30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

103


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta' Ġunju 2004

li taħtar is-Segretarju Ġenerali, Rappreżentant Għoli għall-politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, tal-Kunsill ta' l-Unjoni Europea

(2004/537/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 121(2) tiegħu,

Billi s-Segretarju Ġenerali, Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi maħtur,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Javier SOLANA MADARIAGA qed jiġi hawn maħtur Segretarju Ġenerali, Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal perijodu ta' ħames snin b'effett mit-18 ta' Ottubru 2004.

Artikolu 2

Din id-Deċizjoni għandha tiġi nnotifikata lis-Sur Javier SOLANA MADARIAGA mill-President tal-Kunsill.

Għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ġunju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. AHERN