30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

351


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Ġunju 2004

li taħtar membru supplenti Ġermaniż tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2004/671/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

fit-22 ta' Jannar 2002 (1) il-Kunsill adotta Deċiżjoni li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni,

(2)

post bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara r-riżenja tas-Sinjur Rolf BÖHME, notifikata lill-Kunsill fis-17 ta' Novembru 2003,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Is-Sinjura Bärbel DIECKMANN, Oberbürgermeisterin, Bonn, hi hawnhekk maħtura membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni flok is-Sinjur Rolf BÖHME għal bqija tal-mandat tiegħu li jkompli sal-25 ta' Jannar 2006.

Magħmula fi Brussell, fit-8 ta' Ġunju 2004

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDOWELL


(1)  ĠU L 24, tas-26.1.2002, p. 38.