikolużi tal-konsumatur lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri mill-produtturi u d-distributuri, skond l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/95/KE

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4772)

(Test b'rilevanza ŻEE)

(2004/905/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodott (1), u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat mwaqqaf mill-Artikolu 15 tad-Direttiva 2001/95/KE,

Billi:

(1)

Direttiva 2001/95/KE tistabbilixxi fl-Artikolu 5(3) li produtturi u distributuri għandhom jinfurmaw l-awtoritajiet kompetenti jekk huma jafu jew għandhom ikunu jafu, abbażi ta' l-informazzjoni fil-pussess tagħhom u bħala professjonisti, li prodott li huma poġġew fis-suq huwa perikoluż skond it-tifsiriet u l-kriterji tad-Direttiva.

(2)

Anness I(2) għad-Direttiva 2001/95/KE jeħtieġ il-Kummissjoni, assistita minn Kumitat ta' rappreżentanti ta' l-Istati Membri, tfisser il-kontenut u tagħmel il-formola standard għan-notifika dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-produtturi u d-distibuturi lilll-awtoritijiet kompetenti nazzjonali fuq prodotti li ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet ġenerali tas-sigurtà, filwaqt li jiżguraw l-effettività u l-funzjonar tas-sistema ta' notifika. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, possibilment f'forma ta' gwida, kriterji sempliċi u ċari biex jiddeterminaw il-kondizzjonijiet speċjali, partikolarment dawk li jikkonċernaw ċirkostanzi jew prodotti iżolati, li għaliha notifika m'hijiex rilevanti.

(3)

L-obbligu li l-awtoritajiet ikunu nfurmati dwar prodotti perikolużi huwa element importanit għal sorveljanza aħjar tas-suq peress illi jippermetti l-awtoritajiet kompetenti jimmoniterjaw jekk il-kumpanniji ħadux il-miżuri neċessarji biex jindirizzaw ir-riskji maħluqa minn prodott li diġà tpoġġa fis-suq u biex jordnaw jew jieħdu miżuri addizzjonali jekk meħtieġ biex jiġu evitati r-riskji.

(4)

Sabiex jiġi evitat piż sproporzjonat fuq il-produtturi, distributuri u l-awtoritajiet kompetenti u biex tiġi faċilitata l-applikazzjoni effettiva ta' dan l-obbligu huwa xieraq illi jiġi stabbilit, minbarra formola standard, linji ta' gwida ta' operazzjoni dwar il-kriterji ta' notifika l-iżjed rilevanti kif ukoll aspetti prattiċi ta' notifika, li ser jiġu ppreżentati b'mod parikolari sabiex produtturi u distributuri ikunu assistiti fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/95/KE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni b'din qed tadotta linji ta' gwida għan-notifika ta' prodotti perikolużi għall-konsumatur mill-produtturi u d-distributuri lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, skond il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/95/KE.

Dawn il-linji ta' gwida huma mniżżla fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fl-14 ta' Dicembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, tal-15.01.2002, p. 4.


ANNESS

Linji ta' gwida għan-notifikazzjoni ta' prodotti perikolużi għall-konsumatur lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-istati membri mill-produtturi u d-distributuri skond l-artikolu 5(3) tad-direttiva 2001/95/KE

1.   DAĦLA

1.1.   L-Isfond u l-għanijiet tal-linji ta' gwida

Id-Direttiva Ġenerali dwar is-Sigurtà tal-Prodott (DĠSP) għandha l-għan li tiżgura li l-prodotti mhux edibbli li jintużaw mill-konsumatur li jitpoġġew fis-suq ta' l-UE ma jkunux ta' periklu. Din fiha rabta biex il-produtturi u d-distributuri jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti kull tagħrif fuq ir-riżultati u l-miżuri dwar prodotti li jkunu perikolużi.

Id-DĠSP tagħti mandat lill-Kummissjoni, li tkun megħjuna mill-Kumitat tal-DĠSP ta' l-Istati Membri, biex tfassal gwida li tkun tiddefinixxi kriterji ħfief u ċari li jħaffu l-applikazzjoni effettiva ta' din ir-rabta. Barra minn hekk, il-gwida għandha tħaffef ix-xogħol ta' l-operaturi ekonomiċi u ta' l-awtoritajiet kompetenti billi tiddefinixxi l-kundizzjonijiet partikolari, l-aktar ċirkostanzi jew prodotti waħdanija, li għal dawn ma tkun meħtieġa l-ebda notifikazzjoni. Il-gwida għandha wkoll tiddefinixxi l-kontenut waqt li tistabbilixxi l-formola bażika li l-produtturi u d-distributuri għandhom jużaw għan-notifikazzjonijiet li huma jibagħtu lill-awtoritajiet.

B'mod partikolari l-Kummissjoni hija responsabbli biex tiżgura l-effettività u t-tħaddim xieraq tal-proċedura tan-notifikazzjoni.

L-għanijiet ta' dawn il-linji ta' gwida għalhekk huma biex:

a)

mill-punt ta' l-operat jiċċaraw l-għan ta' l-obbligi tal-produtturi u d-distributuri b'tali mod li t-tagħrif rilevanti biss għall-immaniġġjar tar-riskju jiġi nnotifikat, waqt li kull tagħrif żejjed ikun evitat;

b)

issir referenza għall-kriterji rilevanti biex ikun applikat il-kunċett ta' “prodotti perikolużi”;

c)

jipprovdu kriterji biex ikunu identifikati ċ-“ċirkostanzi jew prodotti iżolati” li għalihom ma tkun meħtieġa l-ebda notifikazzjoni;

d)

jiddefinixxu l-kontenut tan-notifikazzjonijiet, l-aktar it-tagħrif u d-data meħtieġa, u l-għamla li għandha tintuża;

e)

jidentifikaw għal min u kif in-notifikazzjoni għandha tintbagħat;

f)

jiddefinixxu l-azzjoni ta' ssuktar li l-Istati Membri li jirċievu notifikazzjoni għandhom jieħdu kif ukoll it-tagħrif li dawn għandhom jingħataw fuq dan l-issuktar.

1.2.   L-Istat u żviluppi oħrajn tal-linji ta' gwida

L-Istat

Dawn huma linji ta' gwida ta' l-operat. Dawn il-linji ta' gwida ġew adottati mill-Kummissjoni, wara li kienu saru konsultazzjonijiet ma' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat tal-DĠSP li jaġixxi skond il-proċedura konsultattiva.

Għalhekk, dawn jirrappreżentaw id-dokument tar-referenza għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-DĠSP b'rabta man-notifikazzjoni ta' prodotti li huma perikolużi għall-konsumatur li l-produtturi u d-distributuri għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri.

Żviluppi oħrajn

Dawn il-linji ta' gwida jeħtieġ jiġu adattati fid-dawl ta' l-esperjenza u żviluppi ġodda. Il-Kummissjoni taġġornahom jew temendahom kif meħtieġ, b'konsultazzjoni mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 15 tad-DĠSP.

1.3.   Lil min huma indirizzati dawn il-linji ta' gwida

Dawn il-linji ta' gwida huma indirizzati lill-Istati Membri. Dawn għandhom jintużaw biex jiggwidaw lill-produtturi u d-distributuri tal-prodotti tal-konsumtur kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali magħżula bħala punti ta' kuntatt biex jirċievu t-tagħrif mill-produtturi u d-distributuri; dan biex tkun żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-kriterju tan-notifikazzjoni in kwistjoni.

2.   TAQSIRA TAD-DISPOŻIZZJONIJIET FID-dĠsp FUQ IN-NOTIFIKAZZJONI MILL-PRODUTTURI U D-DISTRIBUTURI

2.1.   L-Obbligu li jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri

Taħt id-DĠSP il-produtturi u d-distributuri għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti dwar jekk dawn ikunux jafu jew għandhomx ikunu jafu, fuq il-bażi tat-tagħrif li dawn ikollhom fil-pussess tagħhom u bħala professjonisti, li prodott li huma jkunu poġġew fis-suq ikunx perikoluż (skond id-definizzjonijiet u l-kriterji tad-Direttiva).

Ċirkostanzi jew prodotti “waħdanija” mhumiex inklużi fl-obbligu tan-notifika.

Il-produtturi u d-distributuri jistgħu jagħtu lill-awtoritajiet tagħrif preliminari fuq ir-riskju potenzjali ta' prodott hekk kif dawn isiru jafu bih. B'dan it-tagħrif l-awtoritajiet jistgħu jgħinu lill-produtturi u d-distributuri biex dawn iwettqu l-obbligu tagħhom tan-notifikazzjoni b'mod korrett. Barra minn hekk, dawn qed ikunu inkuraġġiti biex jikkuntattjaw lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom jekk ikollhom xi dubju dwar jekk ikunx jeżisti tabilħaqq ir-riskju ta' prodott.

2.2.   Ir-raġuni u l-għanijiet għad-dispożizzjoni fuq in-notifikazzjoni

L-obbligu li dawn jgħarrfu lill-awtoritajiet dwar prodotti perikolużi huwa element importanti biex ikun hemm sorveljanza tas-suq u immaniġġjar tar-riskju aħjar.

Il-produtturi u d-distributuri, fil-limiti tal-ħidmiet rispettivi tagħhom, huma l-ewwelnett responsabbli biex jevitaw kull riskju li jkun ġej minn prodotti perikolużi. Mandankollu, il-produtturi u d-distributuri jistgħu ma jkunux ħadu (jew ma jkunux f'pożizzjoni li jieħdu) il-miżuri kollha meħtieġa. Barra minn hekk, prodotti oħrajn ta' l-istess tip jista' jkollhom riskji li jixbhu lil dawk marbuta mal-prodotti kkunsidrati.

L-għan tal-proċedura tan-notifikazzjoni huwa li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jimmonitorjaw jekk il-kumpaniji jkunux ħadu tabilħaqq il-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw ir-riskji li jkunu ġew minn prodott li jkun tpoġġa diġà fis-suq kif ukoll biex dawn jordnaw jew jieħdu miżuri oħrajn jekk ikun meħtieġ biex ikunu evitati dawn ir-riskji. In-notifikazzjoni tippermetti wkoll li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jagħmlu valutazzjoni dwar jekk dawn għandhomx jivverifikaw prodotti simili oħra li jkun hemm fis-suq. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirċievu tagħrif adegwat biex ikunu jistgħu jagħmlu valutazzjoni jekk l-operatur ekonomiku ikunx ħa miżuri adekwati b'rabta ma' prodott perikoluż. F'dan id-dawl għandu jkun innutat li d-DĠSP tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jagħmlu talba għal tagħrif addizzjonali jekk ikunu jħossu li mhumiex kapaċi jagħmlu valutazzjoni dwar jekk kumpanija tkunx ħadet il-miżuri meħtieġa dwar prodott perikoluż.

3.   IL-KRITERJI TAN-NOTIFIKAZZJONI

3.1.   L-Għan

L-ewwel kriterju għan-notifikazzjoni taħt id-DĠSP huwa li prodott għandu jkun fl-għan ta' din id-Direttiva u li l-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(3) jintlaħqu.

Għandu jkun innutat li kriterji separati għan-notifikazzjoni ta' prodotti edibbli perikolużi kienu twaqqfu bil-liġi ta' l-ikel ta' l-UE (Regolament Nru KE/178/2002 (1).

Jekk il-leġislazzjoni settorjali tal-Komunità fuq is-sigurtà tal-prodott twaqqaf obbligi tan-notifikazzjoni li jkollhom l-istess għanijiet, dawn jeskludu l-applikabbiltà ta' l-obbligu tad-DĠSP għall-kategoriji ta' prodotti li jkunu koperti bil-kriterji settorjali. Għal aktar tagħrif fuq ir-relazzjoni bejn il-proċeduri tan-notifikazzjoni u l-għanijiet tagħhom, jekk jogħġbok ara d-“Dokument Gwida fuq ir-Relazzjoni bejn id-DĠSP u Ċerti Direttivi tas-Settur.”  (2) Dan id-dokument se jiġi żviluppat aktar, b'mod partikolari jekk fid-dawl ta' l-esperjenza ikun hemm xi koinċidenza jew inċertezza dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 5(3) tad-DĠSP kif ukoll dwar kull tagħrif settorjali rilevanti jew kriterji tan-notifikazzjoni li jkun hemm fil-leġislazzjoni speċifika tal-Komunità.

Barra minn hekk, tajjeb li wieħed jinnota li dawn il-linji ta' gwida mhumiex rilevanti għal, u ma joħolqu l-ebda indħil fl-applikazzjoni tal-kriterji dwar “il-klawsoli ta' salvagwardja” u fi proċeduri oħrajn ta' notifikazzjoni stabbiliti bil-leġislazzjoni vertikali tal-Komunità fuq is-sigurtà tal-prodott.

Kriterji importanti għan-notifikazzjoni huma:

il-prodott fl-iskop ta' l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva: prodott maħsub għal jew li x'aktarx se jintuża mill-konsumaturi (inkluż fil-kuntest ta' għoti ta' servizz jew prodotti użati);

l-Artikolu 5 tad-Direttiva huwa applikabbli (jiġifieri, l-ebda obbligu speċifiku simili m'huwa stabbilit b'leġislazzjoni oħra tal-Komunità, cf. l-Artikolu 1(2)(b) DĠSP);

il-prodott huwa fis-suq;

il-produttur jew id-distributur ikollu xhieda (mill-immonitorjar tas-sigurtà tal-prodotti fis-suq, mill-ittestjar, mill-kontroll tal-kwalità jew minn għejjun oħra) li l-prodott huwa perikolu kif iddefinit bid-DĠSP (dan ma jkunx jilħaq il-kriterju tas-sigurtà ġenerali, waqt li jitqiesu l-kriterji tas-sigurtà tad-DĠSP) jew inkella ma jkunx jilħaq il-kriterji tas-sigurtà tal-leġislazzjoni settorjali tal-Komunità rilevanti li tgħodd għall-prodott ikkunsidrat;

għalhekk, ir-riskji huma tali li l-prodott jista' ma jibqax fis-suq u l-produtturi (u d-distributuri) ikollhom l-obbligu li jieħdu azzjoni preventiva u korrettiva xierqa (billi jimmodifikaw il-prodott, twissijiet, tneħħija, sejħat lura, eċċ. kif ukoll skond iċ-ċirkostanzi speċifiċi).

3.2.   Il-Kriterju tas-sigurtà ġenerali u l-kriterji tal-konformità

Il-produtturi u d-distributuri għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jekk prodott li huma jkunu poġġew fis-suq ikollux riskju għall-konsumaturi “li ma jkunx kumpatibbli mal-kriterju tas-sigurtà ġenerali”. Il-produtturi huma obbligati li jpoġġu fis-suq prodotti “mhux perikolużi” biss. L-Artikolu 2(b) jiddefinixxi prodott mhux perikoluż bħala wieħed li taħt kundizzjonijiet ta' użu normali jew raġonevoli li huma previġġenti, inkluż iż-żmien u, fejn jgħodd, il-kriterji tat-tpoġġija fis-servizz, l-installazzjoni u ż-żamma tiegħu, dan ma jkun jippreżenta l-ebda periklu jew li inkella jkun jippreżenta biss ir-riskji minimi lu jkunu kumpatibbli ma' l-użu tal-prodott u li jkunu meqjusa bħala aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli ta' ħarsien tas-sigurtà u s-saħħa tal-persuni, waqt li jitqiesu b'mod speċjali l-punti li ġejjin:

(i)

il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi il-kompożizzjoni, l-ippakkjar, l-istruzzjonijiet għat-twaħħil tiegħu u, fejn jgħodd, għall-installazzjoni u ż-żamma tiegħu;

(ii)

l-effett fuq prodotti oħra, fejn ikun jidher b'mod raġonevoli li dan se jintuża ma' prodotti oħrajn;

(iii)

il-preżentazzjoni tal-prodott, l-ittikkettjar, it-twissjiet u l-istruzzjonijiet kollha għall-użu u d-disponiment tiegħu u kull indikazzjoni oħra jew tagħrif ieħor dwar il-prodott;

(iv)

il-kategoriji tal-konsumaturi li jkunu f'riskju meta jintuża l-prodott, l-aktar it-tfal u l-anzjani.

Il-flessibbiltà li jinkisbu livelli ogħla ta' sigurtà jew id-disponibbiltà ta' prodotti oħrajn li jkunu jippreżentaw grad inqas ta' riskju m'għandhiex issawwar raġunijiet biex il-prodott jitqies “perikoluż”.

Kull prodott li ma jilħaqx din id-definizzjoni għandu jitqies perikoluż (l-Artikolu 2(ċ), fi kliem ieħor, prodott ikun “perikoluż” meta dan ma jkunx jilħaq il-kriterju tas-sigurtà ġenerali (il-prodotti li jkun hemm fis-suq għandhom ikunu bla periklu).

L-Artikolu 3 tad-DĠSP jiddeskrivi kif il-konformità għandha tkun eżaminata b'referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali, l-istandards Ewropej u materjal ta' referenza ieħor. Fejn ma jkunx hemm standards Ewropej adattati, id-DĠSP għandha tippermetti elementi oħrajn biex jitqiesu fil-valutazzjoni tas-sigurtà ta' prodott: standards nazzjonali, kodiċi ta' prattika tajba, eċċ.

F'żieda ma' dawn t'hawn fuq, id-Direttiva tirreferi wkoll għal riskju serju, li huwa ddefinit fl-Artikolu 2(d) bħala “kull riskju serju, inklużi dawk li l-effetti tagħhom ma jkunux immedjati, li jkunu jeħtieġu intervent rapidu mill-awtoritajiet pubbliċi.”

Minkejja dan, id-Direttiva tagħraf li l-flessibbiltà li jinkisbu livelli ogħla ta' sigurtà jew id-disponibbiltà ta' prodotti oħrajn li jkollhom grad inqas ta' riskju ma ssawwarx raġunijiet biex prodott jitqies bħala “perikoluż”.

Il-livell ta' riskju jista' jiddependi fuq numru ta' fatturi, bħalma huma per eżempju t-tip u l-vulnerabbiltà ta' l-utent u sa fejn il-produttur ikun ħa miżuri ta' prekawzjoni kontra l-periklu u kemm ikun wissa lill-utent. Qed jitqies li dawn il-fatturi għandhom ikunu kkunsidrati wkoll biex jiġi stabbilit il-livell ta' riskju meqjus bħala perikoluż u biex il-produtturi javżaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar dan.

Riskju jista' jkun ir-riżultat ta' żball tal-manifattura jew tal-produzzjoni jew inkella jista' jkun ġej minħabba d-disinn ta' jew mill-materjali użati fil-prodott. Riskju jista' jiġi wkoll mill-kontenut, it-tiswir, it-tlestija, l-ippakkjar, twissijiet jew struzzjonijiet tal-prodott.

Biex ikun stabbilit jekk prodott huwiex perikoluż taħt it-termini tad-DĠSP għandhom jiġu eżaminati diversi punti: l-utilità tal-prodott, in-natura tar-riskju, il-gruppi tal-popolazzjoni esposti, l-esperjenza ta' qabel ma' prodotti simili, eċċ. Prodott mhux perikoluż m'għandu jkollu l-ebda riskju jew inkella jkun jippreżenta biss l-inqas riskju li jkun kumpatibbli ma' l-użu tal-prodott u meħtieġ biex ikun żgurat l-operat bżonnjuż tal-prodott.

Il-produtturi huma mistennija li jwettqu l-valutazzjoni ta' riskju tal-prodotti tagħhom qabel ma dawn jitpoġġew fis-suq. Dan se jifforma kemm il-bażi tal-konklużjoni tagħhom li l-prodott jilħaq l-obbligu tas-sigurtà ġenerali u li dan jista' jitpoġġa fis-suq, kif ukoll se jipprovdi referenza għal valutazzjoni mill-ġdid sussegwenti dwar tagħrif ieħor ta' riskju u jekk il-prodott ikomplix jilħaq id-definizzjoni ta' “prodott mhux perikoluż” jew jekk ikunx meħtieġ li ssir in-notifikazzjoni.

Jekk il-produtturi jew id-distributuri isiru konxji mit-tagħrif jew xhieda ġdida li prodott jista' jkun perikoluż, dawn għandhom jistabbilixxu jekk dan it-tagħrif iwassalx għall-konklużjoni li l-prodott huwa fil-fatt perikoluż.

Il-gwida msemmija f'dan id-dokument kienet żviluppata għal-“Linji ta' gwida għat-tmexxija tas-Sistema ta' Tagħrif Rapidu tal-Komunità (RAPEX) u għan-notifikazzjonijiet ppreżentati skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/95/KE”. (3) Din qed tiġi ppreżentata hawn biex tgħin lill-produtturi jew id-distributuri biex jiddeċiedu jekk sitwazzjoni speċifika kkawżata minn prodott tal-konsumatur tkunx tiġġustifika li tintbagħat notifikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti. Din tippreżenta qafas metodoloġiku maħsub biex imexxi 'l quddiem il-konsistenza u ma jqisx il-fatturi kollha possibbli, iżda għandu jħaffef ġudizzji li jkunu konsistenti, irraġunati u professjonali fuq ir-riskji li jkunu ġejjin minn prodotti speċifiċi tal-konsumatur. Madankollu, jekk il-produtturi jew id-distributuri jqisu li huma jkollhom xhieda bbażata fuq kunsiderazzjonijiet differenti dwar il-ħtieġa għan-notifikazzjoni, dawn għandhom jagħmlu din in-notifikazzjoni.

Il-produtturi jew id-distributuri għandhom janalizzaw it-tagħrif miġbur u jiddeċiedu dwar jekk sitwazzjonijiet perikolużi partikolari għandhomx ikunu nnotifikati lill-awtoritajiet waqt li jqisu:

il-gravità ta' l-effett tal-periklu, skond il-qawwa u l-probabbiltà tal-ħsara tas-saħħa/sigurtà possibbli. Li l-qawwa u l-probabbiltà jingħaqdu flimkien iwassal biex tinkiseb il-valutazzjoni tal-gravità tar-riskju. L-eżattezza ta' din il-valutazzjoni tiddependi fuq il-kwalità tat-tagħrif disponibbli lill-produtturi jew lid-distributur.

Il-qawwa tal-ħsara għas-saħħa/sigurtà għal periklu partikolari għandha tkun dik li għaliha jkun hemm xhieda raġonevoli li l-ħsara għas-saħħa/sigurtà ikkawżata minn prodott tkun tista' sseħħ taħt użi mistennija. Dan jista' jkun l-agħar każ ta' ħsara għas-saħħa/sigurtà li jkun seħħ ma' prodotti simili.

Il-probabbiltà tal-ħsara għas-saħħa/sigurtà għal utenti normali li għandu esponiment li jikkorrispondi għall-użu maħsub jew irraġunat tal-prodott difettuż għandha titqies kif ukoll il-probabbiltà li l-prodott ikun jew jista' jsir difettuż.

Id-deċiżjoni dwar in-notifikazzjoni m'għandhiex tkun influwenzata min-numru ta' prodotti li jkun hemm fis-suq jew min-numru ta' nies li setgħu kienu milquta minn prodott perikoluż. Dawn il-fatturi jistgħu jitqiesu biex tittieħed deċiżjoni fuq it-tip ta' azzjoni li jeħtieġ tittieħed biex tissewwa l-problema.

il-fatturi li jolqtu l-livell tar-riskju bħat-tip ta' l-utent u, għall-adulti li ma jkunux vulnerabbli, jekk il-prodott ikollux twissijiet u salvagwardji tajba u jekk il-periklu ikunx ovvju biżżejjed.

Soċjetà taċċetta riskji ogħla f'ċerti ċirkostanzi (eż. bħalma huwa l-monitoraġġ), milli f'oħrajn (eż. bħalma huma l-ġugarelli tat-tfal). Huwa meqjus li fost il-fatturi importanti li jolqtu l-livell tar-riskju hemm il-vulnerabbiltà tat-tip ta' persuna affettwata u, għall-adulti li mhumiex vulnerabbli, l-għarfien dwar ir-riskju u l-possibbiltà li jittieħdu prekawzjonijiet kontrih.

It-tip ta' persuna li tuża prodott għandu jitqies sew. Jekk prodott x'aktarx ikun se jintuża minn nies li huma vulnerabbli (bħalma huma t-tfal, l-anzjani) il-livell ta' riskju li għandu jiġi nnotifikat għandu jkun stabbilit fuq livell aktar baxx.

Għal adulti li mhumiex vulnerabbli, il-livell tar-riskju li jkun għoli biżżejjed li jkun jeħtieġ notifikazzjoni għandu jiddependi fuq jekk il-periklu ikunx wieħed ovvju u meħtieġ għat-tħaddim tal-prodott u jekk il-manifattur ikunx ta attenzjoni biżżejjed biex jipprovdi salvagwardji u twissijiet, speċjalment jekk il-periklu ma jkunx wieħed ovvju.

L-Anness II jagħti aktar dettalji fuq l-istima tar-riskju u l-metodu tal-valutazzjoni ta' l-istima żviluppat għal-“Linji ta' gwida għall-immaniġġjar tas-Sistema ta' Tagħrif Rapidu tal-Komunità (RAPEX) u għan-notifikazzjonijiet ippreżentati skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/95/KE”. Metodi oħra jistgħu jkunu adattati u l-għażla tal-metodu tiddependi fuq ir-riżorsi u t-tagħrif li jkunu disponibbli.

Il-produtturi u d-distributuri għandhom ikunu inkuraġġiti biex jikkuntattjaw lill-awtoritajiet jekk ikollhom xhieda dwar problema potenzjali biex jiddiskutu jekk tkunx meħtieġa n-notifikazzjoni. L-awtoritajiet għandhom ikunu responsabbli biex jgħinuhom jilħqu b'mod korrett l-obbligu tan-notifikazzjoni tagħhom.

3.3.   Il-Kriterji biex ma jkunx hemm notifikazzjoni

Iċ-ċirkulazzjoni ta' tagħrif għandha titmexxa minn żewġ naħat: l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet. Il-proċedura tan-notifikazzjoni għandha jkollha x'taqsam biss ma' każijiet iġġustifikati waqt li jitqiesu l-kriterji msemmija fuq u waqt li jkun evitat li s-sistema tkun mgħobbija ż-żejjed b'notifikazzjonijiet li ma jkollhomx x'jaqsmu.

Biex ikun valutat jekk notifikazzjoni li ssir minn produtturi jew distributuri lill-awtoritajiet kompetenti tkunx waħda ġġustifikata, ikun tajjeb li jkun magħruf fuq liema termini notifikazzjoni ma tkunx meħtieġa.

L-għan huwa li tkun evitata l-proliferazzjoni possibbli ta' notifikazzjonijiet ta' miżuri, azzjonijiet jew deċiżjonijiet marbuta ma' “ċirkostanzi jew prodotti waħdanija” li ma jkunu jeħtieġu l-ebda verifika, monitoraġġ jew azzjoni mill-awtoritajiet u li ma jkunu jipprovdu l-ebda tagħrif ta' użu għall-valutazzjoni tar-riskju u l-protezzjoni tal-konsumatur. Dan jista' jiġri meta jkun ċar li r-riskju ikun marbut biss ma' numru limitat ta' prodotti identifikati tajjeb (jew mazzi), u l-produttur jew id-distributur ikollu xhieda biżżejjed biex jikkonkludi li r-riskju jkun ġie kkontrollat b'mod sħiħ u l-kawża tiegħu tkun tali li l-għerf ta' l-inċident ma jkunx jippreżenta tagħrif ta' użu lill-awtoritajiet (bħalma hu t-tħaddim ħażin ta' linja ta' produzzjoni, żbalji fl-immaniġġjar jew fl-ippakkjar, eċċ.).

Il-produtturi u d-distributuri m'għandhomx għalfejn jippreżentaw in-notifikazzjoni taħt id-DĠSP għal:

prodotti li ma jkunx fl-għan ta' l-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(a) tad-DĠSP bħalma huma: antikitajiet, prodotti mhux maħsuba għall-użu mill-konsumaturi u li x'aktarx mhumiex se jintużaw mill-konsumaturi, prodotti użati fornuti għat-tiswija;

prodotti li mhumiex fl-għan ta' l-Artikolu 5(3) tad-DĠSP bħalma huma: dawk koperti bil-proċeduri tan-notifikazzjoni speċifiċi ta' leġislazzjoni oħra tal-Komunità;

prodotti li għalihom il-manifattur kien kapaċi jieħu azzjoni korrettiva minnufih għall-oġġetti kollha kkonċernati. Id-difett huwa limitat għal oġġetti jew mazzi ta' oġġetti li jkunu ġew identifikati sew u li l-produttur ikun neħħa;

problemi marbuta mal-kwalità funzjonali tal-prodott, u mhux mas-sigurtà tiegħu;

problemi marbuta man-nuqqas ta' konformità mar-regoli applikabbli li ma jolqtux s-sigurtà b'tali mod li l-prodott ikun jista' jitqies bħala “perikoluż”;

meta l-produttur/distributur ikun jaf li l-awtoritajiet ikunu diġà mgħarrfa u jkollhom l-elementi meħtieġa kollha ta' tagħrif. L-aktar, jekk il-bejjiegħa bl-imnut jirċievu tagħrif fuq prodott perikoluż mill-produttur/distributur tagħhom jew minn organizzazzjoni professjonali li tkun qed ixxerred it-tagħrif pprovdut minn produttur/distributur, dawn m'għandhomx jgħarrfu lill-awtoritajiet jekk ikunu jafu li l-awtoritajiet ikunu diġà ġew mgħarrfa mill-produttur jew id-distributur.

4.   IL-PROĊEDURA TAN-NOTIFIKAZZJONI

4.1.   Min għandu jinnotifika

L-obbligu għan-notifikazzjoni japplika kemm għall-produtturi u għad-distributuri, fil-limiti tal-ħidmiet rispettivi tagħhom u fi proporzjon għar-responsabbiltajiet tagħhom.

Jista' jkun hemm dubji dwar minn għandu jkun l-ewwel li jagħti t-tagħrif. Minħabba dan ikun tajjeb għal kull min ikun involut fil-katina tal-provvista li jkunu diskussi l-arranġamenti prattiċi marbuta mar-responsabbiltà għan-notifikazzjoni qabel ma jkun hemm il-ħtieġa. Imbagħad jekk in-notifikazzjoni ssir meħtieġa, l-operaturi diversi jkunu jafu x'għandhom jagħmlu waqt li jkunu evitati notifikzzjonijiet doppji mhux meħtieġa. Barra minn hekk, il-kuntatt dirett bejn l-awtoritajiet u n-negozji huwa importanti ħafna jekk dawn ta' l-aħħar ikollhom dubji dwar it-twettiq ta' l-obbligu tan-notifikazzjoni tagħhom.

Jekk ikun l-ewwel il-manifattur jew l-importatur li jkollu xhieda li prodott ikun perikoluż, dawn għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u jgħaddu kopja tat-tagħrif lill-bejjiegħa bl-imnut u lid-distributuri. Distributur jew bejjiegħ bl-imnut li jirċievi tagħrif dwar prodott perikoluż minn manifattur jew importatur għandu jgħarraf lill-awtoritajiet sakemm dan ma jkunx jaf li l-awtorità nazzjonali tkun diġà ġiet mgħarrfa mill-produttur jew minn awtorità oħra.

Jekk ikunu l-bejjiegħa bl-imnut jew id-distributuri ta' prodott li jkollhom l-ewwel xhieda li dan ikun perikoluż, dawn għandhom jgħarrfu lill-awtorità nazzjonali kompetenti u jgħaddu kopja tat-tagħrif lill-manifattur jew l-importatur. Manifattur jew importatur li jirċievi tagħrif dwar prodott perikoluż minn bejjiegħ bl-imnut jew distributur għandu jtemm it-tagħrif pprovdut minnhom billi jgħaddi lill-awtorità(jiet) it-tagħrif kollu li huma jkollhom dwar il-prodott perikoluż, l-aktar l-identifikazzjoni ta' distributuri jew bejjiegħa bl-imnut oħra tal-prodott biex tkun żgurata t-traċċabbiltà tal-prodott.

Id-distributuri li jkollhom dubji dwar is-sigurtà ta' prodott jew jekk prodott perikoluż ikun jippreżenta “każ iżolat”, dawn għandhom jgħaddu lill-produttur it-tagħrif kollu li jkollhom. Dawn jistgħu jikkuntattjaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti għall-parir fuq kif għandhom jipproċedu.

Bosta sitwazzjonijiet ta' periklu jsiru magħrufa għall-produtturi bħala riżultat ta' valutazzjoni aggregata ta' komunikazzjonijiet individwali li diversi bejjiegħa bl-imnut jew distributuri jkunu rċevew. Il-produttur għandu r-responsabbiltà li jagħmel valutazzjoni tat-tagħrif biex ikun stabbilit l-oriġini eżatta tar-riskju possibbli u biex jieħu l-miżuri li jidhru li jkunu meħtieġa, inkluża n-notifikazzjoni ta' l-awtoritajiet.

Kumpanija għandha tassenja r-responsabbiltà għat-tagħrif li għandu jiġi nnotifikat lil xi ħadd li jkollu għarfien biżżejjed dwar il-prodott.

4.2.   Lil min għandha tiġi ppreżentata n-notifikazzjoni

Il-produtturi u d-distributuri huma mitluba mid-DĠSP biex jibagħtu n-notifikazzjonijiet tagħhom lill-awtoritajiet tas-sorveljanza/infurzar tas-suq ta' l-Istati Membri kollha fejn il-prodott ikun tpoġġa fis-suq jew fejn ikun ġie fornut mod ieħor lill-konsumaturi. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li tkun responsabbli biex tirċievi dawn in-notifikazzjonijiet. Lista ta' l-awtoritajiet magħżula għal dan qed tidher fuq is-sit ta' l-Internet tal-Kummissjoni.

L-Anness I tad-DĠSP jisħaq li t-tagħrif speċifikat fl-Artikolu 5(3) għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri fejn il-prodotti in kwistjoni jkunu tpoġġew fis-suq jew ikunu ġew fornuti mod ieħor lill-konsumaturi.

Madankollu, huwa mixtieq li jitnaqqas il-piż fuq il-produtturi u d-distributuri billi jiddaħħlu arranġamenti li jħaffu l-applikazzjoni prattika tal-kriterji in kwistjoni, waqt li jiżguraw li l-awtoritajiet kollha interessati jkunu mgħarrfa.

Għalhekk, il-produtturi u d-distributuri ikollhom l-għażla li jibagħtu t-tagħrif meħtieġ lill-awtorità ta' l-Istat Membru li fih dawn ikunu stabbiliti, jekk jintlaħqu waħda minn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet:

Ir-riskju jitiqies bħala “serju” mill-awtorità li tirċievi u din l-awtorità tiddeċiedi biex iddaħħal notifikazzjoni dwar il-prodott in kwistjoni taħt is-sistema RAPEX. F'dan il-każ, l-awtorità li tirċievi għandha tgħarraf minnufih lill-produttur jew distributur li jkun bagħat it-tagħrif tad-deċiżjoni tiegħu biex jgħarraf lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri l-oħra permezz tar-RAPEX.

Ir-riskju ma jitqiesx serju mill-awtorità li tirċievi, iżda din l-awtorità tkun ikkomunikat lill-produttur jew id-distributur li jkun bagħat it-tagħrif dwar il-ħsieb tiegħu li jgħaddi t-tagħrif lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri l-oħra (4) fejn, skond l-indikazzjonijiet tal-produttur jew id-distributur, il-prodott ikun tpoġġa fis-suq. F'dan il-każ, l-awtorità li tirċievi għandha tgħarraf lill-produttur jew lid-distributur mingħajr dewmien.

Il-produttur jew id-distributur li jgħarraf biss lill-awtorità tal-pajjiż fejn dan ikun stabbilit għandu dejjem jipprovdi lil din l-awtorità bit-tagħrif disponibbli dwar pajjiżi oħra fejn il-prodott ikun tpoġġa fis-suq.

Jekk l-awtoritajiet nazzjonali jikkonkludu jew jiksbu xhieda li prodott impoġġi fis-suq ikun wieħed perikoluż u dawn ma jkunux ġew mgħarrfa mill-produttur jew id-distributuri tiegħu, dawn għandhom jistħarrġu jekk u meta l-operaturi rilevanti kellhom javżaw u jiddeċiedu dwar azzjoni xierqa, inklużi sanzjonijiet possibbli.

4.3.   Kif tinnotifika

Kumpanija għandha tippreżenta notifikazzjoni billi timla l-formola ppreżentata fl-Anness I u billi tissottomettiha minnufih lill-awtorità(jiet) kompetenti rilevanti. L-operatur li jinnotifika għandu jipprovdi t-tagħrif meħtieġ fil-formola. Madankollu, l-ebda kumpanija m'għandha ddum biex tibgħat in-notifikazzjoni għaliex parti mit-tagħrif ma jkunx disponibbli.

Ikun tajjeb li l-formola tinqasam f'żewġ partijiet. L-ewwel parti għandha timtela mill-ewwel (Taqsimiet 1 sa 6) u t-tieni parti (Taqsima 7) għandha timtela meta t-tagħrif ikun inġabar (għandu jkun ipprovdut orarju biex jingħata t-tagħrif li jkun nieqes) u mbagħad biss meta jkun hemm sitwazzjoni ta' riskju serju. In-notifikazzjoni m'għandhiex iddum biex tintbagħat meta ċerti partijiet f'taqsima ma jkunux imtlew.

Id-DĠSP teħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu mgħarrfa minnufih. Għalhekk, kumpanija għandha tgħarrafhom minnufih, hekk kif it-tagħrif rilevanti jkun disponibbli, u f'kull każ fi żmien 10 ijiem (5) minħabba li din ikollha tagħrif rapportabbli, anke waqt li jkun għadu għaddej l-istħarriġ, li juri l-preżenza ta' prodott perikoluż. Meta jkun hemm riskju serju, il-kumpaniji huma meħtieġa jgħarrfu minnufih lill-awtorità(jiet) u sa mhux aktar tard minn tliet ijiem wara li dawn ikunu kisbu t-tagħrif notifikabbli.

F'każ ta' emerġenza, bħal meta tittieħed azzjoni immedjata minn kumpanija, il-kumpanija għandha tgħarraf lill-awtoritajiet minnufih u bl-iktar mezzi mgħaġġla.

5.   IL-KONTENUT TAN-NOTIFIKAZZJONIJIET

5.1.   L-isfond għan-notifikazzjonijiet (l-obbligu tal-monitoraġġ ta' wara t-tpoġġija fis-suq)

Barra l-obbligu li dawn ikunu konformi mal-kriterju tas-sigurtà ġenerali għall-prodotti tagħhom, il-produtturi u d-distributuri għandhom obbligu, bħala professjonisti u fil-limiti tal-ħidmiet tagħhom, li jiżguraw ssuktar tajjeb dwar is-sigurtà tal-prodotti li huma jfornu. L-obbligi għall-produtturi u d-distributuri stabbiliti bid-DĠSP, bħalma huma t-tagħrif għall-konsumaturi, il-monitoraġġ ta' wara t-tpoġġija fis-suq dwar ir-riskji ta' prodott, l-irtirar ta' prodotti perikolużi, eċċ, issemmew fuq. L-obbligi fuq il-produtturi jgħoddu għall-manifatturi, iżda wkoll għall-membri l-oħra kollha tal-katina tal-provvista li jistgħu jaffettwaw il-karatteristiċi tas-sigurtà ta' prodott.

Diversi tipi ta' xhieda jistgħu jsiru disponibbli għall-operaturi fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom ta' wara t-tpoġġija fis-suq. Dawn jistgħu jwasslu għal notifikazzjoni, bħalma huma u fost oħrajn:

rapporti jew tagħrif ieħor fuq inċidenti li jinvolvu l-prodotti tal-kumpanija;

ilmenti marbuta mas-sigurtà li dawn ikunu rċevew mill-konsumaturi, direttament jew permezz tad-distributuri jew ta' għaqdiet tal-konsumaturi;

talbiet ta' assigurazzjoni jew azzjonijiet legali li jikkonċernaw prodotti perikolużi;

nuqqas ta' konformità marbuta mas-sigurtà li jkun ġie rrappurtat permezz tal-proċeduri tal-kontroll tal-kwalità ta' kumpanija;

kull xhieda ta' nuqqas ta' konformità mal-kriterji tas-sigurtà li tinġieb għall-attenzjoni tal-kumpanija minn organizzazzjonijiet oħra bħalma huma l-awtoritajiet tas-sorveljanza, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur jew kumpaniji oħrajn;

tagħrif fuq żviluppi xjentifiċi rilevanti fuq is-sigurtà tal-prodott.

5.2.   Il-Formola tan-notifikazzjoni

It-tagħrif meħtieġ ġie kklassifikat taħt it-taqsimiet li ġejjin:

1.

Dettalji ta' l-Awtorità(jiet)/Kumpanija(i) li jirċievu l-formola tan-notifikazzjoni: il-persuna li tkun imliet il-formola hija mitluba li tidentifika l-awtorità(jiet) u l-kumpanija(i) li jirċievu n-notifikazzjoni.

2.

Dettalji tal-produtturi/distributuri (jekk differenti minn fuq) jew ta' dawk li jippreżentaw lilhom infushom bħala l-produttur billi jehmżu/juru isimhom jew il-marka kummerċjali fuq il-prodott jew, għall-prodotti maħduma barra l-UE, dettalji dwar il-kumpanija responsabbli mit-tpoġġija tal-prodott fis-suq ta' l-UE.

3.

Dettalji tal-prodott involut: identifikazzjoni preċiża tal-prodott hija meħtieġa, liema identifikazzjoni għandha tkun appoġġjata minn ritratti biex ma jkunx hemm taħwid.

4.

Dettalji tal-periklu (tip u natura) inklużi inċidenti u effetti fuq is-saħħa/sigurtà u l-konklużjonijiet ta' l-analiżi li tkun saret skond il-kriterji tan-notifikazzjoni.

5.

Dettalji ta' l-azzjonijiet korrettivi li jkunu ttieħdu jew li jkunu maħsuba li jnaqqsu jew ineħħu kompletament ir-riskju għall-konsumaturi, eż. is-sejħa lura jew it-tneħħija, il-modifikazzjoni, it-tagħrif lill-konsumaturi, eċċ.

6.

Dettalji tal-kumpanija(i) kollha li jkunu fil-katina tal-provvista li jkollhom prodotti milquta u referenza għan-numru approssimattiv ta' prodotti li jkunu f'negozji jew f'idejn il-konsumaturi (din it-taqsima tgħodd biss f'każijiet ta' riskju serju) (6).

F'każ ta' riskju serju, il-produtturi u d-distributuri huma meħtieġa jinkludu t-tagħrif rilevanti kollu disponibbli biex il-prodott ikun jista' jiġi traċċat. It-tagħrif meħtieġ għat-Taqsima 7 tal-formola tan-notifikazzjoni (ara l-Anness I) jista' jieħu żmien itwal mit-Taqsimiet l-oħra biex jinġabar. Dan għaliex jista' jkun meħtieġ li dan ikollu jinġabar minn organizzazzjonijiet differenti. Il-kumpaniji għandhom jimlew u jibagħtu t-Taqsimiet 1 sa 6 kenmm jista' jkun malajr u jibagħtu t-Taqsima 7 hekk kif it-tagħrif ikun disponibbli u f'każ ta' riskju serju biss.

6.   L-ISSUKTAR TAN-NOTIFIKAZZJONIJIET

Wara li tkun intbagħtet notifikazzjoni, diversi żviluppi huma possibbli. L-aktar:

l-awtorità li tkun irċeviet in-notifikazzjoni għandha, jekk ikun xieraq, twieġeb billi titlob għal tagħrif addizzjonali jew inkella titlob lill-produttur jew id-distributur biex jieħdu azzjonijiet jew miżuri oħra;

il-produtturi jew id-distributuri jista' jkollhom jipprovdu tagħrif ieħor fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba mill-awtoritajiet dwar kull żvilupp jew riżultat ġdid u/jew suċċessi jew problemi f'kull azzjoni li tkun ttieħdet;

l-awtorità għandha tiddeċiedi fejn ikun xieraq li twettaq azzjoni ta' infurzar u/jew titlob lill-produtturi u d-distributuri biex dawn jiżguraw li jkun hemm kooperazzjoni fuq is-sorveljanza tas-suq jew li jgħarrfu lill-pubbliku dwar l-identifikazzjoni ta' prodott, in-natura tar-riskju u l-miżuri meħuda, waqt li titqies l-kunfidenzjalità professjonali;

jekk il-kriterji tan-notifikazzjoni RAPEX jintlaħqu (riskju serju, prodott impoġġi fis-suq f'diversi Stati Membri), l-awtorità kompetenti għandha tibgħat notifikazzjoni RAPEX lill-Kummissjoni, li din imbagħad tgħaddiha lill-Istati Membri kollha.


(1)  ĠU L 31, l-1.2.2002.

(2)  http://europa.eu.int/comm/consumers/cons_safe/prod_safe/gpsd/revisedGPSD_en.htm

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/418/KE tad-29 ta' April 2004. ĠU L 151, it-30.4.2004.

(4)  In-Network tas-Sigurtà tal-Prodott tad-DĠSP jipprovdi l-qafas għall-arranġamenti xierqa biex jitħaffef dan il-bdil.

(5)  L-għeluq iż-żmien kollu msemmi fit-test huwa mfisser fi ġranet kalendarji.

(6)  Anki f'koż tà prodott immarkitjat fi Stat Membru wieħed, lista ta' kumpanniji li se jiġu affettwati b'dak il-prodott f'dok il-pajjiż hija relevanti sabiex tippermetti lill-awtorità (jiet) kompetenti biex jimmonitorjaw l-effiċjenza tà l-azzjoni meħuda.


ANNESS I

Formola tan-notifikazzjoni għan-notifikazzjoni ta' prodotti perikolużi li għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet mill-produtturi jew id-distributuri

Taqsima 1: Dettalji ta' l-AWTORITÀ(JIET))/KUMPANIJA(I) li jirċievu l-formola tan-notifikazzjoni

Awtorità/Isem ta' kuntatt/Indirizz/Telefon/Fax/E-mail/Sit ta' l-Internet

 

Kumpaniji oħra nnotifikati

 

Taqsima 2: Dettalji ta' l-ENTITÀ/PERSUNA li ttemm il-formola tan-notifikazzjoni

Organizzazzjoni

 

Isem ta' kuntatt, responsabbiltà, Indirizz/Telefon/Fax/E-mail/Sit ta' l-Internet

 

Taqsima 3: Dettalji tal-PRODUTTUR (jekk differenti minn fuq)

Produttur jew rappreżentat tal-Produttur/Indirizz/Tel/Fax/E-mail/Sit ta' l-Internet

 

Taqsima 4: Dettalji dwar il-PRODOTTI involuti

Kategorija. Marka jew ditta. Isem(ismijiet) tal-Mudell jew Nru/Kowd ta' linji. Pajjiż ta' l-oriġini

 

Deskrizzjoni/Ritratt

 

Taqsima 5: Dettalji dwar il-PERIKLU

Deskrizzjoni dwar il-periklu u l-ħsara possibbli għas-saħħa/sigurtà u l-analiżi li jkunu saru

 

Rekords ta' inċident(i)

 

Taqsima 6: Dettalji dwar AZZJONIJIET korrettivi li jkunu ttieħdu diġà

Tipi/Għan/Il-perjodu ta' l-azzjoni(jiet) u l-prekawzjonijiet meħuda

 


Il-kumpaniji għandhom jimlew u jibagħtu t-taqsima 7 f'każ ta' riskju serju biss

Taqsima 7: Dettalji ta' KUMPANIJA(IJI) oħra fil-katina tal-provvista li għandhom prodotti milquta

Manifattur/Importatur jew rappreżentant awtorizzat: Isem/Indirizz/Tel/Fax/E-mail/Sit ta' l-Internet.

 

Distributuri/Bejjiegħa bl-imnut: Isem/Indirizz/Tel/Fax/E-mail/Sit ta' l-Internet

 

Numru ta' prodotti (numri tas-serje jew kowds tad-dati) miżmuma mill-produttur/importatur/distributur/bejjigħ bl-imnut/konsumaturi

 


ANNESS II

Qafas metodoloġiku biex jitħaffu l-istima u l-valutazzjoni ta' riskju konsistenti

It-test li ġej huwa bbażat fuq il-qafas żviluppat għal-Linji ta' gwida RAPEX u qed jiġi ppreżentat hawnhekk biex jgħin lill-kumpaniji jassessjaw il-livell ta' riskju u jiddeċiedu jekk tkunx meħtieġa notifikazzjoni. Il-linji ta' gwida f'dan l-Anness II mhumiex eżawrjenti u ma jqisux il-fatturi kollha possibbli. Il-kumpaniji għandhom jiġġudikaw kull każ individwali fuq il-merti tiegħu, waqt li jqisu l-kriterji stabbiliti f'dawn il-linji ta' gwida kif ukoll l-esperjenza u l-prattika tagħhom, kunsiderazzjonijiet rilevanti oħra u metodi xierqa.

Prodott tal-konsumatur jista' jippreżenta iktar minn periklu intrinsiku wieħed. Il-periklu jista' jkun ta' għamliet differenti (kimikali, mekkaniku, elettriku, sħana, radjazzjoni, eċċ.). Il-periklu jirrappreżenta l-potenzjal intrinsiku tal-prodott biex jagħmel ħsara lis-saħħa u s-sigurtà ta' l-utenti taħt ċerti kundizzjonijiet.

Il-qawwa ta' kull tip ta' periklu tista' tingħata grad li jkun ibbażat fuq kriterji kwalitattivi u kultant fuq kriterji kwantitattivi marbuta mat-tip ta' ħsara li dan x'aktarx jikkawża.

Jista' jiġri li mhux il-prodotti individwali kollha jkunu juru l-periklu in kwistjoni, iżda uħud mill-oġġetti biss li jkunu tpoġġew fis-suq. Il-periklu jista' jkun marbut l-aktar ma' difett li jkun jidher biss f'uħud mill-prodotti ta' ċertu tip (ditta, mudell, eċċ.) li jkunu tpoġġew fis-suq. F'dawn il-każijiet il-probabbiltà tad-difett/periklu li jkun qed jiġi ppreżentat fil-prodott għandha tkun ikkunsidrata.

Il-potenzjal ta' periklu li jseħħ bħala effett negattiv attwali fuq is-saħħa/sigurtà jiddependi fuq il-grad li għalih il-konsumatur ikun espost meta juża l-prodott kif inhu maħsub jew kif ikun maħsub b'mod raġonevoli għal matul il-perjodu ta' l-użu tiegħu. Barra minn hekk, f'ċertu waqt l-esponiment għal ċerti perikli jista' f'ċerti każijiet jinvolvi aktar minn persuna waħda. Fl-aħħarnett, meta jkun stabbilit il-livell tar-riskju ppreżentat minn prodott billi jkunu mgħaqqda l-qawwa tal-periklu ma' l-esponiment, għandha titqies ukoll il-ħila tal-konsumatur espost biex jevita jew jirreaġixxi għal sitwazzjoni perikoluża. Dan jiddependi fuq ix-xhieda tal-periklu, it-twissjiet mogħtija u l-vulnerabbiltà tal-konsumatur li jista' jiġi espost għal dan.

Waqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet t'hawn fuq, l-avviċinament kunċettwali li ġej jista' jgħin lin-negozji meta dawn jiddeċiedu jekk sitwazzjoni speċifika ta' periklu kkawżata minn prodott tal-konsumatur tkunx teħtieġ notifikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti.

Qed ikun rakkomandat li l-valutazzjonijiet isiru minn tim żgħir li jkollu l-għerf u l-esperjenza dwar il-prodott u l-perikli tiegħu. L-assessuri jista' jkollhom jagħmlu ġudizzji suġġettivi jekk ma jkunx hemm data oġġettiva. Qed ikun ittamat li din il-proċedura se tgħin lil dawn jagħmlu ġudizzji konsistenti u rraġunati dwar riskji attwali jew potenzjali.

L-assessur għandu janalizza t-tagħrif miġbur u juża t-tabella tal-valutazzjoni tar-riskju kif ġej:

1.

Bħala l-ewwel pass, juża t-Tabella A biex jistabbilixxi l-gravità ta' l-effett ta' periklu; dan jiddependi kemm fuq il-qawwa tiegħu u l-probabbiltà li dan iseħħ taħt il-kundizzjonijiet ta' l-użu kkunsidrat, u fuq il-qawwa ta' l-effett tas-saħħa/sigurtà possibbli marbuta mal-karatteristiċi perikolużi intrinsiċi tal-prodott.

2.

Bħala t-tieni pass, juża t-Tabella B biex jassessja aktar il-gravità ta' l-effett; dan jiddependi fuq it-tip ta' konsumatur u, għal adulti li mhumiex vulnerabbli, jekk il-prodott ikollux twissjiet u salvagwardji biżżejjed u jekk il-periklu jkunx wieħed ovvju biżżejjed li jagħmilha possibbli li wieħed jiggrada l-livell tar-riskju b'mod kwalitattiv.

Tabella A — L-Istima tar-riskju: il-qawwa u l-probabbiltà ta' ħsara għas-saħħa/sigurtà

Fit-Tabella A iż-żewġ fatturi ewlenin li jolqtu l-valutazzjoni tar-riskju, jiġifieri l-qawwa u l-probabbiltà tal-ħsara fuq is-saħħa/sigiertà, qed ikunu mgħaqqda. Id-definizzjonijiet li ġejjin ta' qawwa u probabbiltà tfasslu biex jgħinu fl-għażla tal-valuri xierqa.

Il-Qawwa tal-ħsara

Il-valutazzjoni tal-qawwa hija bbażata fuq il-kunsiderazzjoni tal-konsegwenzi potenzjali tas-saħħa/sigurtà tal-perikli ppreżentati mill-prodott ikkunsidrat. Għandu jkun stabbilit grad speċifiku għal kull tip ta' periklu (1).

Il-valutazzjoni tal-qawwa għandha tqis ukoll in-numru ta' nies li jistgħu jintlaqtu minn prodott perikoluż. Dan ifisser li r-riskju minn prodott li jista' jippreżenta periklu għal aktar minn persuna waħda f'waqt wieħed (eż. nar jew avvelenament tal-gass minn appliance tal-gass) għandu jiġi kklassifikat bħala aktar sever minn periklu li jista' jolqot biss persuna waħda.

Il-valutazzjoni tar-riskju tal-bidu għandha tagħmel referenza għar-riskju għal kull persuna esposta għall-prodott u m'għandhiex tkun influwenzata mill-qies tal-popolazzjoni li tkun f'riskju. Madankollu, jista' jkun tajjeb għall-kumpaniji li dawn iqisu n-numru sħiħ ta' persuni esposti għall-prodott biex jiddeċiedu fuq x'tip ta' azzjoni għandha tittieħed.

Għal bosta perikli jkun possibbli li jkunu previsti ċirkostanzi mhux tas-soltu li jistgħu jwasslu għal ħsara serja ħafna, eż. li wieħed jgħaddi minn fuq kejbil, li wieħed jaqa' u jaħbat rasu, li twassal għal mewt, għalkemm effett inqas serju huwa aktar probabbli. Il-valutazzjoni tal-qawwa tal-periklu għandha tkun ibbażata fuq xhieda raġonevoli li l-effetti magħżula biex ikun ikkaratterizzat il-periklu jistgħu jiġru matul użu previġġenti. Dan tista' tkun l-esperjenza ta' l-agħar każ li tkun tinvolvi prodotti simili.

Il-Probabbiltà ġenerali

Din tirreferi għall-probabbiltà ta' effetti negattivi fuq is-saħħa/sigurtà għall-persuna li tkun esposta għall-periklu. Din ma tqisx in-numru sħiħ ta' nies li jkunu f'riskju. Fejn il-gwida tirreferi għall-probabbiltà ta' prodott li jkun difettuż, dan m'għandux ikun jgħodd jekk ikun possibbli li jkun identifikat kull wieħed mill-kampjuni difettużi. F'din is-sitwazzjoni, l-utenti tal-prodotti difettużi huma esposti għar-riskju sħiħ waqt li l-utenti tal-prodotti l-oħra għall-ebda riskju.

Il-probabbiltà ġenerali hija l-kumbinazzjoni tal-probabbiltajiet kollha li jikkontribwixxu bħalma huma:

il-probabbiltà tal-prodott li jkun jew li jsir difettuż (jekk il-prodotti kollha jkollhom difett, mela din il-probabbiltà x'aktarx tkun ta' 100 %);

il-probabbiltà ta' l-effett negattiv li jista' jkun hemm għal utent normali li jkollu esponiment li jikkorrispondi għall-użu maħsub jew mistenni b'mod raġonevoli tal-prodott difettuż.

Dawn iż-żewġ probabbiltajiet qed ikun magħquda fit-tabella li ġejja biex tingħata l-probabbiltà ġenerali li ddaħħlet fit-Tabella A.

Probabbiltà ġenerali tal-ħsara fuq is-Saħħa/Sigurtà

Probabbiltà ta' prodott perikoluż

1 %

10 %

100 %

(Kollha)

Probabbiltà ta' ħsara fuq is-saħħa/sigurtà mill-esponiment regolari għal prodott perikoluż

Il-periklu huwa dejjem preżenti u l-ħsara fuq is-saħħa/sigurtà x'aktarx isseħħ f'użu mistenni

Medja

Għolja

Għolja ħafna

Il-periklu jista' jiġri taħt kundizzjoni waħda li mhix probabbli jew żewġ kundizzjonijiet possibbli

Baxxa

Medja

Għolja

Il-periklu jiġri biss jekk ikun hemm diversi kundizzjonijiet li ma jkunux probabbli

Baxxa ħafna

Baxxa

Medja

Li jkunu mgħaqqda l-qawwa u l-probabbiltà ġenerali fit-Tabella A iwassal biex tinkiseb valutazzjoni tal-gravità tar-riskju. L-eżattezza ta' din il-valutazzjoni tiddependi fuq il-kwalità tat-tagħrif disponibbli għall-kumpanija. Madankollu, din il-valutazzjoni teħtieġ li tkun immodifikata biex tqis il-perċezzjoni tas-soċjetà li taċċetta r-riskju. Soċjetà taċċetta riskji li jkunu ferm ogħla f'ċerti ċirkustanzi bħalma huma l-monitoraġġ, milli f'oħrajn, bħalma huma l-ġugarelli tat-tfal. It-Tabella B qed tintuża biex iddaħħal dan il-fattur.

Tabella B — Il-Grad tar-riskju: tip ta' persuna, l-għarfien dwar ir-riskju u l-prekawzjonijiet

Soċjetà taċċetta riskji ogħla f'ċerti ċirkostanzi milli f'oħrajn. Qed jitqies li l-fatturi ewlenin li jaffettwaw il-livell ta' riskju huma l-vulnerabbiltà tat-tip ta' persuna milquta u għal adulti li mhumiex vulnerabbli, l-għarfien dwar ir-riskju u l-possibbiltà li jittieħdu prekawzjonijiet kontrih.

Persuni vulnerabbli

It-tip ta' persuna li tuża prodott għandu wkoll jitqies. Jekk il-prodott x'aktarx se jintuża minn nies vulnerabbli, il-livell ta' riskju li għandu jkun innotifikat għandu jkun stabbilit għal livell aktar baxx. Qed ikunu proposti hawn taħt żewġ kategoriji ta' nies vulnerabbli, b'eżempji:

Vulnerabbli ħafna

Vulnerabbli

Nieqes mid-dawl

Parzjalment nieqes mid-dawl

B'diżabbiltà qawwija

B'diżabbiltà parzjali

Anzjan ħafna

Anzjan

Żgħir ħafna (< 3 snin)

Żgħir (3 — 11-il sena)

Adulti normali

L-aġġustament tas-serjetà tar-riskju għal adulti li mhumiex vulnerabbli għandu jgħodd biss jekk il-periklu jkun wieħed ovvju u meħtieġ għat-tħaddim tal-prodott. Għall-adulti li mhumiex vulnerabbli, il-livell tar-riskju għandu jiddependi fuq jekk il-periklu jkunx wieħed u ovvju u jekk il-manifattur ikunx ħa attenzjoni biżżejjed biex jagħmel il-prodott mhux perikoluż u li jipprovdi salvagwardji u twissijiet, speċjalment jekk il-periklu ma jkunx ovvju. Per eżempju, jekk prodott ikollu twissijiet u salvagwardji adegwati u l-periklu jkun wieħed ovvju, gravità għolja ta' effett tista' ma tkunx serja f'termini ta' kif ikun iggradat r-riskju (Tabella B), għalkemm xi azzjoni tista' tkun meħtieġa biex ittejjeb is-sigurtà tal-prodott. Bil-maqlub, jekk il-prodott ma jkollux salvagwardji u twissijiet adekwati, u l-periklu ma jkunx ovvju, gravità moderata ta' effett hija serja f'termini ta' kif ikun iggradat ir-riskju (Tabella B).

Valutazzjoni tar-riskju tal-prodotti tal-konsumatur għad-DĠSP

Din il-proċedura qed tkun proposta biex tgħin lill-kumpanniji meta dawn jiddeċiedu jekk sitwazzjoni perikoluża speċifika ikkawżata minn prodott tal-konsumatur tkunx teħtieġ notifikazzjoni lill-awtoritajiet

Image Test ta 'immaġni

Tabella A qed tintuża biex tistabbilixxi l-gravità ta' l-effett tal-periklu; din tiddependi fuq il-qawwa u l-probabbiltà tal-ħsara possibbli fuq is- qed tintuża biex tistabbilixxi l-gravità ta' l-effett tal-periklu; din tiddependi fuq il-qawwa u l-probabbiltà tal-ħsara possibbli fuq is-saħħa/sigurtà (ara t-tabelli fin-noti)

Tabella B qed tintuża biex tistabbilixxi l-grad ta' gravità tar-riskju; dan jiddependi fuq it-tip ta' utent u, għal adulti li mhumiex vulnerabbli, jekk il-qed tintuża biex tistabbilixxi l-grad ta' gravità tar-riskju; dan jiddependi fuq it-tip ta' utent u, għal adulti li mhumiex prodott ikollux twissijiet u salvagwardji adekwati u jekk il-periklu jkunx ovvju biżżejjed

Eżempju (muri bil-vleġeġ fuq)

Utent li uża lupa sofra qatgħa serja f'idu u nstab li l-lupa kellha rpar mhux imfassal tajjeb li għen biex l-id ta' l-utent żelqet 'il quddiem u misset il-katina. L-assessur tal-kumpannija jagħmel il-valutazzjoni tar-

Tabella A - Il-valutazzjoni tal-probabbiltà Għol għaliex il-periklu huwa preżenti fil-prodotti kollha u jista' jseħħ taħt ċerti għaliex il-periklu huwa preżenti fil-prodotti kollha u jista' jseħħ taħt ċerti kundizzjonijiet. Il-valutazzjoni tal-qawwa hija Serja Għalhekk il-grad tal-gravità ġenerali Għoli

Tabella B — Il-lupa li hija maħsuba biex tintuża minn adultili mhumiex vulnerabbli, tippreżenta periklu ovvju iżda bi rpar mhux tajjeb Il-gravità Għolj hija għalhekk intollerabbli għalhekk jeżisti Riskju serju.

Il-gravità Għolja hija għalhekk intollerabbli għalhekk jeżisti Riskju serju.


(1)  Bħala eżempju, għal ċerti riskji mekkaniċi d-definizzjonijiet li ġejjin tal-klassifikazzjonijiet tal-qawwa jistgħu jiġu proposti, bil-ħsara tipika li tikkorrispondi:

Ħafif

Serju

Serju ħafna

<2 % inkapaċità li ħafna drabi tista' tmur lura u ma jkunx hemm ħtieġa għal trattament fi sptar.

2-15 % inkapaċità li ħafna drabi ma tkunx tista' tmur lura u li tkun teħtieġ trattament fi sptar

>15 % inkapaċità u li ħafna drabi ma tkunx tista' terġa' tmur lura

Qtugħ żgħir

Qtugħ serju

Ħsara serja għall-organi ta' ġewwa

 

Ksur

It-telf ta' riġel

 

It-telf ta' saba' jew saba' tas-sieq

It-telf tad-dawl ta' l-għajnejn

 

Ħsara lid-dawl ta' l-għajnejn

It-telf tas-smigħ

 

Ħsara lis-smigħ