7.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
105 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-26 ta' Lulju 2004
li taħtar membru Ġermaniż u membru supplenti Ġermaniż tal-Kumitat tar-Reġjuni
(2004/769/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,
Billi:
(1) |
fit-22 ta' Jannar 2002 il-Kunsill adotta Deċiżjoni li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni (1), |
(2) |
sar vakanti post ta' membru tal-Kumitat tar-Reġjuni wara r-riżenja tas-Sinjur Axel ENDLEIN, notifikata lill-Kunsill fis-7 ta' Lulju 2004, u sar vakanti post ta' membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni wara n-nomina tas-Sinjur Peter WINTER biex ikun membru sħiħ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
(a) |
Is-Sinjur Peter WINTER, Landrat Kreis Saarlouis huwa b'dan maħtur bħala membru minflok is-Sinjur Axel ENDLEIN; |
(b) |
Is-Sinjur Helmut JAHN, Landrat huwa b'dan maħtur bħala membru supplenti minflok is-Sinjur Peter WINTER, |
għall-bqija tat-terminu tal-mandat tagħhom, li jkompli sal-25 ta' Jannar 2006.
Magħmula fi Brussell, is-26 ta' Lulju 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
B. R. BOT
(1) ĠU L 24, tas-26.1.2002, p. 38.