7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

89


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL,

meħuda b'akkordju komuni mal-President tal-Kummissjoni nominat,

tal-5 ta' Novembru 2004

li tadotta l-lista ta' persuni oħra li l-Kunsill mistenni jaħtar bħala Membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2004/642/KE, Euratom

(2004/753/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 213 (1), it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 214(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 126 (1) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 127(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Kummissjoni ġdida, li tikkonsisti minn ċittadin wieħed ta' kull Stat Membru, għandha tiġi maħtura għall-perijodu mid-data tal-ħatra tagħha sal-31 ta' Ottubru 2009.

(2)

Fid-29 ta' Ġunju 2004 il-Kunsill, imlaqqa' fil-komposizzjoni ta' Kapijiet ta' Stat jew Gvern, innomina lis-Sinjur José Manuel DURÃO BARROSO bħala l-persuna li għandu l-intenzjoni li jaħtar bħala President tal-Kummissjoni (1).

(3)

Il-Parlament Ewropew approva dik in-nomina bir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Lulju 2004.

(4)

Bid-Deċiżjoni 2004/642/KE, Euratom (2), il-Kunsill adotta b'akkordju komuni mal-President tal-Kummissjoni nominat il-lista ta’ persuni oħra li bi ħsiebha taħtar bħala Membri tal-Kummissjoni.

(5)

B’akkordju komuni mal-President tal-Kummissjoni nominat, id-Deċiżjoni 2004/642/KE, Euratom għandha tiġi mħassra qabel ma l-lista li fiha tiġi sottomessa għal vot ta’ approvazzjoni mill-Parlament Ewropew u sostitwita bid-Deċiżjoni preżenti.

(6)

Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jistabbilixxi l-Kostituzzjoni għall-Ewropa ser jinkludi t-tmiem tal-mandat tal-Membru tal-Kummissjoni li għandu l-istess nazzjonalitá bħal dik tal-futur Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni Ewropea, li ser ikun Viċi-President tal-Kummissjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan innominati b'akkordju komuni mas-Sinjur José Manuel DURÃO BARROSO, President tal-Kummissjoni nominat, bħala l-persuni li l-Kunsill mistenni jaħtar bħala Membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mid-data tal-ħatra tal-Kummissjoni l-ġdida sal-31 ta' Ottubru 2009:

Is-Sur Joaquín ALMUNIA AMANN

Is-Sur Jacques BARROT

Is-Sur Joe BORG

Is-Sur Stavros DIMAS

Is-Sinjura Benita FERRERO-WALDNER

Is-Sur Ján FIGEĽ

Is-Sinjura Mariann FISCHER BOEL

Is-Sur Franco FRATTINI

Is-Sinjura Dalia GRYBAUSKAITĖ

Is-Sinjura Danuta HÜBNER

Is-Sur Siim KALLAS

Is-Sur László KOVÁCS

Is-Sinjura Neelie KROES

Is-Sur Marcos KYPRIANOU

Is-Sur Peter MANDELSON

Is-Sur Charlie McCREEVY

Is-Sur Louis MICHEL

Is-Sur Andris PIEBALGS

Is-Sur Janez POTOČNIK

Is-Sinjura Viviane REDING

Is-Sur Olli REHN

Is-Sur Vladimír ŠPIDLA

Is-Sur Günter VERHEUGEN

Is-Sinjura Margot WALLSTRÖM.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2004/642/KE, Euratom hi b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, nhar il-5 ta' Novembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. R. BOT


(1)  ĠU L 236, 7.7.2004, p. 15.

(2)  ĠU L 294, 17.9.2004, p. 30.