Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/810/PESK tal- 5 ta' Lulju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar il-parteċipazzjoni ta' l-Ukrajna fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPOL Proxima) f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
Official Journal L 354 , 30/11/2004 P. 0081 - 0081
Official Journal L 153 , 07/06/2006 P. 0182 - 0182
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/810/PESK tal- 5 ta' Lulju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar il-parteċipazzjoni ta' l-Ukrajna fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPOL Proxima) f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza, Billi: (1) Fid- 29 ta' Settembru 2003 il-Kunsill adotta Azzjoni Konġunta 2003/681/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizijia ta' l-Unjoni Ewropea (EUPOL Proxima) f'dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja [1]. (2) L-Artikolu 9(6) ta' dik l-Azzjoni Konġunta jipprovdi li arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati Terzi għandhom ikunu s-suġġett ta' ftehim, skond l-Artikolu 24 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. (3) Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 2 Marzu 2004 li tawtorizza lill-Presidenza, mgħejjuna fejn meħtieġ mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli biex tiftaħ negozjati, l-Presidenza nnegozjat ftehim ma' l-Ukrajna dwar il-parteċipazzjoni ta' l-Ukrajna fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPOL Proxima) f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. (4) Il-Ftehim għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar il-parteċipazzjoni ta' l-Ukrajna fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPOL Proxima) f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja hu b'dan approvat għan-nom ta' l-Unjoni Ewropea. It-test tal-Ftehim hu mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill hu b'dan awtorizzat li jinnomina ‘l persuna mogħtija s-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex jorbot lill-Unjoni Ewropea. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tibda sseħħ fil-jum ta' meta tiġi adottata. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussell, il- 5 ta' Lulju 2004. Għall-Kunsill Il-President G. Zalm [1] ĠU L 249, 1.10.2003, p. 66. -------------------------------------------------- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar il-parteċipazzjoni ta' l-Ukrajna fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea f'Dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (EUPOL "Proxima") L-UNJONI EWROPEA, min-naħa ‘l waħda, u L-UKRAJNA, min-naħa ‘l oħra, flimkien minn issa ‘l quddiem imsejjħa l-"Partijiet Parteċipanti", l-adozzjoni mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea fid- 29 ta' Settembru 2003 ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/681/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea f'Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ("EUPOL Proxima") [1], li tiddikjara li l-Istati li ser jissieħbu huma mistiedna u Stati terzi oħra jistgħu jiġu mistiedna biex jikkontribwixxu għall-EUPOL "Proxima", l-istedina lill-Ukrajna sabiex tipparteċipa fl-EUPOL "Proxima", it-temma b'suċċess tal-proċess ta' Ġenerazzjoni ta' Forza u r-rakkomandazzjoni mill-Kap tal-Pulizija tal-Missjoni u l-Kumitat għal Aspetti Pajżana ta' l-Immaniġġar ta' Kriżijiet biex jiftiehmu fuq il-parteċipazzjoni tal-Ukrajna fl-EUPOL "Proxima", id-deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtá ta' l- 10 ta' Frar 2004 li jiġi aċċettat il-kontribuzzjoni tal-Ukrajna għall-EUPOL "Proxima", il-ftehim konkluż fil- 11 ta' Diċembru 2003 bejn l-UE u Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-istatus u l-attivitajiet ta' l-EUPOL "Proxima" f'Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja [2], inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-istatus tal-persunal ta' l-EUPOL "Proxima", QABLU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Kwadru 1. Il-Ukrajna għandha tassoċja ruħha mad-dispożizzjonijiet ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/681/PESK dwar l-EUPOL "Proxima" adottata mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea fid- 29 ta' Settembru 2003, u ma' kull Azzjoni Konġunta jew Deċiżjoni li biha l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jista' jiddeċiedi li jestendi l-EUPOL "Proxima". 2. Il-kontribuzzjoni tal-Ukrajna għall-EUPOL "Proxima" hija mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 2 Status tal-persunal 1. L-istatus tal-persunal issekondat lill-EUPOL "Proxima" mill-Ukrajna għandu jkun irregolat mill-ftehim konkluż fil- 11 ta' Diċembru 2003 bejn l-UE u Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-istatus u l-attivitajiet ta' l-EUPOL "Proxima" f'Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. 2. Mingħajr preġudizzju għall-ftehim bejn l-UE u Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-istatus u l-attivitajiet ta' l-EUPOL "Proxima" f'Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Ukrajna għandha teżerċita ġurisdizzjoni fuq il-persunal tagħha li jkun qed jipparteċipa fl-EUPOL "Proxima". 3. L-Ukrajna għandha tkun responsabbli biex twieġeb għal kull pretensjoni marbuta mal-parteċipazzjoni fl-EUPOL "Proxima", minn jew li tikkonċerna kwalunkwe wieħed jew waħda mill-persunal tagħha. L-Ukrajna għandha tkun responsabbli sabiex tressaq kwalunkwe azzjoni, b'mod partikolari legali jew dixxiplinarja, kontra kwalunkwe wieħed jew waħda mill-persunal tagħha. 4. L-Ukrajna għandha tirrinunzja kull pretensjoni kontra kwalunkwe Stat li jkun qed jipparteċipa fl-EUPOL "Proxima", għal korriment, mewt ta' persunal tal-Ukrajna, jew dannu lil, jew telf ta', kwalunkwe assi tagħha stess u użati mill-EUPOL "Proxima" jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf: - kien ikkawżat mill-persunal ta' l-EUPOL "Proxima" fl-eżekuzzjoni tad-doveri tagħhom b'konnessjoni ma' l-operazzjoni, ħlief f'kaz ta' negliġenza gravi jew kondotta ħażina volontarja, - jew irriżulta mill-użu ta' kwalunkwe assi ta' Stati li jkunu qed jipparteċipaw fl-EUPOL "Proxima", basta li l-assi ntużaw b'konnessjoni ma' l-operazzjoni u ħlief f'każ ta' negliġenza gravi jew kondotta ħażina volontarja ta' persunal ta' l-EUPOL "Proxima" li jkun qed juża' dawk l-assi. 5. L-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea jimpenjaw ruħhom li jagħmlu dikjarazzjoni fir-rigward ta' l-irrinunzjar ta' pretensjonijiet, għal parteċipazzjoni tal-Ukrajna fl-EUPOL "Proxima". Artikolu 3 Informazzjoni klassifikata 1. Il-Ukrajna għandha tieħu l-miżuri xierqa sabiex tassigura li informazzjoni klassifikata ta' l-UE hija mħarsa b'mod konformi mar-regolamenti tas-sigurtà tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li jinstabu fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad- 19 ta' Marzu 2001 [3], u b'mod konformi ma' gwida ulterjuri maħruġa minn awtoritajiet kompetenti, inkluż mill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta' l-EUPOL "Proxima". 2. Fejn l-UE u l-Ukrajna ikunu ikkonkludew ftehim fuq proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata, id-disposizzjonijiet ta' tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest ta' l-EUPOL "Proxima". Artikolu 4 Persunal issekondat lill-EUPOL "Proxima" 1. L-Ukrajna għandha tassigura li l-persunal tagħha ssekondat lill-EUPOL "Proxima" iwettaq il-missjoni tiegħu b'mod konformi ma': - id-dispożizzjonijiet ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/681/PESK u emendi sussegwenti kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) ta' dan il-Ftehim; - il-Pjan ta' l-Operazzjoni; - miżuri ta' implimentazzjoni. 2. Il-Ukrajna għandha tinforma fi żmien debitu lill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta' l-EUPOL "Proxima" u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea bi kwalunkwe bidla fil-kontribuzzjoni tagħha fl-EUPOL "Proxima". 3. Persunal issekondat lill-EUPOL "Proxima" għandu jagħmel eżami mediku, vaċċinazzjoni u għandu jkun ċertifikat medikament f'saħħtu għax-xogħol minn awtorità kompetenti mill-Ukrajna. Persunal issekondat lill-EUPOL "Proxima" għandu jipproduċi kopja ta' din iċ-ċertifikazzjoni. 4. Uffiċċjali tal-pulizija issekondati għandhom jaħdmu fl-uniformijiet tal-pulizija nazzjonali tagħhom. Berèjiet u insinja għandhom jiġu ipprovduti mill-EUPOL "Proxima". Artikolu 5 Linja ta' kmand 1. Persunal issekondat mill-Ukrajna għandu jaqdi dmirijietu u jġib ruħu bl-interessi ta' l-EUPOL "Proxima" biss f'moħħu. 2. Il-persunal kollu għandu jibqa' taħt il-kmand totali ta' l-awtoritajiet nazzjonali tiegħu. 3. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operazzjonali (OPCON) lill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta' l-EUPOL "Proxima", li għandu jeżerċita dak il-kmand u kontrol permezz ta' struttura ġerarkika ta' kmand u kontroll. 4. Il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija għandu jmexxi l-EUPOL "Proxima" u jassumi l-amministrazzjoni ta' kuljum tagħha. 5. Il-Ukrajna għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi f'termini ta' amministrazzjoni ta' kuljum ta' l-operazzjoni bħal Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea li jkunu qed jieħdu sehem fl-operazzjoni, skond l-Artikolu 9, paragrafu 4, ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/681/PESK. 6. Il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta' l-EUPOL "Proxima" għandu jkun responsabbli għal kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal ta' l-operazzjoni. Meta jkun meħtieġ, azzjoni dixxiplinarja għandha tittieħed mill-awtoritá nazzjonali konċernata. 7. Għandu jiġi maħtur Punt ta' Kuntatt Kontinġenti nazzjonali (NPC) mill-Ukrajna biex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tagħha fl-operazzjoni. L-NPCs għandhom jirrapurtaw lill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta' l-EUPOL "Proxima" dwar materji nazzjonali u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina kontinġenti ta' kuljum. 8. Id-deċiżjoni biex tintemm l-operazzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-Ukrajna, basta li dan l-Istat ikun għadu jikkontribwixxi fl-EUPOL "Proxima" fid-data tat-tmiem ta' l-operazzjoni. Artikolu 6 Aspetti finanzjarji 1. Il-Ukrajna għandha tassumi l-ispejjeż kollha li għandhom x'jaqsmu mal-parteċipazzjoni tiegħu fl-operazzjoni minbarra l-ispejjeż, li huma suġġetti għall-finanzjament komuni ta' l-UE, kif stabbilit fl-estimi operazzjonali ta' l-operazzjoni. 2. Il-Ukrajna għandha tikkunsidra li tagħmel kontribuzzjonijiet ta' natura volontarja. 3. F'każ ta' tali kontribuzzjonijiet ta' natura volontarja, arranġament fuq il-modalitajiet prattiċi tal-ħlas għandhom jiġu iffirmati bejn il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta' l-EUPOL "Proxima" u s-servizzi amministrattivi rilevanti tal-Ukrajna dwar il-kontribuzzjonijiet tal-Ukrajna għall-estimi operazzjonali ta' l-EUPOL "Proxima". Dan l-arranġament għandu, inter alia, jinkludi d-dispożizzjonijiet li ġejjien: (a) l-ammont konċernat; (b) l-arranġamenti għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja; (ċ) il-proċedura tal-verifika tal-kontijiet. 4. F'każ ta' mewt, korriment, telf jew danni lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn Dik li Qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Ukrajna għandha, meta r-responsabbiltà tagħha tkun ġiet stabbilita, tħallas kumpens skond il-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim dwar l-istatus tal-missjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tal-Ftehim. Artikolu 7 Nuqqas ta' konformità Jekk waħda mill-Partijiet tonqos milli tikkonforma ma' l-obbligi tagħha stabbiliti fl-Artikoli preċedenti, il-Parti l-oħra għandu jkollha d-dritt li ttemm dan il-Ftehim billi tagħti avviż ta' xahar. Artikolu 8 Riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet Kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu riżolti b'mezzi diplomatiċi bejn il-Partijiet. Artikolu 9 Dħul fis-seħħ 1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu innotifikaw lil xulxin bit-tmiem tal-proċeduri interni meħtieġa għal dan l-iskop. 2. Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat b'mod provviżorju mid-data ta' l-iffirmar. 3. Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat abbażi ta' ftehim reċiproku bil-miktub bejn il-Partijiet. 4. Dan il-Ftehim jista' jiġi ddenunzjat minn Parti waħda b'avviż ta' denunzja bil-miktub mogħti lill-Parti l-oħra. Tali denunzja għandha tibda sseħħ sitt xhur wara li l-Parti l-oħra tirċievi n-notifika. Magħmul fl-Aja, it- 8 ta' Lulju 2004 bl-Ingliż f'erba' kopji. Għall-Unjoni Ewropea +++++ TIFF +++++ Għall-Ukrajna +++++ TIFF +++++ [1] ĠU L 249, 1.10.2003, p. 66 [2] ĠU L 16, 23.1.2004, p. 65. [3] ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1. --------------------------------------------------