|
12.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
158 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta' Settembru 2004
li tikkonċerna studju bażiku dwar il-prevalenza tas-Salmonella fi gruppi ta' Gallus gallus li jbidu
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3512)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2004/665/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 fuq l-ispiża fil- qasam veterinarju (1) u, b'mod partikolari, l-Artikoli 19 u 20 tagħha;
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti oħra speċifiċi taż-żoonosi li tinġarr fl-ikel, għandu jiġi stabbilit għan tal-Komunità sat-12 ta' Diċembru 2005 għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-salmonella f'poplazzjonijiet ta' tiġieġ li jbidu. |
|
(2) |
Sabiex jitfassal l-għan, għandha tkun disponibbli data komparabbli fost l-Istati Membri fuq il-prevalenza tas-salmonella fil-popolazzjonijiet ta' tiġieġ li jbidu. Informazzjoni ta' dan it-tip mhix disponibbli u għalhekk studju speċjali għandu jsir sabiex tiġi ċċekkjata l-prevalenza tas-salmonella f'tiġieġ li jbidu waqt perijodu ta' żmien xieraq sabiex jittieħdu f'konsiderazzjoni l-varjazzjonijiet staġunali possibbli. |
|
(3) |
L-Artikolu 19 ta' 90/424/KEE stabbilixxa li l-Komunità se tieħu r-responsabbiltà, jew tassisti l-Istati Membri fl-impriża, il-miżuri tekniċi u xjentifiċi neċessarji għall-iżvilupp tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità u għall-iżvilupp ta' taħriġ u edukazzjoni veterinarja. |
|
(4) |
L-istudju se jipprovdi informazzjoni teknika neċessarja għall-iżvilupp tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità. Fid-dawl ta' l-importanza biex tinġabar data komparabbli fl-Istati Membri fuq il-prevalenza tas-salmonella f'tiġieġ li jbidu, il-Komunità għandha tipprovdi għajnuna finanzjarja lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti speċifiċi ta' l-istudju. Huwa xieraq li jitħallas lura l-100 % ta' l-ispejjeż li ntnefqu għat-testijiet fil-laboratorji, sa l-ammont massimu għal kull test. |
|
(5) |
Skond l-Artikolu 3, paragrafu 2, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, il-miżuri veterinarji u tas-saħħa tal-pjanti meħuda skond ir-regoli tal-Komunità għandhom jiġu ffinanzjati taħt is-Sezzjoni “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija; għal skopijiet ta' kontrolli finanzjarji, għandhom japplikaw l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999. |
|
(6) |
Kontribuzzjoni finanzjarja mingħand il-Komunità għandha tkun konċessa sakemm l-azzjonijiet li għalihom ġiet provduta l-kontribuzzjoni jkunu mwettqa b'mod effettiv u bil-kondizzjoni li l-awtoritajiet ifornu l-informazzjoni kollha neċessarja fiż-żmien limitat provdut. |
|
(7) |
Hemm il-bżonn li tiġi ċċarata r-rata li għandha tintuża għall-qlib ta' l-applikazzjonijiet tal-pagament sottomessi fil-munita nazzjonali kif definit f'Artikolu 1 d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 2799/98 li jistabilixxi arranġamenti agrimunitarji għall-ewro (2). |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond il-fehma tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimal. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għan ta' l-istudju u dispożizzjonijiet ġenerali
1. Il-Komunità se tieħu ħsieb studju tekniku li jimmira li jagħti stima tal-prevalenza ta' Salmonella spp. minn naħa għall-oħra ta' l-Unjoni Ewropea fi gruppi ta' tiġieġ li jbidu (Gallus gallus) għall-produzzjoni ta' bajd għall-konsum tal-bniedem fit-tmiem tal-perijodu tal-produzzjoni tagħhom (minn hawn 'il quddiem “l-istudju”).
2. Ir-riżultati se jintużaw sabiex jitfasslu l-għanijiet tal-Komunità kif provdut f'Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003.
3. L-istudju se jkopri perijodu ta' sena li tibda mill- fl-1 ta' Ottubru 2004.
4. Għall-iskop ta' din id-deċiżjoni “awtorità kompetenti” se tfisser l-awtorità jew l-awtoritajiet ta' Stat Membru kif provdut f'Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003.
5. Għall-iskop ta' paragrafu 1, il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jikkoperaw skond l-Artikoli 2 sa 6.
Artikolu 2
Struttura tal-kampjuni
1. It-teħid ta' kampjuni sabiex ikun jista' jseħħ l-istudju se jiġi organizzat mill-Istati Membri u se jiġi eżekwit mill- fl-1 ta' Ottubru 2004 f'azjendi li fihom ta' l-inqas 1000 tiġieġa li jbidu. Fejn xieraq, azjendi iżgħar għandhom ukoll jittieħdilhom kampjun skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija f'Artikolu 5, bi preferenza għal azjendi b'aktar minn 350 tiġieġa.
2. F'kull azjenda magħżula, għandu jittieħed kampjun ta' grupp wieħed bit-tiġieġ ta' l-età xierqa.
3. It-teħid tal-kampjuni għandu jiġi eżekwit minn awtorità kompetenti jew taħt is-sorveljanza tagħha, minn korpi li lilhom ġiet delegata din ir-responsabbiltà.
4. Ta' l-inqas 172 azjenda f'kull Stat Membru se jittieħdulha kampjuni. Madanakollu, f'Istati Membri fejn jeżistu inqas minn 172 azjenda, l-azjendi kollha se jittieħdilhom kampjun. Fil-każijiet kollha, fit-teħid tal-kampjuni għandha tingħata prijorità lill-azjendi b' aktar minn 1000 tiġieġa.
Artikolu 3
Skoperta tas- Salmonella spp. u s-serotyping
1. L-iskoperta u s-serotyping għandhom iseħħu f'laboratorji ta' referenza nazzjonali għas-salmonella.
2. Skond id-deroga minn paragrafu 1, f'każ li l-laboratorju ta' referenza nazzjonali ma jkollux il-kapaċità li jeżegwi l-analiżi kollha jew jekk mhux il-laboratorju li jeżegwi l-iskoperta bħas-soltu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jinnominaw numru limitat ta' laboratorji oħra involuti fil-kontroll uffiċjali tas-salmonella biex iwettqu l-analiżi. Dawn il-laboratorji għandhom ikollhom esperjenza li hi ppruvata fl-użu tal-metodu ta' l-iskoperta meħtieġ, għandhom jimplimentaw sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità konformi ma' l-istandard ISO 17025, u għandu jiġi mressaq lis-sorveljanza tal-laboratorji ta' referenza nazzjonali.
3. L-iskoperta tas-Salmonella spp għandha tiġi eżegwita fi qbil mal-metodu rakkomandat mil-laboratorju ta' referenza tas-salmonella tal-Komunità.
4. Is-Serotyping għandu jiġi eżegwit skond l-iskema Kaufmann-White.
Artikolu 4
Ġbir tad-data, evalwazzjoni u rapport
1. L-awtorità nazzjonali responsabbli għall-preparazzjoni tar-rapport nazzjonali annwali dwar il-monitoraġġ tas-salmonella f'annimali skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/99/KE għandha tiġbor u tevalwa r-riżultati ta' l-iskoperta miksuba skond l- Artikolu 3 fuq il-bażi ta' l-struttura tat-teħid tal-kampjuni msemmija f'Artikolu 2, għandha tirraporta l-evalwazzjoni tagħha lill-Kummissjoni.
2. Id-data kollha relevanti miġbura għall-iskop ta' l-istudju għandha tiġi mogħtija lill-Awtorità Ewropeja għas-Sigurtà ta' l-Ikel, fuq it-talba tal-Kummissjoni.
3. Id-data u r-riżultati miġbura fuq livell nazzjonali se jkunu aċċessibbli għall-pubbliku f'forma li tassigura l-kunfidenzjalità.
Artikolu 5
Speċifikazzjonijiet tekniċi
Ix-xogħlijiet u l-attivitajiet msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta' din id-deċiżjoni għandhom jiġu eżegwiti b'mod konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ġew preżentati fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali fil-15 ta' Lulju 2004, kif ippubblikat fil-website tal-Kummissjoni.
Artikolu 6
Skop ta' l-assistenza finanzjarja tal-Komunità
1. Il-Komunità għandha tipprovdi assistenza finanzjarja għal ċerti spejjeż li ntnefqu mill-Istati Membri għat-testijiet fil-laboratorju, jiġifieri l-iskoperta batterjoloġika tas-Salmonella spp. u s-serotyping ta' każijiet iżolati relevanti.
2. L-assistenza finanzjarja massima mingħand il-Komunità għandha tkun 20 EUR għal kull test għall-iskoperta batterjoloġika tas-Salmonella spp. u 30 EUR għas-serotyping ta' każijiet iżolati relevanti.
3. L-assistenza finanzjarja mingħand il-Komunità m'għandhiex taqbeż l-ammonti stabbiliti f'Anness I għat-tul ta' l-istudju.
Artikolu 7
Kondizzjonijiet ta' l-assistenza finanzjarja tal-Komunità
1. L-assistenza finanzjarja msemmija f'Artikolu 6 għandha tingħata lil kull Stat Membru bil-kondizzjoni li l-implimentazzjoni ta' l-istudju tkun konformi mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi tal-Komunità, li jinkludu regoli dwar il-kompetizzjoni u dwar l-għotja ta' kuntratti pubbliċi, u bil-kundizzjoni li jkunu rispettati l-kundizzjonijiet ipprovduti f'punti (a) sa (d).
|
a) |
Jidħlu fis-seħħ sa l-1 ta' Ottubru 2004, kif xieraq il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi għall-implimentazzjoni ta'l-istudju. |
|
b) |
Rapport dwar il-progress li jkopri l-ewwel 3 xhur ta'l-istudju għandu jiġi mgħoddi, sa erba' ġimgħat, l-iktar tard, wara li l-perijodu tar-rapport ikun ġie fi tmiemu. |
|
ċ) |
Rapport finali għandu jiġi mgħoddi sal-15 ta' Ottubru 2005 l-iktar tard dwar l-eżekuzzjoni teknika ta'l-istudju akkumpanjat minn evidenza li tiġġustifika l-ispejjeż li ntnefqu u r-riżultati miksuba tul il-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2004 sat-30 ta' Settembru 2005. L-evidenza ta' l-ispejjeż li ntnefqu għandha tinkludi ta' l-inqas l-informazzjoni mniżżla f'Anness II. |
|
d) |
Jiġi implimentat l-istudju b'mod effettiv. |
2. Finanzjament bil-quddiem ta' 50 % ta' l-ammont totali jista' jiġi mħallas fuq it-talba ta' kull Stat Membru.
3. Nuqqas ta' ħarsien tal-limitu taż-żmien fis-sottoparagrafu 1ċ), għandu jimplika riduzzjoni progressiva u kumulattiva tal-kontribuzzjoni finanzjarja b'25 % ta' l-ammont totali għal kull dewmien ta' ġimgħatejn mill-15 ta' Ottubru 2005.
Artikolu 8
Rata ta' konverżjoni għal applikazzjonijiet f'munità nazzjonali
Ir-rata tal-kambju għal applikazzjonijiet sottomessi fil-munita nazzjonali f'xahar “n” se tkun dik ta' l-għaxar ġurnata ta' xahar “n+1” jew għall-ewwel ġurnata preċedenti li għaliha tkun kwotata rata.
Artikolu 9
Applikabbiltà
Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta' Ottubru 2004
Artikolu 10
Din id-deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, tat-22 ta' Settembru 2004.
Għall-Kummissjoni
David BYRNE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 (ĠU L 325, tat-12.12.2003, p. 31).
(2) ĠU L 349 ta' l-24.12.1998, p. 1..
ANNESS I
Għajnuna finanzjarja massima mill-Komunità lill-Istati Membri
|
(EUR) |
|
|
Stat Membru |
Ammont |
|
L-Awstrija — AT |
59 368 |
|
Il-Belġju — BE |
42 312 |
|
Ċipru — CY |
5 412 |
|
Id-Danimarka — DK |
31 160 |
|
L-Estonja — EE |
4 920 |
|
Il-Finlandja — FI |
55 432 |
|
Franza — FR |
81 672 |
|
Il-Ġermanja — DE |
87 412 |
|
Il-Greċja — EL |
38 048 |
|
L-Ungerija — HU |
45 264 |
|
L-Irlanda — IE |
28 208 |
|
L-Italja — IT |
70 684 |
|
Il-Latvja — LV |
3 280 |
|
Il-Litwanja — LT |
3 280 |
|
Il-Lussemburgu — LU |
3 280 |
|
L-Olanda - NL |
77 736 |
|
Il-Polonja — PL |
72 160 |
|
Il-Portugall — PT |
28 208 |
|
Is-Slovenja — SI |
17 056 |
|
Spanja — ES |
80 360 |
|
L-Iżvezja — SE |
34 440 |
|
Ir-Renju Unit- UK |
71 504 |
|
Ir-Repubblika Slovakka - SK |
6 560 |
|
Ir-Repubblika Ċeka - CZ |
14 760 |
|
Malta - MT |
3 280 |
|
Total |
965 796 |