32004D0456



Official Journal L 156 , 30/04/2004 P. 0049 - 0052


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta’ April 2004

li tamenda d-Deċiżjoni Nru 2002/613/KE rigward l-approvazzjoni taċ-ċentri Kanadiżi ta’ ġbir tas-semen tal-qżieqeż

(notifikata skond id-dokument numru Ċ(2004) 1687)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/456/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tippreskrivi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni tas-semen ta’ l-annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-qżieqeż [1] u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,

Billi:

(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/613/KE tad-19 ta’ Lulju 2002 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni tas-semen ta’ l-annimal domestiċi ta’ l-ispeċi tal-qżieqeż [2] tiffisa lista ta’ pajjiżi terzi, inkluża l-Kanada, minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tas-semen ta’ l-annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-qżieqeż.

(2) Il-Kanada talbet li jsiru emendi fil-lista taċ-ċentri tal-ġbir tas-semen approvati bi qbil mad-Deċiżjoni 2002/613/KE rigward id-dħul f’pajjiżha.

(3) Il-Kanada pprovdiet garanziji rigward il-konformità mar-regoli xierqa preskritti fid-Direttiva 90/429/KEE u s-servizzi veterinarji ta’ pajjiżha approvaw uffiċjalment iċ-ċentri l-ġodda għall-esportazzjoni li għandhom jiżdiedu mal-lista.

(4) Id-Deċiżjoni numru 2002/613/KE għandha, għalhekk, tiġi emendata skond dan.

(5) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness V mad-Decision 2002/613/KE huwa emendat b’konformità ma’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta’ wara li tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ. 62. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, pġ. 1).

[2] ĠU L 196, tal-25.7.2002, pġ. 45. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2004/52/KE (ĠU L 10, tas-16.1.2004, pġ. 67).

--------------------------------------------------

ANNESS

Fl-Anness V mad-Deċiżjoni 2002/613/KE, il-lista għall-Kanada hi emendata kif ġej:

(a) Titħassar ir-ringiela li ġejja għaċ-ċentru Nru 4-A1-02:

CA | 4-AI-02 | Centre d'insémination porcin du Québec (CIPQ) 1486 rang Saint-André Saint-Lambert, Québec |

(b) Titħassar ir-ringiela li ġejja għaċ-ċentru Nru 4-AI-24:

CA | 4-AI-24 | Centre d'insémination C-Prim 2, Chemin Saint-Gabriel Saint-Gabriel de Brandon, Québec |

(ċ) Tiżdied ir-ringiela li ġejja:

CA | 7-AI-96 | Hypor Box 323 Ituna, Saskatchewan S0A 1V0 |

--------------------------------------------------