|
14.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
80 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-1 ta' Diċembru 2004
rigward l-implimentar ta' regolamentazzjoni li biha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa li tappartjeni għal varjetajiet li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli jew speċi veġetali.
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4493)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2004/842/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Skond id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta' l-14 ta'Ġunju 1966 dwar bejgħ ta' żrieragħ ta' pjanti għall-għalf (1), partikolarment l-Artikolu 4a (2) tagħha,
Skond id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta'Ġunju 1966 dwar bejgħ ta' żrieragħ ta' ċereali (2), partikolarment Artikolu 4a (2) tagħha,
Skond id- Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta'Ġunju 2002 dwar bejgħ ta' żrieragħ ta' pitravi (3), partikolarment Artikolu 4a (2) tagħha,
Skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta'Ġunju 2002 dwar bejgħ ta' żrieragħ veġetali (4), partikolarment Artikolu 23 (2) tagħha,
Skond id-Direttiva tal- Kunsill 2002/56/KE tat- 13 ta'Ġunju 2002 dwar bejgħ ta' żrieragħ tal- patata (5), partikolarment Artikolu 6 (2) tagħha,
Skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar bejgħ ta' żrieragħ ta' pjanti taż-żjut u fibra (6), u b'mod partikolari Artikolu 6 (2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Segwenti għad-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw produtturi ta' żrieragħ agrikoli biex ipoġġu fuq is-suq żrieragħ li jappartjenu għal varjetajiet li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu ta' l-Istat Membru in kwestjoni kif stabbilit fid- Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-katalogu komuni ta' speċi ta' pjanti agrikoli (7). |
|
(2) |
Kif ukoll, segwenti għal Direttiva 2002/55/KE, Stati Membri jistgħu jawtorizzaw lil dawk li jrabbu żrieragħ veġetali jew rappreżentattivi tagħhom biex ipoġġu fis-suq żerriegħa li tappartjeni għal varjetà li għaliha applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta' Pajjiż Membru, kif stabbilit f'dik id-direttiva, tkun ġiet sottomessa . |
|
(3) |
Sabiex Stati Membri jkunu jistgħu jagħtu tali awtorizzazzjoni, hu meħtieġ li jiġu speċifikati regoli ta' implimentazzjoni għal dawk id-Direttivi, li jkopru partikolarment ir-raġunijiet għaliex u l-kundizzjonijiet li taħthom dawn l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jingħataw, l-immarkar tal-pakketti taż-żrieragħ, u fil-każ ta' żerriegħa agrikola, il-kwantitajiet. Huwa ukoll xieraq li fil-każ ta' varjetà meħudha minn organiżmu modifikat ġenetikament, dan l-organiżmu modifikat ġenetikament irid ikun awtoriżżat li jitqiegħed fis-suq skond il-liġi tal-Komunità. |
|
(4) |
Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Preżenti għal Żrieragħ u Materjal Propagattiv fl-Agrikoltura, Ortikultura u Foresterija, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU 1
Proviżjoni ġenerali
Artikolu 1
Kontenut tas-suġġett
Ir-raġuni ta' din id-Deċiżjoni hija sabiex jiġu speċifikati r-regoli li bihom l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu l-awtorizzazzjoni biex jitqiegħdu fis-suq:
|
a) |
żrieragħ ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli, li għalihom applikazzjoni għall- inklużjoni fil-katalogu nazzjonali, kif imniżżel f'Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2002/53/KE ġiet sottomessa lill-Istati Membri in kwestjoni, suġġett għall-qbil ma` Kapitolu II ta' din id-Deċiżjoni, jew |
|
b) |
żrieragħ ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti veġetali, li għalihom applikazzjoni għall-inklużjoni fil-katalogu nazzjonali, kif imniżżel f'Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2002/55/KE ġiet sottomessa għall-anqas fi Stat Membru wieħed u li għalihom kien hemm sottomissjoni ta' informazzjoni teknika speċifika, soġġetta għall-qbil ma' Kapitolu III ta' din id-Deċiżjoni. |
KAPITOLU II
Speċi ta' Pjanti Agrikoli
Artikolu 2
Awtorizzazzjoni
1. Għal speċi ta' pjanti agrikoli li jaqgħu taħt id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE, l-Stati Membri jistgħu jawtorizzaw produtturi stabbiliti fit-territorju tagħhom biex iqiegħdu fis-suq żrieragħ ta' varjetà li għalihom diġà ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta' varjetajiet agrikoli ta' speċi ta' pjanti (“il- katalogu nazzjonali”) lill-Istati Membri in kwestjoni, suġġett għal qbil ma' Artikoli 3 sa 18 ta' din id-Deċiżjoni.
2. L-Istati Membri jridu jaċċertaw li meta awtorizzazzjoni tkun ingħatat skond din id- Deċiżjoni, il-persuna awtorizzata trid toqgħod għal kull kundizzjoni jew restrizzjoni assoċjata ma' tali awtorizzazzjoni.
Artikolu 3
Applikazzjoni
1. L-awtorizzazzjoni tista' tiġi rikjesta minn dik il-persuna li sottomettiet applikazzjoni għad-dħul tal-varjetajiet in kwestjoni fil-katalogu ta' l-Istat Membru in kwestjoni (li jissejjaħ minn hawn ‘il quddiem “l-applikant”, li tinkludi rappreżentant ta' tali persuna, dejjem jekk tali persuna ġiet appuntata uffiċjalment).
2. L-applikant għandu jissottometti din l-informazzjoni:
|
a) |
testijiet u provi previsti; |
|
b) |
l-isem jew ismijiet ta' l-Istat(i) Membru(i) fejn dawk il-provi u testijiet ser isiru; |
|
c) |
deskrizzjoni tal-varjetà; |
|
d) |
il-manutenzjoni tal-varjetà. |
Artikolu 4
Raġun
Awtorizzazzjonijiet ser jingħataw biss għal testijiet u provi li jsiru f'industriji agrikoli li l- għan tagħhom huwa li jiġbru informazzjoni dwar koltivazzjoni jew użu ta' dik il- varjetà.
Artikolu 5
Kundizzjonijiet tekniċi
1. Żrieragħ ta' għalf jridu jkunu konformi ma' kundizzjonijiet meħudin minn Annessi I u II mid-Direttiva 66/401/KEE għal:
|
a) |
żrieragħ iċċertfikati (l-ispeċi kollha ħlief Pisum sativum u Vicia faba); jew |
|
b) |
“żrieragħ iċċertfikati bħala tieni ġenerazzjoni” (Pisum sativum , Vicia faba). |
2. Żrieragħ ta' qmugħ iridu jkunu konformi ma' kundizzjonijiet meħudin minn Annessi I u II tad-Direttiva 66/402/KEE għal:
|
a) |
żrieragħ iċċertifikati (Phalaris canariensis, ħlief ibridi tagħhom, Secale cereale, Sorgħum bicolor, Sorgħum sudanense, Zea mays u ibridi ta' Avena sativa, Hordeum vulgare, Oryza sativa, Triticum aestivum, Triticum durum, Triticum spelta u x Triticosecale ħlief varjetajiet li jraxxu lilhom infushom bil-polline); jew |
|
b) |
“żrieragħ ċċertfikati bħala tat-tieni ġenerazzjoni” (Avena sativa, Hordeum vulgare, Oryza sativa, Triticum aestivum, Triticum durum, Triticum spelta u varjetajiet ta' x Triticosecale ħlief ibridi f'kull każ) |
3. Żrieragħ ta' pitravi jridu jkunu konformi ma' kundizzjonijiet meħudin minn Annessi I tad-Direttiva 2002/54/KE għaż-żrieragħ iċċertifikati:
4. Żrieragħ ta' patata jridu jkunu konformi ma' kundizzjonijiet meħudin minn Annessi I u II tad- Direttiva 2002/56/KE għaż-żrieragħ iċċertifikati ta' patata:
5. Żrieragħ ta' pjanti ta' żjut u fibra jridu jkunu konformi ma' kundizzjonijiet meħudin minn Annessi I u II tad- Direttiva 2002/57/KE għal:
|
a) |
żrieragħ iċċertifikati (speċi kollha ħlief Linum usitatissimum); |
|
b) |
“żrieragħ iċċertifikati, bħala tat-tieni u tat-tielet ġenerazzjoni” (Linum usitatissimum). |
Artikolu 6
Eżaminazzjoni
1. Qbil mal-kundizzjonijiet referuti f'Artikolu 5 ser jiġu assessjati:
|
a) |
fil-każ ta' żrieragħ tal-patata, permezz ta' eżami uffiċjali; |
|
b) |
fil-każ l-ieħor, permeżż ta' eżami uffiċjali jew eżami taħt superviżjoni uffiċjali. |
2. Għall-finijiet ta' qbil ma' kundizzjonijiet dwar identità u purezza tal-varjetajiet, id- deskrizzjoni tal-varjetà kif mogħtija mill-applikant, jew fejn tapplika d-deskrizzjoni proviżorja tal-varjetà bbażata fuq riżultati ta' l-eżami uffiċjali ta' distinzjoni, stabbiltà u uniformità tal-varjetà, kif imniżżel skond Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/53/KE, ser tkun użata.
3. L-eżaminazzjoni ser issir skond il-metodi internazzjonali kurrenti, dejjem jekk jeżistu tali metodi.
4. Fl-eżaminazzjoni, kampjuni ser jittieħdu uffiċjalment jew taħt superviżjoni jew, fil-każ ta' żrieragħ ta' patata, uffiċjalment skond metodoloġija approprjata.
5. Kampjuni ser jittieħdu minn lottijiet omoġeneji.
1. Il-piż massimu ta' lott u l-piż minimu ta' kampjun huma mniżżla fi:
|
a) |
Pjanti ta' Għalf: Anness III lil Direttiva 66/401/KEE |
|
b) |
Qmugħijiet: Anness III lil Direttiva 66/402/KEE |
|
c) |
Pitravi: Anness II lil Direttiva 2002/54/KE |
|
d) |
Pjanti ta' żjut u fibra: Anness III lil Direttiva 2002/57/KE |
Artikolu 7
Kwantitajiet
Il-kwantitajiet awtorizzati għal kull varjetà ma jridux ikunu iktar mill-perċentwali ta' żrieragħ ta' l-istess speċi utilizzata f'sena fl-Istat(i) Membru(i) destinatarju(i) għaż-żrieragħ:
|
a) |
fil-każ ta' qamħ durum, 0,05 %; |
|
b) |
fil-każ ta' piżelli, fażola, ħafur, xgħir u qamħ, 0,3 %; |
|
c) |
fil-każijiet kollha l-oħra, 0,1 %. |
Iżda, jekk dawn il-kwantitajiet m'humiex biżżejjed biex jinżergħu 10 ettari għal kull Stat Membru destinatarji taż-żrieragħ, il-kwantitajiet li hemm bżonn għal tali firxa ta' art jistgħu jiġu awtorizzati.
Artikolu 8
Ippakkjar u ssiġillar
Żrieragħ jistgħu jiġu mibjugħa f'kontenituri magħluqin li jistgħu jiġu ssiġillati. L-ippakkjar ta' żrieragħ u kontenituri jridu jkunu ssiġillati uffiċjalment jew taħt superviżjoni uffiċjali b'mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma jitkisser is-siġill jew mingħajr ma titħalla evidenza ta' tbabis tat-tiketta uffiċjali msemmija f'Artikolu 9 jew fuq il-pakkett. Sabiex is-siġill ikun effettiv, il-mod ta' kif isir irid jinkludi t-tikketta uffiċjali jew jitwaħħal siġill uffiċjali miegħu.
Fil-każ ta' żrieragħ ta' patata, il-pakketti iridu jkunu ġodda u l-kontenitur irid ikun nadif.
Artikolu 9
Twaħħil ta' tikketti
1. L-Ippakkjar ta' żrieragħ irid ikollu tikketta uffiċjali b'lingwa uffiċjali tal-Komunità.
2. It-tikketta skond kif speċifikat f'paragrafu 1 jrid ikollha:
|
a) |
l-awtorità ċertifikanti u l-Istat Membru jew abbrevjazzjonijiet ċari tagħhom; |
|
b) |
in-numru li jirreferi għal-lott ta' minn fejn ittieħdu; |
|
c) |
xahar u sena tas-siġill; |
|
d) |
speċi; |
|
e) |
denominazzjoni tal-varjetà li jinbigħu taħtha ż-żrieragħ in kwestjoni skond kif ser jiġu mibjugħha (numru ta' referenza tal-persuna li rabbietha, denominazzjoni proposta jew denominazzjoni approvata) u in-numru ta' l-applikazzjoni uffiċjali għall-inklużjoni tal-varjetà, jekk applikabbli; |
|
f) |
indikazzjoni “varjetà li għadha mhux elenkata uffiċjalment”; |
|
g) |
indikazzjoni “għall-provi u testijiet biss”, |
|
h) |
fejn applikabbli, il-kliem “varjetà modifikata ġenetikament”. |
|
i) |
qisien (żrieragħ ta' patata biss), |
|
j) |
piż nett jew gross dikjarat jew dikjarar ta' numru ta' żrieragħ safja jew, fejn applikabli, gozzijiet, |
|
k) |
fejn hemm indikazzjoni tal-piż u pestiċidi granulari, sustanzi li jgħaqqdu jew adittivi solidi miżjuda jiġu użati, in-natura ta' dawn l-adittivi u kif ukoll il-proporzjon approssimattiv bejn piż ta' żrieragħ jew, fejn applikabbli, gozzijiet u piż totali. |
3. It-tikketta skond paragrafu 1 trid ikun ta' lewn oranċjo.
Artikolu 10
Kimiku
Kull trattament kimiku irid jiġi mniżżel jew fuq it-tikkett uffiċjali skond Artikolu 9, jew fuq tikketta tal-fornitur u fuq il-pakkett, jew ġewwa, jew fuq il-kontenitur.
Artikolu 11
Perjodu ta' żmien
Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 13 u 14, awtorizzazzjonijiet mogħtija skond il-proviżjoni ta' din id-Deċiżjoni ser jibqgħu validi għal perjodu ta' mhux iktar minn sena u jistgħu jiġġeddu skond m'hemm f'Artikolu 12
Artikolu 12
Tiġdid ta'awtorizzazzjonijiet
1. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 13 u 14, awtorizzazzjonijiet imsemmija f'Artikolu 2 ser jiġu mġeddin għal żmien ta' mhux iktar minn sena kull wieħed.
2. L-applikazzjoni trid tiġi akkumpanjata b'dawn id-dokumenti:
|
a) |
Referenza għall-awtorizzazzjoni oriġinali, |
|
b) |
Informazzjoni ulterjuri li titqiegħed ma' l-informazzjoni diġà pprovduta dwar id-deskrizzjoni, manutenzjoni u/jew koltivazzjoni jew użu tal-varjetà, soġġetta għall-awtorizzazzjoni oriġinali |
|
c) |
evidenza li evalwazzjoni għad-dħul fil-katalogu tal-varjetà kkonċernata għadha għaddejja, jekk mhux b'mod ieħor aċċessibli għall-Istat Membru. |
Artikolu 13
Skadenza ta' validità
L-awtorizzazzjonijiet ser jieqfu jkunu validi jekk l-applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali tiġi irtirata jew irrifjutata, jew il-varjetà tiddaħħal fil-katalogu.
Artikolu 14
Sigurtà
Minkejja awtorizzazzjoni mogħtija skond Artikolu 2, Stat Membru jista' jwaqqaf użu tal-varjetà f'parti jew biċċa mit-territorju tiegħu, jew jimponi kundizzjonijiet għall-koltivazzjoni tal- varjetà skond, fil-każijiet kif imniżżla f'subparagrafu (c), bil-kundizzjonijiet għall-użu tal- prodotti riżultanti minn tali koltivazzjoni :
|
a) |
fejn jiġi stabbilit li l-koltivazzjoni ta' tali varjetà tista' tkun ta' ħsara għas-saħħa ta' pjanti u għall-koltivazzjoni ta' varjetajiet u speċi oħra; jew |
|
b) |
fejn provi ta' tkabbir uffiċjali minn Stati Membri juru li l-varjetà ma tagħtix riżultati li jaqblu ma' dawk miksuba minn varjetà komparabbli u aċċettata fit-territorju ta' dak l-Istat Membru fi kwalunkwe parti mit-territorju tagħha jew, fejn hu magħruf li l-varjetà mhix tajba għall-kultivazzjoni fi kwalunkwe parti tat-territorju minħabba t-tip ta' klassi ta' maturità; jew |
|
c) |
fejn hemm raġunijiet validi għall-kunsiderazzjoni li l-varjetà tippreżenta riskji għas- saħħa jew għall-ambjent. |
Artikolu 15
Obbligi ta' rapporti
1. Segwenti l- għotja ta' awtorizzazzjoni, l-Istat Membru li jagħti l-awtorizzazzjoni jista' jirrikjedi li l- persuna awtorizzata tirraporta:
|
a) |
ir-riżultati ta' testijiet jew provi li jsiru f'industriji agrikoli li l-għan tagħhom huwa li jiġbru informazzjoni għall-koltivazzjoni jew użu ta' dik il-varjetà, |
|
b) |
il-kwantitajiet ta' żrieragħ mqiegħda fis-suq waqt iż-żmien ta' awtorizzazzjoni u l-isem ta' l-Istat Membru destinatarju taż-żrieragħ. |
2. Informazzjoni stipolata f'punt (b) ta' paragrafu 1 ser tkun kunfidenzjali.
Artikolu 16
Kontrolli ta' manutenzjoni
L-Istat Membru li joħroġ l-awtorizzazzjoni jista' jivverifika l-manutenzjoni tal-varjetà.
Fejn il-manutenzjoni ssir fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru ta' l-awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin amministrattivament dwar kontrolli neċessarji.
Stat membru jista' jaċċetta manutenzjoni f'pajjiż ieħor, basta li d-deċiżjoni tittieħed skond Artikolu 22(1)(b) ta' Direttiva 2002/53/KE li l-kontrolli fuq prattika għall-manutenzjoni huma ta' l-istess assigurazzjoni kwalitattiva ta' dawk li jsiru fl-Istati Membri.
Artikolu 17
Notifikazzjoni
L-Istati Membri għandhom javżaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar:
|
a) |
kull applikazzjoni, kif din tasal, jew rifjut ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni; u |
|
b) |
għotja, tiġdid, revoka jew irtirar ta' awtorizzazzjoni. |
Artikolu 18
Skambju ta' informazzjoni
Stati Membri ser jagħmlu użu minn sistemi kompjuterizzati ta' komunikazzjoni sabiex jiffaċilitaw skambju ta' informazzjoni rigward il-konnessjoni ma' l-applikazzjoni għad-dħul ta' varjetajiet fil-katalgi nazzjonali u l-awtorizzazzjoni għall-varjetajiet ta' żrieragħ li għadhom mhux elenkati.
Artikolu 19
Pubblikazzjoni ta' lista ta' varjetajiet
Il-Kummissjoni tista', skond informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, tippubblika lista ta' varjetajiet li ġew awtorizzati.
KAPITOLU III
Speċi veġetali
Artikolu 20
Awtorizzazzjoni
1. Għal speċi veġetali li jaqgħu taħt id-Direttiva 2002/55/KE, Stati Membri jistgħu jawtorizzaw produtturi stabbiliti fit-territorji tagħhom sabiex iqiegħdu fis-suq żrieragħ li huma ta' varjetà li għaliha applikazzjoni għall-inklużjoni fil-katalogu nazzjonali tal-varjetajiet ta' speċi veġetali (“il-katalogu nazzjonali”) kienet ġiet sottomessa f'mhux inqas minn Stat Membru wieħed u li informazzjoni speċifika dwarha ġiet sottomessa fl-Istat Membru(i) in kwestjoni, suġgett għall-konformità ma' Artikoli 21 sa 37 ta' din id- Deċiżjoni.
2. L-Istati Membri jridu jaċċertaw li meta awtorizzazzjoni tingħata skond din id- Deċiżjoni, il-persuna awtorizzata trid toqgħod għal kull kundizzjoni jew restrizzjoni assoċjata ma' tali awtorizzazzjoni.
Artikolu 21
Applikazzjoni
1. L-awtoriżżazjoni tista' tiġi rikjesta minn dik il-persuna li sottomettiet applikazzjoni għad-dħul tal-varjetajiet in kwestjoni fil-katalogu ta' l-Istat Membru in kwestjoni (li jissejjaħ minn hawn ‘il quddiem “l-applikant”, li tinkludi rappreżentant ta' tali persuna, dejjem jekk tali persuna ġiet appuntata uffiċjalment).
2. L-applikant għandu jissottometti din l-informazzjoni:
|
a) |
deskrizzjoni tal-varjetà, |
|
b) |
il-manutenzjoni tal-varjetà. |
Artikolu 22
Raġuni
L-awtorizzazzjoni ser tingħata għall-fini ta' ksib ta' tagħrif minn esperjenza prattika waqt it-koltivazzjoni.
Artikolu 23
Kundizzjonijiet tekniċi
Żrieragħ veġetali jridu jkunu konformi ma' kundizzjonijiet meħudin minn Annessi II tad-Direttiva 2002/55/KE.
Artikolu 24
Eżaminazzjoni
1. Għall-finijiet ta' qbil ma' kundizzjonijiet dwar identità u purezza tal-varjetajiet, id-deskrizzjoni tal-varjetà kif mogħtija mill-applikant, jew fejn tapplika d-deskrizzjoni proviżorja tal-varjetà bbażata fuq riżultati ta' l-eżami uffiċjali ta' distinzjoni, stabbilta` u uniformità tal-varjetà, kif imniżżel skond Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/55/KE, ser tkun inforzata.
2. Kampjuni ser jittieħdu minn lottijiet omoġeneji.
3. Il-piż massimu ta' lott u l-piż minimu ta' kampjun huma mniżżla f'Anness III tad- Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE.
Artikolu 25
Varjetajiet modifikati ġenetikament
Fil-Każijiet ta' varjetajiet modifikati ġenetikament, l-awtorizzazzjoni tingħata biss jekk miżuri xierqa ttieħdu biex jiġu evitati ħsarat lis-saħħa tal-bniedem u ‘l-ambjent. Il-materjal modifikat ġenetikament, irid jiġi awtorizzat skond id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 rigward it-tixrid fl-ambjent ta' organiżmi modifikati u u r-revokar ta' Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE, jew ikunu awtorizzati taħt Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf ta' bhejjem modifikati ġenetikament.
Artikolu 26
Fornitur
Il-persuni responsabbli għat-twaħħil jew stampar jew notifiki stampati ta' avviż fuq l-ippakkjar jridu:
|
a) |
jinformaw lill-Istati Membri dwar meta kien il-bidu u t- tmiem ta' dawn l-attivitajiet; |
|
b) |
jinżammu arkivji tal-lott ta' żrieragħ u jkunu aċċessibbli għall-Istati Membri għal mhux inqas minn tliet snin. |
|
c) |
jittieħdu kampjuni minn kull lott li ser ikunu aċċessibbli għall-Istati Membri għal mhux inqas minn sentejn. |
Il- proċeduri skond punti (b) u (c) ser jkunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali ta' bla ħsieb.
Artikolu 27
Ippakkjar u ssiġillar
Żrieragħ jistgħu jiġu mibjugħa f'kontenituri magħluqin li jistgħu jkunu ssiġillati; Żrieragħ ippakkjati u kontenituri tagħhom iridu jkunu ssiġillati uffiċjalment jew taħt superviżjoni uffiċjali b'mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma jitkisser is-siġill jew mingħajr ma titħalla evidenza ta' tbabis tat- tikketta uffiċjali msemmija f'Artkolu 28 jew fuq il- pakkett.
Artikolu 28
Twaħħil ta' Tikketti
1. L-ippakkjar ta' żrieragħ irid ikollu tikketta tal-fornitur stampata b'lingwa uffiċjali tal-Komunità.
2. It-tikketta skond paragrafu 1 irid ikollha:
|
a) |
in-numru li jirreferi għall-lott ta' minn fejn ittieħdu; |
|
b) |
xahar u sena tas-siġill; |
|
c) |
speċi; |
|
d) |
denominazzjoni tal-varjetà li taqa' taħtha ż-żerriegħa skond kif ser tiġi mibjugħa (numru ta' referenza tal-persuna li rabbietha, denominazzjoni proposta jew denominazzjoni approvata) u n-numru ta' l-applikazzjoni uffiċjali għall-inklużjoni tal-varjetà, jekk applikabbli; |
|
e) |
indikazzjoni “varjetà mhux elenkata uffiċjalment”; |
|
f) |
fejn applikabbli, il-kliem “varjetà modifikata ġenetikament”, |
|
g) |
piż nett jew gross dikjarat jew dikjarar ta' numru ta' żrieragħ puri jew, fejn applikabbli, gozzijiet, |
|
h) |
fejn hemm indikazzjoni tal-piż u ta' pestiċidi granulari, sustanzi li jgħaqqdu jew affarijiet solidi miżjuda użati, in-natura ta' dawn l-adittivi u kif ukoll il-proporzjon approssimativ bejn piż ta' żrieragħ jew, fejn applikabbli, gozzijiet u piż totali. |
3. It-tikketta skond paragrafu 1 trid ikun ta' lewn oranċjo.
Artikolu 29
Trattament Kimiku
Kull trattament kimiku jrid jiġi mniżżel jew fuq it-tikketta uffiċjali skond Artikolu 9, jew fuq tikketta tas-supplent u fuq il-pakkett, jew ġewwa.
Artikolu 30
Perjodu ta' żmien
Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 32 u 33, awtorizzazzjonijiet mogħtija skond il-proviżjoni ta' din id-Deċiżjoni ser tibqa' valida għal perjodu ta' mhux iktar minn sena u tiġi imġedda skond m'hemm f'Artikolu 31.
Artikolu 31
Tiġdid ta'awtorizzazzjonijiet
1. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 32 u 33, awtorizzazzjonijiet imsemmija f'Artikolu 20 ser jiġu imġeddin, l-iktar għal darbtejn, għal żmien ta' mhux iktar minn sena kull wieħed.
2. L-applikazzjoni trid tinkludi dawn id-dokumenti:
|
a) |
referenza għall-awtorizzazzjoni oriġinali; |
|
b) |
Informazzjoni ulterjuri li titqiegħed ma' l-informazzjoni diġà pprovduta dwar id-deskrizzjoni, manutenzjoni u/jew koltivazzjoni jew użu tal-varjetà, soġġetta għall-awtorizzazzjoni oriġinali; |
|
ċ) |
evidenza li evalwazzjoni għad-dħul fil-katalogu tal-varjetà kkonċernata għadha għaddejja. |
Artikolu 32
Tmiem ta' validità
L-awtorizzazzjoni ser tieqaf tkun valida jekk l-applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali tiġi rtirata jew irrifjutata, jew il-varjetà tiddaħħal fil-katalogu.
Artikolu 33
Sigurtà
Minkejja awtorizzazzjoni mogħtija skond Artikolu 20, Stat Membru jista' jwaqqaf użu tal- varjetà f'parti jew biċċa mit-territorju tiegħu, jew jimponi kundizzjonijiet għall-koltivazzjoni tal-varjetà skond, fil-każijiet kif imniżżla f'subparagrafu (b), bil-kundizzjonijiet għall-użu tal- prodotti li jirriżultaw minn tali koltivazzjoni:
|
a) |
fejn jiġi stabbilit li koltivazzjoni ta' tali varjetà tista' tkun ta' ħsara għas-saħħa ta' pjanti u għall-koltivazzjoni ta' varjetajiet u speċi; jew |
|
b) |
fejn hemm raġunijiet validi għall-kunsidrazzjoni li l- varjetà tippreżenta riskji għas- saħħa jew riskji ambjentali. |
Artikolu 34
Obbligi ta' rapporti
1. Segwenti għall-għotja ta' awtorizzazzjoni, l-Istat membru li joħroġ l-awtorizzazzjoni jirrikjedi li l-persuna awtorizzata tirraporta:
|
a) |
l- informazzjoni akkwistata minn esperjenza prattika waqt il-koltivazzjoni, |
|
b) |
il-kwantitajiet ta' żrieragħ mqiegħda fis-suq waqt iż-żmien ta' awtorizzazzjoni u l-isem ta' l-Istat Membru destinatarju taż-żrieragħ. |
2. Informazzjoni stipolata f' punt (b) ta' paragrafu 1 ser tkun kunfidenzjali.
Artikolu 35
Kontrolli ta' manutenzjoni
L-Istat Membru li joħroġ l-awtorizzazzjoni jista' jivverifika l-manutenzjoni tal-varjetà.
Fejn il-manutenzjoni ssir fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru li ħareġ l-awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin amministrattivament dwar kontrolli neċessarji.
Stat Membru jista' jaċċetta manutenzjoni f'pajjiż ieħor, basta li d-deċiżjoni tittieħed skond Artikolu 37(1)(b) ta' Direttiva 2002/55/KE li l-kontrolli fuq prattika għall-manutenzjoni huma ta' l-istess assigurazzjoni kwalitattiva ta' dawk li jsiru fl-Istati Membri.
Artikolu 36
Notifikazzjoni
L- Istati Membri għandhom javżaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar:
|
a) |
kull applikazzjoni, kif din tasal, jew rifjut ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni; u |
|
b) |
għotja, tiġdid, revoka jew irtirar ta' awtorizzazzjoni. |
Artikolu 37
Skambju ta' informazzjoni
Stati Membri ser jagħmlu użu minn sistemi kompjuterizzati ta' komunikazzjoni sabiex jiffaċilitaw skambju ta' informazzjoni rigward il-konnessjoni ma' l-applikazzjoni għad-dħul ta' varjetajiet fil-katalgi nazzjonali u l-awtorizzazzjoni għall-varjetajiet ta' żrieragħ li għadhom mhux elenkati.
Artikolu 38
Pubblikazzjoni ta' lista ta' varjetajiet
Il-Kummissjoni tista', skond informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, tippubblika lista ta' varjetajiet li gew awtorizzati.
KAPITOLU IV
Artikolu 39
Indirizzazzjoni
Id- Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Sar fi Brussell, fl-1 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 125, tat-11.7.1966, p. 2298/66. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE (ĠU L 165, tat-3.7.2003, p. 23).
(2) ĠU 125, tal-11.7.1966, p. 2309/66 Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE (ĠU L 165, tat-3.7.2003, p. 23).
(3) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE.
(4) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, tat-18.10.2003, p. 1).
(5) ĠU 193, ta' l-20.7.2002, p. 60. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE.
(6) ĠU 193, ta' l-20.7.2002, p. 74. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE.
(7) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlement Ewropew u tal-Kunsill.