32004D0578



Official Journal L 261 , 06/08/2004 P. 0063 - 0063


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tad-29 ta' April 2004

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Kwadru bejn il-Komunità Ewropea u l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ispazju

(2004/578/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 170, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagafu ta' l-Artikolu 300(2) u ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem il-Komunità, Ftehim ma' l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ispazju.

(2) Il-Ftehim ġie ffirmat f'isem il-Komunità nhar il-25 ta' Novembru 2003 soġġett għall-possibilità ta' konklużjoni aktar tard.

(3) Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ispazju huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'hekk awtorizzat illi jaħtar l-persuna li jkollha s-setgħa li tiddepożita, f'isem il-Komunità l-att ta' approvazzjoni, kif għalih hemm provdut fl-Artikolu 12(1) tal-Ftehim Kwadru, sabiex jesprimi l-kunsens tal-Komunità bħala marbuta.

Magħmula fil-Lussemburgu, nhar it-29 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] Opinjoni mogħtija nhar l-20 ta' April 2004 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

--------------------------------------------------