7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

229


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ BiH/5/2004

tat-3 ta' Novembru 2004

li temenda d-Deċiżjoni BiH/1/2004 dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribuzzjonijiet ta' Stati terzi għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina u d-Deċiżjoni BiH/3/2004 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

(2004/822/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà BiH/1/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribuzzjonijiet ta' Stati terzi għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina (1) u Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà BiH/3/2004 tad-29 ta' Settembru 2004 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina (2) ,

Billi:

(1)

Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE dwar il-kontribuzzjoni ta' l-Albanija, l-EUMC qabel li jirrakkomanda lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà li jaċċetta l-kontribuzzjoni ta' l-Albanija.

(2)

Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Għalhekk, id-Danimarka ma tipparteċipax fil-finanzjament ta' l-operazzjoni.

(3)

Il-Kunsill Ewropew ta' Kopenhagen fit-12 u t-13 ta' Diċembru 2002 adotta Dikjarazzjoni li tistqarr li l-arranġamenti “Berlin Plus” u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri ta' l-UE li huma wkoll membri tan-NATO jew partijiet għall-“Partnership for Peace”, u li b'konsegwenza kkonkludew ftehim bilaterali ta' sigurtà man-NATO,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni BiH/1/2004 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“ANNESS

LISTA TA' STATI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

L-Albanija

L-Arġentina

Il-Bulgarija

Il-Kanada

Iċ-Ċile

IL-Marokk

In-New Zealand

In-Norveġja

Ir-Rumanija

L-Isvizzera

It-Turkija”.

Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni BiH/3/2004 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“ANNESS

LISTA TA' STATI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)

L-Albanija

L-Arġentina

Il-Bulgarija

Il-Kanada

Iċ-Ċile

Il-Marokk

In-New Zealand

In-Norveġja

Ir-Rumanija

L-Isvizzera

It-Turkija”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussel, nhar it-3 ta' Novembru 2004.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

A. HAMER


(1)  ĠU L 324, 27.10.2004, p. 20.

(2)  ĠU L 325, 28.10.2004, p. 64.