32004D0476



Official Journal L 160 , 30/04/2004 P. 0082 - 0084


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta’ April 2004

li temenda l-Appendiċi B ta’ l-Anness VIII ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni 2003, sabiex tinkludi ċerti stabbilimenti ta’ by products ta’ annimali fil-Latvja, fil-lista ta’ stabbilimenti li jkunu fi transizzjoni

(notifikata taħt id-dokument numru K(2004) 1737)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/476/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u b’mod partikolari l-Anness VIII, Kapitolu 4, Taqsima B, Sub-taqsima I(2)(d) tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness VIII, Kapitolu 4, taqsima B, Sub-taqsima I(2)(a) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, jipprovdi sabiex il-ħtiġijiet strutturali mfassla, għar-rigward l-Anness V, Kapitolu I, u l-Annex VII, Kapitolu I tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ Ottubru 2002, li jistabbilixxi regoli dwar is-saħħa, li jikkonċernaw by-products ta’ l-annimali, li m’humiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem [1], ma għandhomx japplikaw għall-stabbilimenti fil-Latvja, elenkati fl-Appendiċi B ta’ l-Anness VIII, ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2004, soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet.

(2) L-Istabbilimenti li għalihom saret referenza hawn fuq, jistgħu jimmaniġġjaw, jipproċessaw, u jaħżnu biss il-materjal ta’ kategorija 3, kif imfisser fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistabbilixxi regoli dwar is-saħħa, li jikkonċernaw by-products ta’ l-annimali, li m’humiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Jipprovdi għall-ħtiġijiet strutturali, li jridu jiġu applikati fi stabbilimenti li jittrattaw il-materjal ta’ kategorija 3.

(4) Fil-Latvja, hemm sitt stabbilimenti oħra, ta’ by-products ta’ l-annimali, li għandhom diffikultajiet sabiex jikkonformaw mal-ħtiġijiet strutturali stabbiliti fl-Anness V, Kapitolu I u l-Anness VII, Kapitolu I tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 sa’ l-1 ta’ Mejju 2004.

(5) Għalhekk, dawk is-sitt stabbilimenti jinħtieġu żmien sabiex jiffinalizzaw il-proċess tagħhom sabiex itejbu l-livell, sabiex ikunu f’konformità sħiħa mal-ħtiġijiet strutturali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

(6) Is-sitt stabbilimenti, li jinsabu fi stat avvanzat ta’ titjib fil-livell, taw garanziji, ta’ min jistà joqgħod fuqhom, li għandhom il-fondi neċessarji sabiex jikkoreġu n-nuqqasijiet rimanenti tagħhom, fi żmien qasir, u li rċevew opinjoni favorevoli mis-Servizz ta’ l-Ikel u dak Veterinarju, tal-Latvja, dwar il-finalizzazzjoni tal-proċess tagħhom ta’ titjib fil-livell.

(7) Għal-Latvja, l-informazzjoni dettaljata dwar in-nuqqasijiet għal kull wieħed mill-istabbilimenti hija disponibbli.

(8) Sabiex tkun faċilitata t-transizzjoni mir-reġim eżistenti fil-Latvja, għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità, huwa għalhekk ġustifikat, illi fuq talba mil-Latvja, jingħata perjodu tranżitorju lis-sitt stabbilimenti.

(9) Minħabba l-istadju avvanzat tat-titjib fil-livell tas-sitt stabbilimenti, il-perjodu tranżitorju għandu jkun limitat sal-31 ta’ Diċembru 2004.

(10) Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ġie infurmat dwar il-miżuri li huma stabbiliti f’din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-istabbilimenti elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, huma miżjuda ma’ l-Appendiċi B li għalih hemm riferenza f’Kapitolu 4, Taqsima B, Sub-taqsima I(2) ta’ l-Anness VIII ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni 2003.

2. Għall-istabbilimenti elenkati fl-Anness, huma applikabbli r-regoli prevvisti fl-Anness VIII, Kapitolu 4, Taqsima B, Sub-taqsima I(2)(b) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni.

3. L-istabbilimenti elenkati fl-Anness huma soġġetti għall-miżuri tranżitorji, għar-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 sad-data indikata għal kull stabbiliment.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 29 April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 273, ta' l-10.10.2, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2004 (ĠU L 112, tad-19.4.4, pġ. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS

Stabbilimenti ta’ by-products ta’ annimali, fi transizzjoni

Nru | Numru ta' approvazzjoni veterinarja | Isem u indirizz ta' l-istabbiliment | Il-Kategorija tal-materjal, awtorizzat sabiex jiġi trattat | Data ta' konformità |

Kategorija 3 |

1. | 018409 | Balticovo, Holding company Adazu parish, Bauskas district, LV – 3913 | x | tal- 31.12.2004 |

2. | 018675 | GP Adazi, Holding company Adazu parish, Rigas district, LV – 2164 | x | tal- 31.12.2004 |

3. | D18728 | R-Soft Razotajs LTD "Abava", Pures parish, Tukuma district, LV – 3124 | x | tal- 31.12.2004 |

4. | 018674 | Putnu fabrika "Kekava" Holding company Kekavas parish, Rigas district LV – 2123 | x | tal- 31.12.2004 |

5. | 018191 | Saldus galas kombinats LTD Saldus parish, Saldus district, LV – 3862 | x | tal- 31.12.2004 |

6. | 019196 | Lielzeltini LTD Ceraukstes parish, Bauskas district, LV – 3908 | x | tal- 31.12.2004 |

--------------------------------------------------