|
12.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
56 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta' Lulju 2004
li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta' annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri
(innotifikata fid-doċument bin-numru C(2002) 2104
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2004/558/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffettwaw in-negozju intra-Komunitarju f'annimali bovini u ħnieżer (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 9 (2) u 10 (2) ta' din,
Billi:
|
(1) |
Ir-rinotrakeite bovina infettiva hija d-deskrizzjoni tas-sinjali kliniċi l-iktar prominenti ta' l-infezzjoni bil-herpesvirus bovin ta' l-ewwel tip (BHV1). Minħabba li ħafna infezzjonijiet b'dak il-virus jagħmlu kors li ma jurix sintomi ċari, miżuri ta' kontroll għandhom ikunu diretti lejn il-qerda ta' l-infezzjoni aktar milli għat-trażżin tas-sintomi. |
|
(2) |
L-Anness E (II) għad-Direttiva 64/432/KEE jniżżel ir-“rinotrakeite bovina infettiva” fost il-mard li għalihom jistgħu jiġu approvati programmi nazzjonali ta' kontroll u jintalbu garanziji addizzjonali. |
|
(3) |
Il-Ġermanja kienet ippreżentat programm immexxi bl-għan li jeqred l-infezzjoni tal-BHV1 fil-partijiet kollha tat-territorju tagħha, li jikkonforma mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 9 (1) tad-Direttiva 64/432/KEE u jipprovdi għal regoli għall-moviment nazzjonali ta' annimali bovini li huma ekwivalenti għal dawk li kienu implimentati qabel fl-Awstrija, il-Provinċja ta' Bolzano fl-Italja u l-Isvezja li kellhom suċċess fil-qerda tal-marda minn dawk il-pajjiżi. |
|
(4) |
Il-programm ippreżentat mill-Ġermanja u, kif kien mitlub minn dak l-Istat Membru, il-garanziji addizzjonali li għandhom x'jaqsmu man-negozju ta' l-annimali bovini sabiex jiżguraw is-suċċess ta' dak il-programm kienu approvati mid-Deċiżjoni 2004/215/KE (2) ta' l-1 ta' Marzu 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE f'dak li għandu x'jaqsam ma' garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju f'annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri. |
|
(5) |
Jeżistu garanziji addizzjonali rigward id-Danimarka, l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja kif ukoll l-Italja, li jikkonċernaw il-provinċja ta' Bolzano. Dawk l-Istati Membri jikkunsidraw li t-territorju tagħhom huwa ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva u l-Italja għandha l-istess opinjoni għall-Provinċja ta' Bolzano. Konformi ma' l-Artikolu 10 (1) tad-Direttiva 64/432/KEE, huma ppreżentaw dokumentazzjoni ta' verifika lill-Kummissjoni, li b'mod partikulari tagħti prova li s-sorveljanza tas-sitwazzjoni titkompla. |
|
(6) |
Għall-Istati Membri jew reġjuni ta' dawn li huma meqjusa bħala ħielsa minn dik il-marda u li bħalissa huma mniżżlin fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/42/KEE (3) għandhom japplikaw biss il-bżonnijiet minimi għad-dispaċċ ta' annimali bovini għat-trobbija u l-produzzjoni lejn Stati Membri oħra. |
|
(7) |
Għall-istandardizzazzjoni tat-testijiet tal-BHV1 fil-laboratorji l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE) adottat serum pożittiv qawwi, pożittiv dgħajjef u negattiv bħala standards internazzjonali ta' l-OIE għal testijiet tal-BHV1 li huma disponibbli fil-Laboratorji ta' Referenza ta' l-OIE għar-rinotrakeite bovina infettiva msemmija fil-Manwal ta' Standards għal Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini (4). |
|
(8) |
Tfaċċaw problemi f'dak li għandu x'jaqsam ma' negozju intra-Komunitarju fl-annimali bovini li joriġinaw mill-Istati Membri ta' status differenti f'dak li jirrigwarda r-rinotrakeite bovina infettiva. |
|
(9) |
Għal raġunijiet ta' ċarezza u sabiex tkun żgurata l-konsistenza lingwistika tal-miżuri, huwa xieraq li jingħaqdu f'Deċiżjoni waħda l-approvazzjoni tal-programm Ġermaniż u l-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva u li tiġi rrevokata d-Deċiżjoni 2004/215/KE. |
|
(10) |
Il-miżuri li għalihom sar provvediment f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-programmi ppreżentati mill-Istati Membri mniżżlin fl-ewwel kolonna tat-tabella f'Anness 1 għall-kontroll u l-qerda ta' l-infezzjoni bil-herpesvirus bovin ta' l-ewwel tip (BHV1), minn issa 'l quddiem imsejjaħ bħala “rinotrakeite bovina infettiva” jew “IBR”, fir-reġjuni ta' dawn l-Istati Membri speċifikati fit-tieni kolonna tat-tabella f'Anness 1 huma approvati.
Artikolu 2
1. Annimali bovini għat-trobbija u l-produzzjoni li ġejjin minn Stati Membri jew reġjuni tagħhom li m'humiex imniżżlin f'Anness II u destinati għal Stati Membri jew reġjuni tagħhom imniżżlin f'Anness I, għandhom jissodisfaw mill-inqas dawn il-garanziji addizzjonali li ġejjin:
|
a) |
għandhom jiġu minn azjenda fejn, skond informazzjoni uffiċjali, m'hemm ebda evidenza klinika jew patoloġika ta' rinotrakeite bovina infettiva rreġistrata fl-aħħar 12-il xahar; |
|
b) |
huma kellhom ikunu iżolati f'faċilità approvata mill-awtorità kompetenti għal 30 jum immedjatament qabel il-moviment u l-annimali bovini kollha fl-istess faċilità ta' iżolament kellhom jibqgħu ħielsa minn sinjali kliniċi ta' rinotrakeite bovina infettiva tul dak il-perjodu; |
|
ċ) |
huma u l-annimali bovini kollha l-oħra fl-istess faċilità ta' iżolament kellhom ikunu assoġġettati b'riżultati negattivi għal test seroloġiku li sar fuq kampjuni tad-demm, meħuda mhux qabel 21 jum wara l-wasla tagħhom fil-faċilità ta' iżolament, għas-sejbien ta' dawn l-anti-korpi li ġejjin:
|
2. Permezz ta' deroga għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ lejn azjendi fir-reġjuni mniżżlin f'Anness I ta' annimali bovini li jikkonformaw ma' mill-inqas waħda minn dawn il-kundizzjonijiet alternattivi li ġejjin:
|
a) |
l-annimali joriġinaw fi Stat Membru mniżżel f'Anness I u jiġu minn azjendi li huma ħielsa mill-BHV1 li jissodisfaw mill-inqas il-bżonnijiet imniżżlin f'Anness III, |
|
b) |
l-annimali huma maħsubin għall-produzzjoni tal-laħam u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
ċ) |
l-annimali joriġinaw minn azjenda fejn l-annimali bovini kollha ikbar minn 15-il xahar fl-età fl-azjenda huma mlaqqmin u regolarment imlaqqmin mill-ġdid u l-annimali kollha ikbar minn 9 xhur fl-azjenda kienu assoġġettati b'riżultat negattiv għal test seroloġiku għall-anti-korpi kontra l-gE-glikoproteina tal-BHV1 f'intervalli ta' mhux iktar minn 12-il xahar u l-annimali ġew eżaminati b'riżultati negattivi għall-anti-korpi kif hemm referenza għalihom f'paragrafu 1 (ċ) (i) fuq kampjuni tad-demm meħudin matul l-aħħar 14-il jum qabel id-dispaċċ; |
|
d) |
l-annimali joriġinaw minn azjendi li huma ħielsa mill-BHV1 kif imfisser f'Anness III li jinsabu fi Stat Membru fejn ir-rinotrakeite bovina infettiva hija marda li bilfors għandha tkun notifikata u li fejn f'żona f'raġġ ta' 5 km madwar l-azjenda ma kienx hemm evidenza klinika jew patoloġika ta' l-infezzjoni BHV1 matul l-aħħar 30 jum u l-annimali ġew eżaminati b'riżultati negattivi għall-anti-korpi kif hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 (ċ) fuq kampjun tad-demm meħud matul l-aħħar 14-il jum qabel id-dispaċċ. |
3. Annimali bovini għall-qatla li ġejjin minn Stati Membri jew reġjuni ta' dawn barra dawk imniżżlin f'Anness II u li huma destinati għal Stati Membri jew reġjuni ta' dawn imniżżlin f'Anness I għandhom ikunu ttrasportati direttament lejn il-biċċerija tad-destinazzjoni jew lejn ċentru ta' assemblea approvat minn fejn għandhom jitneħħew f'konformità ma' l-Artikolu 7, it-tieni indent, tad-Direttiva 64/432/KEE għall-biċċerija biex jinqatlu.
4. F'punt 4 ta' Sezzjoni Ċ taċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat f'Mudell 1 ta' Anness F għad-Direttiva 64/432/KEE li jakkumpanja l-annimali bovini kif hemm referenza għaliha f'paragrafu 1, l-informazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal:
|
a) |
wara l-ewwel linja mdaħħla 'l ġewwa: “IBR”; |
|
b) |
wara t-tieni linja mdaħħla 'l ġewwa: “Artikolu 2 paragrafu …. punt ….ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE”. |
Artikolu 3
1. L-annimali bovini għat-trobbija u l-produzzjoni li ġejjin minn Stati Membri jew reġjuni ta' dawn barra dawk imniżżlin f'Anness II u destinati għal Stati Membri u reġjuni ta' dawn li huma ħielsa mir-rinotrakeite bovina infettiva u mniżżlin f'Anness II, għandhom jilħqu l-garanziji addizzjonali li ġejjin:
|
a) |
għandhom jikkonformaw mal-garanziji addizzjonali li għalihom hemm provvediment f'Artikolu 2 (1) (a) u (b); |
|
b) |
huma u l-annimali bovini l-oħra kollha fl-istess faċilità ta' iżolament li hemm referenza għalihom f'Artikolu 2 (1) (b) riedu jkunu assoġġettati b'riżultati negattivi għal test seroloġiku li sar fuq kampjuni tad-demm meħudin mhux qabel 21 jum wara l-wasla tagħhom fil-faċilità ta' iżolament, għall-iskoperta ta' anti-korpi kontra l-BHV1 kollu; |
|
ċ) |
ma kellhomx ikunu mlaqqmin kontra r-rinotrakeite bovina infettiva. |
2. L-annimali bovini għall-qatla li ġejjin minn Stati Membri jew reġjuni ta' dawn minbarra dawk imniżżlin f'Anness II u li huma destinati għal Stati Membri jew reġjuni ta' dawn imniżżlin f'Anness II għandhom ikunu ttrasportati direttament lejn il-biċċerija tad-destinazzjoni biex jinqatlu f'konformità ma' l-Artikolu 7, l-ewwel linja mdaħħla 'l ġewwa, tad-Direttiva 64/432/KEE.
3. F'punt 4 ta' Sezzjoni Ċ taċ-ċertifikat tas-saħħa kif stipulat f'Mudell 1 ta' Anness F għad-Direttiva 64/432/KEE li takkumpanja lill-annimali bovini kif hemm referenza għaliha f'paragrafu 1, l-informazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal:
|
a) |
wara l-ewwel linja mdaħħla 'l ġewwa: “IBR”, |
|
b) |
wara t-tieni linja mdaħħla 'l ġewwa: “Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE”. |
Artikolu 4
L-annimali bovini għat-trobbija u l-produzzjoni li joriġinaw minn Stat Membru jew reġjun ta' dan li huwa mniżżel f'Anness II u li huma destinati għal Stat Membru jew reġjun ta' dan imniżżel f'Annessi I jew II għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li għalihom hemm provvediment fl-Artikolu 2 (1) (a).
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test seroloġiku li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2 (1) (ċ) (ii) u fl-Artikolu 3 (1) (b) għall-iskoperta ta' anti-korpi kontra l-BHV1 kollu huma standardizzati kontra s-serum li huwa pożittiv qawwi, dak pożittiv dgħajjef u dak negattiv addottati bħala standards internazzjonali ta' l-OIE għat-testijiet tal-BHV1.
Artikolu 6
Id-Deċiżjoni 2004/215/KE hija revokata.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, fil-15 ta' Ġunju 2004.
Għall-Kummissjoni
David BYRNE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 21/2004 (ĠU L 5, tad-9.1.2004, p. 8).
(2) ĠU L 67, tat-5.3.2004, p. 24.
(3) ĠU L 16, tal-25.1.1993, p. 50. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2000/502/KE (ĠU L 200, tat-8.8.2000, p. 62).
(4) Manwal ta' Standards għal Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini, ir-raba' Edizzjoni, Awissu 2000.
ANNESS I
|
Stat Membru |
Reġjuni ta' Stat Membru li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE |
|
Il-Ġermanja |
Ir-reġjuni kollha |
ANNESS II
|
Stat Membru |
Reġjuni ta' Stat Membru li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE |
|
Id-Danimarka |
Ir-reġjuni kollha |
|
L-Italja |
Il-Provinċja ta' Bolzano |
|
L-Awstrija |
Ir-reġjuni kollha |
|
Il-Finlandja |
Ir-reġjuni kollha |
|
L-Iżvezja |
Ir-reġjuni kollha |
ANNESS III
Azjenda ħielsa mill-BHV1
|
1. |
Azjenda li żżomm annimali bovini tkun ikkunsidrata ħielsa mill-infezzjoni tal-BHV1 jekk tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
2. |
L-istatus ħieles mill-BHV1 ta' azjenda li żżomm l-annimali bovini jibqa' jinżamm jekk:
|
|
3. |
L-istatus ħieles mill-BHV1 ta' azjenda li żżomm annimali bovini huwa sospiż jekk waqt l-investigazzjonijiet li hemm referenza għalihom f'paragrafu 2.2.1 sa 2.2.3. annimal irreaġixxa b'riżultat pożittiv f'test għall-anti-korpi kif hemm referenza għaliha f'Artikolu 2 (1) (c); |
|
4. |
L-istatus ħieles mill-BHV1 li hu sospiż skond paragrafu 3 għandu jingħata lura wara li ssir investigazzjoni seroloġika b'riżultat negattiv f'kull każ f'żewġ okkażjonijiet b'intervall ta' mill-inqas xahrejn u li jibda mhux qabel 30 jum wara t-tneħħija ta' l-annimali seropożittivi li jinkludi l-ittestjar seroloġiku għall-anti-korpi kif hemm referenza għalihom f'Artikolu 2 (1) (c) ta' l-annimali bovini kollha fl-azjenda li jsir fuq kampjuni tad-demm, jew fil-każ ta' baqar li qed jipproduċu l-ħalib, l-ittestjar għall-anti-korpi kontra l-BHV1 li jsir fuq kampjuni individwali tal-ħalib, jew ġabriet ta' kampjuni ta' ħalib meħudin minn mhux iktar minn 5 annimali. |