12.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

190


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Settembru 2004

li tagħraf fil-prinċipju it-tkomplija ta' l-inkartamenti mibgħuta għal stħarriġ dettaljat minħabba d-dħul possibbli tal-proquinazid, IKI-220 (floniċamid) u l-gamma-ċyhalothrin fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3384)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/686/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tpoġġija fis-suq ta' prodotti tal-ħarsien tal-pjanti (1), u l-aktar l-Artikolu 6(3) miġjub fiha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE tipprovdi għall-iżvilupp ta' lista tal-Komunità ta' dawk is-sustanzi attivi li huma awtorizzati biex ikunu inkorporati fi prodotti tal-ħarsien tal-pjanti.

(2)

DuPont (UK) Ltd kien bagħat inkartament għas-sustanza attiva proquinazid lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fid-9 ta' Jannar 2004 b'applikazzjoni biex tinkiseb l-inklużjoni ta' din fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. ISK Biosċienċes Europe S.A. kien bagħat inkartament għas-sustanza IKI-220 (floniċamid) lill-awtoritajiet ta' Franza fit-23 ta' Diċembru 2003 b'applikazzjoni biex tinkiseb l-inklużjoni ta' din fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Pyteċh Ċhemiċals GmbH kien bagħat inkartament għas-sustanza gamma-ċyhalothrin lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fl-4 ta' Novembru 2003 b'applikazzjoni biex tinkiseb l-inklużjoni ta' din fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE,

(3)

L-awtoritajiet tar-Renju Unit u Franza urew lill-Kummissjoni li, minn eżami preliminari, l-inkartamenti għas-sustanzi attivi konċernati jidhru li jilħqu l-kriterji tad-data u t-tagħrif stabbiliti fl-Anness II għad-Direttiva 91/414/KEE. L-inkartamenti li ntbagħtu jidhru wkoll li jilħqu l-kriterji tad-data u t-tagħrif stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE dwar prodott wieħed tal-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata. Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, l-inkartamenti wara kienu mgħoddija mill-applikanti rispettivi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, u kienu riferuti lill-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali.

(4)

B'din id-Deċiżjoni għandu jkun ikkonfermat b'mod formali fuq livell ta' Komunità li l-inkartamenti huma meqjusa li jilħqu fil-prinċipju l-kriterji tad-data u t-tagħrif li hemm fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed tal-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, il-kriterji stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tippreġudika d-dritt tal-Kummissjoni li din titlob lill-applikant biex jagħti aktar data jew tagħrif biex ikunu ċċarati ċerti punti fl-inkartament.

(6)

Il-miżuri li hemm f'din id-deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE, l-inkartamenti li jikkonċernaw is-sustanzi attivi murija fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, li kienu ntbagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex dawk is-sustanzi jkunu jistgħu jiddaħħlu fl-Anness I għal dik id-Direttiva, jilħqu fil-prinċipju l-kriterji tad-data u t-tagħrif stabbiliti fl-Anness II għal dik id-Direttiva.

L-inkartamenti jilħqu wkoll il-kriterji tad-data u t-tagħrif stabbilti fl-Anness III għal dik id-Direttiva dwar prodott wieħed tal-ħarsien tal-pjanti li fih hemm is-sustanza attiva, waqt li jitqiesu l-użi proposti.

Artikolu 2

L-Istati Membri relaturi għandhom jissuktaw bl-istħarriġ dettaljat ta' l-inkartamenti kkonċernati u għandhom jirrappurtaw il-konklużjonijiet ta' l-istħarriġ tagħhom. Dan għandu jkun akkumpanjat bir-rakkomandazzjonijiet kollha fuq id-dħul jew l-esklużjoni tas-sustanzi attivi kkonċernati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u bil-kundizzjonijiet kollha marbuta ma' dawn. Dan għandu jkun mgħoddi lill-Kummissjoni Ewropea kemm jista' jkun malajr u sa mhux aktar tard minn sena wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fid-29 ta' Settembru 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/71 (ĠU L 127, tad-29.4.2004, p. 104).


ANNESS

Sustanzi attivi kkonċernati b’din id-Deċiżjoni

Nru

Isem Komuni, Numru ta’ l-Identifikazzjoni CIPAC

Applikant

Data ta’ l-applikazzjoni

Stat Membru Relatur

1

Proquinazid CIPAC-Nru.: 764

DuPont (UK) Ltd.

9.1.2004

RU

2

IKI-220 (flonicamid) CIPAC-Nru. għadha mhix allokata

ISK Biosciences Europe S.A.

23.12.2003

FR

3

Gamma-cyhalothrin CIPAC-No. għadha mhix allokata

Pytech Chemicals GmbH

4.11.2003

RU