30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

76


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Ġunju 2004

li temenda d-Deċiżjoni 2003/893/KE dwar il-kummerċ f'ċerti prodotti ta' l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna

(2004/521/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Billi:

(1)

Mill-1 ta' Mejju 2004, l-Unjoni Ewropea tinkludi għaxar Stati Membri ġodda, li huma: Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja. L-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 jistipula fl-Artikolu 6(8) tiegħu li r-restrizzjonijiet kwantitattivi applikati mill-Komunità għall-importazzjoni ta' prodotti ta' l-azzar għandhom jiġu aġġustati fuq il-bażi ta' l-importazzjoni ta' Stati Membri ġodda matul dawn l-aħħar snin.

(2)

Bid-Deċiżjoni 2003/893/KE (1), il-Kunsill adotta limiti kwantitattivi fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti prodotti ta' l-azzar li joriġinaw mill-Ukrajna.

(3)

Peress li n-negozjati ma' l-Ukrajna dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bilaterali dwar l-Azzar għadhom ma ġewx konklużi, u skond l-Artikolu 6(8) tielet subparagrafu ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003, huwa meħtieġ li jiġi maħsub għaż-żieda ta' limiti kwantitattivi eżistenti sabiex jiġi żgurat li l-kummerċ tradizzjonali ikun miżmum wara t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea. Din iż-żieda hija bbażata fuq il-medja ta' l-importazzjoni tal-prodotti ta' l-azzar relevanti mill-Istati Membri ġodda matul is-snin 2000, 2001 u 2002, aġġustati pro rata temporis ladarba t-tkabbir ikun effettiv mill-1 ta' Mejju 2004, u aġġustat ulterjorment billi jiġi applikat l-istess fattur ta' tnaqqis ta' 30 % diġà applikat għal-limiti kwantitattivi adottati minħabba l-ostakli imposti mill-Ukrajna għall-esportazzjoni ta' ruttam tal-ħadid. Dawn il-limiti kwantitattivi se jiġu aġġustati ulterjorment kif meħtieġ wara l-konklużjoni ta' Ftehim.

(4)

Għalhekk l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/893/KE għandu jiġi emendat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/893/KE jiġi sostitwit bl-Anness tad-Deċiżjoni preżenti.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol b' effett fit-tielet ġurnata wara dik li fiha tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, nhar il-21 ta' Ġunju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

J. WALSH


(1)   ĠU L 333, ta' l-20.12.2003, p. 84.


ANNESS

“ANNESS II

LIMITI KWANTITATTIVI — UKRAJNA

Unità: tunnellati

Sena

2004

Prodotti

SA. Prodotti laminati ċatti

SA1. Coils

62 037

SA2. Pjanċa tqila

200 104

SA3. Prodotti ċatti oħra

66 608

SB. Prodotti twal

SB1. Travi

12 481

SB2. Virga

66 828

SB3. Prodotti twal oħra

122 170 ”