7.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
100 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-2 ta' Novembru 2004
li taħtar membru tal-Qorti ta' l-Awdituri
(2004/759/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 247(1), (2) u (3) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 160b(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni 2003, u b'mod partikolari, l-Artikolu 47 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
L-Artikolu 47 ta' l-Att ta' Adeżjoni 2003 jipprevedi l-ħatra ta' għaxar membri addizzjonali għall-Qorti ta' l-Awdituri għal mandat ta' sitt snin. Il-Kunsill għad irid jaħtar wieħed minn dawk il-membri addizzjonali, biex jikkompleta l-ħatra ta' disa' membri fis-7 ta' Mejju 2004 (2),
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sinjur Kikis KAZAMIAS hu hawnhekk maħtur membru tal-Qorti ta' l-Awdituri għal perojodu ta' sitt snin b'effett mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum meta tiġi adottata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussel, nhar it-2 Novembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
B. R. BOT
(1) Opinjoni mogħtija fit-28 ta' Ottubru 2004.
(2) ĠU L 187, 26.5.2004, p. 7.