|
12.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
176 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta' Settembru 2004
dwar kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-ispejjeż tat-tilqim kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fl-Olanda fl-2001
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3435)
(It-test Olandiż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza ghaż-ŻEE)
(2004/674/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 fuq in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 (3) u l-Artikolu 11 (4) ċ) ta' din,
Billi:
|
(1) |
Hekk kif il-preżenza tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer ġiet ikkonfermata uffiċjalment fl-2001, l-Olanda rrapportat li kienet immedjatament implimentat il-miżuri ta' kontroll li għandhom jiġu applikati fil-każ ta' tfaqqigħ tal-marda kif ipprovdut fid-Direttiva 85/511/KEE tat-18 ta' Novembru 1985 li introduċiet miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer (2), kif meħtieġ biex wieħed jikseb kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-qerda tal-marda skond id-Deċiżjoni 90/424/KEE. |
|
(2) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/652/KE (3) tas-16 ta' Awwissu 2001, ingħata kontribut finanzjarju mill-Komunità bħala kumpens lis-sidien għall-valur ta' l-annimali li kellhom jinqatlu b'mod obbligatorju skond il-miżuri ta' qerda relatati mat-tfaqqigħ tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fl-2001 |
|
(3) |
Kontribut finanzjarju mill-Komunità ngħata wkoll għall-ispejjeż operazzjonali tal-qerda tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fl-Olanda fl-2001 skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/182/KE ta' l-14 ta' Marzu 2003 (4). |
|
(4) |
Skond l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/246/KE tas-27 ta' Marzu 2001 li tistipula l-kondizzjonijiet tal-kontroll u l-qerda tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fl-Olanda fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 13 tad-Direttiva 85/511/KEE (5), l-Olanda ġiet awtorizzata tiddeċiedi jekk għandhiex tirrikorri għat-tilqim li jrażżan skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
Skond l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/279/KE tal-5 ta' April 2001 li temenda d-Deċiżjoni 2001/246/KE (6), l-Olanda ġiet awtorizzata wkoll tiddeċiedi jekk għandhiex tirrikorri għat-tilqim protettiv skond il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Annessi għal dik id-Deċiżjoni. |
|
(6) |
It-tilqim ta' l-annimali għandu jitqies bħala strument addizzjonali u essenzjali biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer u biex din tiġi kkontrollata u meqruda. |
|
(7) |
B'hekk huwa xieraq li l-UE tikkontribwixxi għall-ispejjeż li l-Olanda kellha tagħmel fit-twettiq ta' din l-operazzjoni. |
|
(8) |
Fil-21 ta' Marzu 2003, l-Olanda ppreżentat talba għal kumpens għall-ispejjeż operazzjonali tal-qerda tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer; hija inkludiet ukoll l-ispejjeż għat-tilqim ta' l-annimali. |
|
(9) |
Skond l-informazzjoni pprovduta mill-Olanda ntużaw 380,150 tilqima, ix-xiri u r-riformulazzjoni tagħhom swew 0.39 euro kull doża, l-ammont eliġibbli għall-personal impjegat speċifikament għal dan huwa 608,826 euro, u l-ispejjeż eliġibbli għall-oġġetti konsumibbli użati speċifikament għal dan huma 513,726 euro. |
|
(10) |
Ir-rapporti u t-talbiet għal kumpens ippreżentati mill-Olanda juru li t-tilqim twettaq b'mod effiċjenti. |
|
(11) |
Konformi mad-Deċiżjoni 90/424/KEE, il-kontribut finanzjarju lejn din l-operazzjoni huwa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli. Il-kontribut ta' l-UE lejn it-tilqim kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer għandu b'hekk jiġi ffissat għal 762.487 euro. |
|
(12) |
Konformi ma' l-Artikolu 3 (2) tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (7), miżuri veterinarji u tas-saħħa tal-pjanti li ttieħdu skond ir-regoli tal-Komunità għandhom jiġu ffinanzjati taħt is-Sezzjoni ta' Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għal Gwida u Garanzija; għal raġunijiet ta' kontroll finanzjarju, l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 għandhom japplikaw. |
|
(13) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Pagament ta' kontribut finanzjarju mill-Komunità lill-Olanda
L-ammont ta' 762,487 euro għandu jitħallas lill-Olanda bħala kontribut finanzjarju mill-Komunità għal 60 % tan-nefqa eliġibbli għall-vaċċinazzjoni ta' l-annimali kif awtorizzat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/246/KE.
Artikolu 2
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' l-Olanda.
Magħmula fi Brussell, fil-15 ta' Settembru 2004.
Għall-Kummissjoni
David BYRNE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill 2003/99/KE (ĠU L 325 tat-12.12.2003, p. 31).
(2) ĠU L 315, tas-26.11.1985, p. 11. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill KE/806/2003 (ĠU L 122 tas-16.5.2003, p. 1).
(3) ĠU L 230, tat-28.8.2001, p. 8.
(4) ĠU L 71, tal-15.3.2003,p. 19.
(5) ĠU L 88, tat-28.3.2001, p. 21.