7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

243


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta' Novembru 2004

li taħtar membru supplenti Spanjol tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2004/829/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

fit-22 ta' Jannar 2002 il-Kunsill adotta Deċiżjoni li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

(2)

post bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Alejandro FONT de MORA y TURÓN, notifikata lill-Kunsill fis-26 ta' Ottubru 2004,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Is-Sinjura Gema AMOR PEREZ, Consejera de Cooperación y Participación – Gobierno de la Comunidad Autónoma de Valencia, hija b'dan maħtura membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni minflok is-Sur Alejandro FONT de MORA y TURÓN għall-bqija tal-mandat tiegħu, li jkompli sal-25 ta' Jannar 2006.

Magħmula fi Brussel, nhar id-29 ta' Novembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

L. J. BRINK HORST


(1)  ĠU L 24, 26.1.2002, p. 38.