32004D0845



Official Journal L 157 , 30/04/2004 P. 0001 - 0003


Id-Deċiżjoni Nru 845/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tad-29 ta' april 2004

li temenda d-deċiżjoni nru 163/2001/KE dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' taħriġ għall-professjonisti fl-industrija tal-programm ewropew awdjoviżiv (Taħriġ tal-MEDIA) (2001-2005)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 150(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [2],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni Nru 163/2001/KE [4] il-Parlament Ewropew stabbilixxa l-programm tat-taħriġ tal-MEDIA li huwa programm ta' taħriġ għall-professjonisti fl-industrija Ewropea tal-programmi awdjoviżivi, biex jibda mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2005.

(2) Huwa essenzali li tiġi assigurata l-kontinwità tal-politika tal-Komunità għas-sostenn tas-settur Ewropew awdjoviżiv fir-rigward ta' l-għanijiet segwiti mill-Komunità taħt l-Artikolu 150 tat-Trattat.

(3) Huwa essenzali wkoll li l-Kummissjoni tipprovdi rapport sħiħ u dettaljat ta' stima dwar il-Programm ta' Taħriġ MEDIA mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2005, fi żmien biżżejjed biex l-awtorità leġislattiv tkun tista' tikkunsidra l-proposta għall-Programm ġdid ta' Taħriġ tal-MEDIA ippjanat li jibda fl-2007, sabiex l-awtorità tal-buġit tkun tista' tevalwa l-ħtieġa għal qafas finanzjarju ġdid.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Nru 163/2001/KE hija b'dan emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 1, "31 Diċembru 2005" għandha tiġi sostitwita bi "31 ta' Diċembru 2006".

(2) Fl-Artikolu 4(5), il-qafas finanzjarju ffissat f'Ewro 52 milju għandu jiġi sostitwit b'Ewro 59,4 miljuni, skond id-Deċiżjoni Nru…/2004 * tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-ammonti ta' referenza, sabiex jingħata kont tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasbourg, tad- 29.4.2004

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] ĠU C 10, ta' l-14.1.2004, p. 8.

[2] ĠU C 23, tas-27.1.2004, p. 24.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2004 (għada mhux ippublikata fil- Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' April 2004.

[4] ĠU L 26, tas-27.1.2001, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru/2004/KE (ĠU L., p. 7).

--------------------------------------------------