32004D0472



Official Journal L 160 , 30/04/2004 P. 0061 - 0066


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta' April 2004

li tħassar ċerti stabbilimenti mil-lista ta' stabbilimenti li ingħatalhom perjodu transizjonali fil-Latvja, Litwanja u l-Ungerija

(notifikati bid-dokument nru. K(2004) 1724)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2004/472/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 24, l-AnnessVIII, Kapitolu 4, Taqsima B, subinċiż I, punt 1(d) u punt 2(d), u l-Aness IX, Kapitolu 5, taqsima B, subinċiż I(d), u l-Anness X, Kapitolu 5, taqsima B, subinċiż I, punt 1(d) tiegħu,

Billi:

(1) Il-Latvja ingħatatilha perjodu transitorju għal ċerti stabbilimenti mniżżla fl-Appendiċi A u B ta' l-Anness VIII ta' l-Att dwar l-Adeżjoni.

(2) Il-Latvja talbet li 10 stabbilimenti tal-laħam, tlett impjanti ta' l-ipproċessar tal-ħalib, seba' impjanti li jipproċessaw il-ħut u wieħed li jipproċessa il-prodotti sekondarji ta 'l-annimali jiġu mħassra mill-Appendiċi A u B ta' l-Anness VIII ta' l-Att dwar l-Adeżjoni. Dawn l-istabbilimenti waqqfu l-attività tagħhom.

(3) Il-Lituwanja ingħatat perjodu transizzjonali għal ċerti stabbilimenti mniżżla fl-Appendiċi B ta' l-Anness IX ta' l-Att dwar l-Adeżjoni.

(4) Il-Lituwanja tablet li erba' stabbilimenti tal-laħam u tlett impjanti li jipproċessaw il-ħut jiġu mħassra mill-Appendiċi B ta' l-Anness IX ta' l-Att dwar l-Adezjoni. Tlett stabbilimenti ta-laħam u żewġ impjanti li jipproċessaw il-ħut waqqfu l-produzzjoni tagħhom. Stabbiliment tal-laħam wieħed u impjant wieħed ta' l-ipproċessar tal-ħut laħħqu konformità totali mar-regoli tal-Komunità.

(5) L-Ungerija ingħatat perjodu transizzjonali għal ċerti stabbilimenti tal-laħam mniżżla fl-Appendiċi A ta' l-Anness X ta' l-Att dwar l-Adeżjoni.

(6) L-Ungerija tablet li 26 stabbiliment tal-laħam jiġu mħassra mill-Appendiċi A. Erba' stabbilimenti waqqfu l-attivita' tagħhom, 13-il biċċerija għandhom ikomplu bħala biċċeriji b'kapaċità baxxa f'konformità ma' l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KE [1], ħames stabbilimenti tal-laħam laħqu konformità mad-Direttiva msemmija u waqqfu l-attivita' tagħhom u fl-aħħar, erba' stabbilimenti tal-laħam ser jilħqu konformità sħiħa sad-data ta' l-Adezjoni.

(7) Huwa xieraq li l-Appendiċi jiġu aġġornati bit-tħassir ta' l-istabbilimenti li waqqfu l-attivita' tagħhom jew li laħqu konformità mar-regoli tal-Komunità.

(8) Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali ġie infurmat bil-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Latvja

1. Fl-Appendiċi A msemmi fil-Kapitolu 4, Taqsima B, subinċiż I, punt 1 ta' l-Anness VIII ta' l-Att dwar l-Adeżjoni, l-istabbilimenti mniżżla fl-Anness 1 huma mħassra.

2. Fl-Appendiċi B msemmi fil-Kapitolu 4, Taqsima B suninċiż I, punt 2 ta' l-Anness VIII ta' l-Att dwar l-Adeżjoni, l-istabbiliment mniżżel fl-Anness 2 huwa mħassar.

Artikolu 2

Il-Litwanja

Fl-Appendiċi B msemmi fil-Kapitolu 5, Taqsima B, subinċiż I ta' l-Anness IX ta' l-Att dwar l-Adeżjoni l-istabbilimenti mniżżla fl-Anness 3 huma mħassra.

Artikolu 3

L-Ungerija

Fl-Appendiċi A msemmi fil-Kapitolu 5, Taqsima B, punt 1 ta' l-Anness X ta' l-Att dwar l-Adeżjoni l-istabbilimenti mniżżla fl-Anness 4 huma mħassra.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika soġġetta għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, Polonnja, l-Islovenja u l-Islovakkja.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 29 ta'April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 17.

--------------------------------------------------

ANNESS 1

Il-Latvja

Stabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-ħalib

1. AGM Agro Eksports, Akciju sabiedrība

7. Selpils, Piensaimnieku kooperatīvā sabiedrība

9. Dzilna, Sabiedrība ar ierobežotu atbildību

Stabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-ħut

4. Grif and Ko, Sabiedriba ar ierobezotu atbildibu

5. Unikom Investments LTD, Ltd

16. Ozols H, Sabiedriba ar ierobezotu atbildibu

17. Salacgrīva 95, JSC

19. Rojas konservi, Ltd

21. Sabiles ADK, Ltd

23. Randa, Sabiedriba ar ierobezotu atbildibu

Stabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-laħam

6. Grāvendāles receptes, Sabiedrība ar ierobežotu atbildību

11. Valentīna un dēli, Sabiedrība ar ierobežotu atbildību

17. Praktik BBS, Sabiedriba ar ierobezotu atbildibu

19. Kas-Kad, Sabiedriba ar ierobezotu atbildibu

21. Segums, Zemnieku saimnieciba

22. Ozols, Akciju sabiedriba

23. Agnis, Sabiedriba ar ierobezotu atbildibu

26. Lauksalaca, Akciju sabiedriba

27. Veinils, Sabiedriba ar ierobezotu atbildibu

30. Dragon, Sabiedrība ar ierobežotu atbildību

--------------------------------------------------

ANNESS 2

Il-Latvja

Stabbilimenti ta' l-ipproċessar ta' l-iskart ta' l-annimali

2. Gauja AB

--------------------------------------------------

ANNESS 3

Il-Litwanja

HC Stabbiliment tal-laħam frisk (qtil)

1. UAB "Klaipedos mesa"

HC Stabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-laħam

5. UAB "Klaipedos mesine"

HC Stabbilimenti ta' laħam tat-tjur, prodotti u preparazzjonijiet tal-laħam

13. AB "Vienio paukstynas"

14. AB "Gireles paukstynas"

Stabbilimenti ta' prodotti tal-ħut

1. UAB "Portlita"

2. UAB "Klaipedos mesine"

4. Zelno im "Grundalas"

--------------------------------------------------

ANNESS 4

L-Ungerija

Stabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-laħam

1. Szilágy Gábor-Vágóhíd, Feldolgozó

2. Komárom Rt. Pontis Húsüzeme

4. Ász, Kolbász Kft

6. Pásztorhús Kft. Vágóhídja

8. Aranykezű Kft. Vágóhíd és Feldolgozó

14. Hejőhús Kft. Vágóhídja

15. Füstöltkolbász Kolbászkészítő és Szolgáltató Kft.

16. Fömo-Hús Húsipari és Kereskedelmi Kft

17. Héjja Testvérek Kft. Vágóhíd

19. Juhász-Hús Kft

20. Sarud-Hús Kft.

21. Pikker 2000 Bt. Vágóhídja

24. Bodó és Társa Kft

26. Dorozsmahús Kft

27. Bereg-Hús Kft

28. Sárvári Mezőgazdasági Rt. Vágóhíd-Húsüzem

30. Palini Hús Rt.

32. Hultai István Vágóhídja

34. Bajnainé Tsa. Bt.

35. Poszavecz József Vágóhídja

36. Nemeshegyi Lászlóné Vágó és Húsfeldolgozó Üzeme

37. Árvai Húsipari Kft Vágóhídja

40. Provízio-3 Kft. Fehérvárcsurgói Vágóhíd

41. Mészáros Ferenc Vágóhídja

43. Adonyhús Kft

44. Jánosháza Hús Kft. Vágóhíd-Húsüzem

--------------------------------------------------