7.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
83 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 Ottubru 2004
li tiddeskrivi fil-qosor l-approċċ ġenerali għar-riallokazzjoni tar-riżorsi skond ir-Regolament (KE) Nru 1267/1999 li jistabbilixxi Strument għall-Politika Strutturali ta' Qabel l-Adeżjoni
(2004/749/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1267/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi Strument għall-Politika Strutturali ta' Qabel l-Adeżjoni (1), u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen tat-12 u t-13 ta' Diċembru 2002 approva uffiċjalment ir-riżultati tan-negozjati li rriżultaw fl-adeżjoni mal-Komunità fl-2004 ta' tmien pajjiżi li dak iż-żmien bbenifikaw mid-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) 1267/1999. Konsegwentament, matul il-perjodu mill-2004 sa l-2006, il-Bulgarija u r-Rumanija biss ser ikomplu jibbenifikaw mill-obbligi skond dak ir-Regolament. |
(2) |
Bl-approvazzjoni uffiċjali tar–“roadmaps” għall-Bulgarija u r-Rumanija proposti mill-Kummissjoni, l-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen ftiehem, bħala approċċ ġenerali għar-riallokazzjoni, li l-proporzjon għar-riallokazzjoni għandu jkun iffissat għal 30/70, rispettivament, skond il-programm Phare stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 tat-18 ta' Diċembru 1989 dwar l-għajnuna ekonomika għar-Repubblika ta' l-Ungerija u r-Repubblika tal-Poplu Pollakk (2), il-programm speċjali ta' l-adeżjoni għal żvilupp agrikolu u rurali (SAPARD) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 (3) u l-Istrument għall-Politika Strutturali ta' Qabel l-Adeżjoni (ISPA), stabbilit bir-Regolament Nru 1267/1999. |
(3) |
Skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1267/1999, il-proporzjon iqis l-bżonn u l-kapaċità tal-Bulgarija u r-Rumanija li jassorbu l-assistenza, kif ukoll il-kriterji stipulati fl-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament. |
(4) |
Peress illi l-proporzjon 30/70 japplika għall-perjodu sħiħ ta' tlett snin mill-2004 sa l-2006, huwa xieraq li tkun permessa allokazzjoni indikattiva tar-riżorsi totali fuq bażi annwali konsistenti ma' dak il-proporzjon. |
(5) |
Konsegwentament, l-approċċ ġenerali għar-riallokazzjoni bejn il-pajjiżi benefiċjarji li baqa', jiġifieri l-Bulgarija u r-Rumanija, għandu jkun li l-proporzjon 30/70 għandu japplika għall-perjodu sħiħ ta' tlett snin mill-2004 sa l-2006, u allokazzjoni indikattiva tar-riżorsi totali għandha tkun determinata fuq bażi annwali skond bracket li tirrifletti dak il-proporzjon ġenerali; |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Waħdieni
Bħala approċċ trattament ġenerali għall-perjodu ta' tlett snin mill-2004 sa l-2006, ir-riżorsi skond ir-Regolament (KE) Nru 1267/1999 għandhom jiġu riallokati bejn il-Bulgarija u r-Rumanija skond proporzjon ta' 30/70, rispettivament, applikabbli għal dak il-perjodu sħiħ.
Matul il-perjodu ta' tlett snin msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-allokazzjoni annwali ta' riżorsi skond ir-Regolament (KE) Nru 1267/1999 għandha tkun determinata abbażi ta' proporzjon indikattiv ta' 65 % sa 75 % tar-riżorsi totali fil-każ tar-Rumanija u 25 % sa 35 % tar-riżorsi totali fil-każ tal-Bulgarija.
Magħmula fi Brussel, nhar il-21 Ottubru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
W. KOK
(1) ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 73. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 769/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 1).
(2) ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 769/2004.
(3) ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 87. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 769/2004.