30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

113


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-5 ta' Lulju 2004

dwar it-tlett rappreżentanti tal-partijiet interessati u s-sostituti tagħhom fil-Bord Amministrattiv ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Networks u ta' l-Informazzjoni

(2004/541/EK)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru. 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Networks u ta' l-Infomazzjoni (1), minn issa' l quddiem imsejjħa “l-Aġenzija”, u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni tat-28 ta' Mejju 2004,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolmanet jiddikjara li l-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija, għandu jkun magħmul minn rapprezentant wieħed ta' kull Stat Membru u tlett rappreżentanti tal-Kummissjoni, kif ukoll tlett rappreżentanti, proposti mill-Kummissjoni u maħtura mill-Kunsill, mingħajr id-dritt għall-vot, kull wieħed minnhom jirrapreżenta wieħed mill-gruppi li ġejjin:

(a)

l-industrija ta' l-informatika u tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni

(b)

il-gruppi tal-konsumaturi

(ċ)

l-esperti akkademiċi fis-sigurtà tan-networks u ta' l-informazzjoni

(2)

Il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri biex ikomplu bil-ħatra tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fil-Bord Amministrattiv, kif ukoll ta' sostitut li ser jirrapreżenta l-membru fl-assenza tiegħu/tagħha.

(3)

Sabiex l-Aġenzija tkun tista' tibda xogħlha malajr, hemm bżonn li l-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija jkun f'pożizzjoni li jaħdem mill-aktar fis possibbli.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Wieħed

Il-lista tal-membri u s-sostituti tagħhom li jirrappreżentaw il-partijiet interessati fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Networks u ta' l-Informazzjoni hija kif ġej:

 

Membri

Sostituti

L-industrija ta' l-informatika u tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni

Mark MacGann

Berit Svendsen

Gruppi tal-konsumatur

Markus Bautsch

Jim Murray

L-esperti akkademiċi fis-sigurtà tan-networks u ta' l-informazzjoni

Kai Rannenberg

Niko Schlammberger

Magħmul fi Brussell, nhar il-5 ta' Lulju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

G. ZALM


(1)  ĠU L 77, ta' l-13.3.2004, p. 6.