32004D0463



Official Journal L 156 , 30/04/2004 P. 0138 - 0141


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta' April 2004

li temenda l-Appendiċi ta' l-Anness XIV ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 biex tinkludi ċerti stabbilimenti fis-settur tal-laħam ġewwa s-Slovakja fil-lista ta' stabbilimenti transitorji

(notifikata permezz ta' dokument numru K(2004) 1730)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/463/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakja [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakja [2], u b'mod partikolari l-Anness XIV, Kapitolu 5, Taqsima B, paragrafu (d) tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XIV, Kapitolu 5, Taqsima B, paragrafu (a) ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 jipprovdi illi l-ħtiġijiet strutturali stipulati fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa fil-produzzjoni u l-bejgħ ta' laħam frisk [3], u fl-Annessi A u B tad-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 dwar problemi ta' saħħa li jaffettwaw il-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tal-laħam u ċerti prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali [4], ma għandhomx japplikaw għall-istabbilimenti fis-Slovakja elenkati fl-Appendiċi ta' l-Anness XIV ta' l-Att ta' Adeżjoni sal-31 ta' Diċembru 2006, bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet.

(2) Fis-Slovakja, disa' stabbilimenti oħra li jipproduċu l-laħam fuq skala vasta għandhom diffikultajiet biex jaderixxu mal-ħtiġijiet strutturali stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE u fl-Annessi A u B tad-Direttiva 77/99/KEE sa l-1 ta' Mejju 2004.

(3) Għal din ir-raġuni dawk id-disa' stabbilimenti jeħtieġu ż-żmien biex jiffinalizzaw il-proċess tat-titjib fil-kwalità tagħhom sabiex jaderixxu b'mod komplet mal-ħtiġijiet strutturali rilevanti stipulati fid-Direttivi 64/433/KEE u 77/99/KEE..

(4) Id-disa' stabbilimenti, li fil-mument jinsabu fi stat avvanzat fil-proċess tat-titjib fil-kwalità, taw garanziji li wieħed jista' joqgħod fuqhom illi għandhom il-fondi meħtieġa biex fi żmien qasir jikkoreġu n-nuqqasijiet li għad baqalhom u rċevew opinjoni favorevoli mis-Servizz Slovakk ta' l-Ikel u l-Veterinarja, fir-rigward tal-finalizzazzjoni tal-proċess tat-titjib fil-kwalità.

(5) Fil-każ tas-Slovakkja, l-informazzjoni dettaljata dwar in-nuqqasijiet ta' kull stabbiliment qegħda għad-dispożizzjoni.

(6) Bl-għan li tkun iffaċilitata t-transizzjoni mir-reġim eżistenti fis-Slovakkja għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komuntà, huwa għalhekk ġustifikat li fuq it-talba tas-Slovakja, jingħata perjodu transitorju lid-disa' stabbilimenti.

(7) Minħabba l-istadju avvanzat tat-titjib fil-kwalità tad-disa' stabbilimenti, il-perjodu transitorju għandu jkun limitat għal massimu ta' 12-il xahar.

(8) Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali ġie informat bil-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-istabbilimenti elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni huma miżjuda ma' l-Appendiċi msemmi fil-Kapitolu 5, Taqsima B ta' l-Anness XIV ta'l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

2. Għall-istabbilimenti elenkati fl-Anness ta'din id-Deċiżjoni, ir-regoli previsti fl-Anness XIV, Kapitolu 5, Taqsima B, paragrafu (b) ta' l-Att ta' Adeżjoni huma applikabbli

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għat-Trattat ta' Adeżjoni u mid-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakja.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 236, tat-23.9.3, p. 17.

[2] ĠU L 236, tat-23.9.3, p. 33.

[3] ĠU L 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003.

[4] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36.)

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Stabbilimenti tal-laħam fi transizzjoni

Nru | Numru ta' l-approvazzjoni veterinarja | Isem u indirizz ta' l-istabbiliment | Settur: Laħam | Data tal-konformità |

Attività ta' l-istabbiliment |

Laħam frisk, qtil, qtugħ | Prodotti mill-laħam | Cold Sular |

1. | TN 6-31 | Jakub Ilavský, s.r.o. 913 11 tendenza. Stankovce 273 | x | x | | tal- 31.12.2004 |

2. | TN 6-30 | Jakub Ilavský, s.r.o. Sedlicná 54 913 11 tendenza. Stankovce 273 | | x | | tal- 31.12.2004 |

3. | PE 6-10 | COLAGEN SLOVAKJA, s.r.o. Kúpelná 193 958 04 Partizánske | x | x | | tal- 31.3.2005 |

4. | MI 6-1 | Mäso ZEMPLÍN a.s. Užhorodská c.86 071 01 Michalovce | | x | | tas- 16.4.2005 |

5. | MY 6-1 | Peter Fabuš-FABUŠ Mäsopriemysel Myjava Šimonovicova 481 907 01 Myjava | x | x | | tal- 15.12.2004 |

6. | PU 6-1 | Púchovský mäsový priemysel a.s. Vsetínska 1354/15 020 39 Púchov | x | x | x | tat- 30.4.2005 |

7. | KN 6-4 | JATKA Hurbanovo s.r.o. 947 01 Hurbanovo | x | x | | tat- 30.9.2004 |

8. | MA 6-30 | BERTO-Ignác Bertovic Hlavná 1 900 66 Vysoká pri Morave | x | x | | tat- 28.2.2005 |

9. | CA 6-31 | K.B.K. spol. s.r.o. A. Hlinku 27 022 01 Cadca | | x | | tal- 15.2.2005 |

--------------------------------------------------