2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Novembru 2004

li temenda d-Deċiżjoni 97/252/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-istabbilimenti fir-Russja f’listi proviżorji ta’ stabbilimenti tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw il-ħalib u prodotti b’bażi ta’ ħalib għall-konsum mill-bniedem

(notifikata bid-dokument numru C(2004) 4445)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/807/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kundizzjonijiet għat-tfassil, għal perjodu temporanju, ta’ listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/252/KE tal-25 ta’ Marzu 1997 li tfassal listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ ħalib u ta’ prodotti tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem (2) tistipula listi proviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw il-ħalib u prodotti tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem.

(2)

Ir-Russja pprovdiet lista ta' stabbilimenti li jipproduċu l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem li għalihom l-awtoritajiet responsabbli jiċċertifikaw li l-istabbilimenti huma konformi mar-regoli Komunitarji.

(3)

Skont dan, dawn l-istabbilimenti għandhom ikunu inklużi fil-listi stipulati fid-Deċiżjoni 97/252/KE.

(4)

L-importazzjonijiet minn dawn l-istabbilimenti m’għandhomx ikunu eliġibbli għal verifiki fiżiċi mnaqqsa skont id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3).

(5)

Id-Deċiżjoni 97/252/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 97/252/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-3 ta' Diċembru 2004.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta' Novembru 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.10.1995, p. 17. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33)

(2)  ĠU L 101, 18.4.1997, p. 46. Id-Deċizjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2003/59/KE (ĠU L 23, 28.1.2003, p. 28)

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1)


ANNESS

It-test li ġej għandu jiddaħħal fl-Anness skont l-ordni alfabetika tal-kodiċi ISO:

País: Russia / Země: Rusko / Land: Rusland / Land: Russland / Riik: Venemaa / Χώρα: Ρωσία / Country: Russia / Pays: Russie / Paese: Russia / Valsts: Krievija / Šalis: Rusija / Ország: Oroszország / Pajjiż: Russja / Land: Risland / Państwo: Rosja / País: Rússia / Krajina: Rusko / Država: Rusija / Maa: Venäjä / Land: Ryssland

1

2

3

4

5

6

1PM-77/2

PJSC ‘Lianozovo Dairy’

Moska

Moska

 

 

1PM-22/1

‘Altayholod’ Ltd

Barnayl

it-territorju Altayskiy

 

 

1PM-48/3

PJSC ‘Lipetskiy hladokombinat’

Lipetsk

ir-Reġjun Lipetskiy”