32004D0447



Official Journal L 155 , 30/04/2004 P. 0069 - 0083


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta' April 2004

li timmodifika l-Anness A tad-Deċiżjoni 2002/731/KE tat-30 ta' Mejju 2002 u tistabbilixxi l-karatteristiċi ewlenija ta' sistema Klassi A (ERTMS) tas-subsistema tal-kmand-kontroll u tas-sinjalar tas-sistema tal-ferroviji trans-Ewropea konvenzali referuta fid-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata permezz ta' dokument numru K(2004) 1559)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2004/447/KE)

IL-KUMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/48/EC, tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-interoperabbilità is-sistema tas-sistema tal-ferroviji trans-Ewropea b'veloċità-għolja [1], u partikolarment l-Artikolu 6(2) tagħha,

Wara li kkonsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/16/EC, taż-19 ta' Marzu 2001 dwar l-interoperabbilità is-sistema tas-sistema tal-ferroviji trans-Ewropea konvenzjonali [2], u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1) Din id-Deċiżjoni tirreferi għall-infrastruttura u l-apparat tal-vaguni ambulanti li huma s-suġġet tad-Direttiva 96/48/KE u tad-Direttiva 2001/16/KE u li għandhom jidħlu fl-użu wara d-data li fiha din id-Deċiżjoni tkun daħlet fis-seħħ.

(2) L-ewwel objettiv ta' din id-Deċiżjoni huwa li tiggwida l-għażliet tekniċi magħmula mill-awtoritajiet responsabbli għall-ippjanar, il-kostruzzjoni, it-tiġdid, l-aġġornar u l-operat ta' l-infrastruttura u l-vaguni ambulanti msemmija hawn fuq.

(3) It-tieni objettiv ta' din id-Deċiżjoni huma l-aġġornament ta' l-Anness A tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/731/KE tat-30 ta' Mejju 2002 li tikkonċerna l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbilità li tirrigwardja s-subsistema tal-kontroll-lmand u tas-sinjalar tas-sistema trans-Ewropea b'veloċità-għolja referuta fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE [3].

(4) Ir-raba' objettiv ta' din id-Deċiżjoni huwa li tistabbilixxi referenza definittiva għas-sett ta' speċifiki li għandhom ikunu ikkonsidrati fil-kuntest tas-subsistema tal-kontroll-kmand u tas-sinjalar tas-sistema ta' ferrovija trans-Ewropea konvenzjonali referuta fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/16/KE. Din ma tipprekludix il-ħtieġa tal-validità u, jekk meħtieġ, ta' akter emendi, aġġornamenti jew modifiki ta' dawn il-parametri fil-korresspondenti TSI (TSI CCS-CR), li għandhom ikunu adotti b'konformità mad-Direttiva 2001/16/KE. Dawn il-parametri jistgħu ukoll ikunu aġġornati bħala parti mir-reviżjoni tal-TSI li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva u meta tkun meqjusha l-opinjoni espressa fil-proċedura tal-kambju fl-amministrazzjoni tal-kontroll kif hemm provvediment dwar dan fil-TSI CCS-HS.

(5) Bi qbil ma' l-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 96/48/KE, is-sistema tal-ferrovija trans-Ewropea b'veloċità-għolja hija subdiviża f'subsistemi strutturali jew funzjonali. Kull waħda mis-subsistemi għandha tkun koperta bi speċifika teknika għall-interoperabbilità (TSI).

(6) Id-Deċiżjoni 2002/731/KE kienet stabbiliet il-TSI li tirrigwardja s-subsistema tal-kontroll-kmand u tas-sinjalar tas-sistema tal-ferrovija trans-Ewropea b'veloċità għolja (TSI CCS-HS).

(7) Il-Kumitat stabbilit permezz ta' l-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE (minn hawn il-quddiema raferut bħala il-"Kumitat") kien ħatar l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Interoperabbilità tal-Ferrovija (minn hawn il-quddiem referuta bħala "AEIF") bħala l-korp konġunt rapreżentattiv.

(8) Il-korp konġunt rapreżentattiv għandu jkun responsabbli għall-preparazzjoni tar-reviżjoni u l-aġġornament tal-TSI u li jagħmel rekkommandazzjonijiet lejn il-Kumitat referut fl-Artikolu 21 sabiex ikunu meqjusa l-iżviluppi fil-ħtiġiet teknoloġiċi jew soċjali.

(9) Il-AEIF kien ġie mogħti mandatt li jirrevedi il-TSI CCS-HS.

(10) Bħala riżultat ta' l-evoluzzjoni teknoloġika, kif ukoll il-kontra-reazzjoni ta' l-ewwel sett ta' l-applikazzjonijiet fl-użu, aġġornament maġġuri tas-sett tal-ispeċifiki inklużi fl-Anness A tal-TSI CCS-HS imsemmija hawn fuq huwa meqjusa bħala meħtieġa. Il-AEIF kien ħejja abbozz ta' l-Anness A revedut għall-TSI CCS-HS.

(11) L-abbozz revedut ta' l-Anness A kien ġie eżaminat mir-rapreżentanti tal-Istati Membri, fil-qafas tal-Kumitat.

(12) Bi qabil ma l-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2001/16/KE, is-sistema tal-ferrovija trans-Ewropea b'veloċità-għolja hija subdiviża f'subsistemi strutturali jew funzjonali. Kull waħda mis-subsistemi għandha tkun koperta bi speċifika teknika għall-interoperabbilità (TSI).

(13) Bħala l-ewwel pass, l-abbozz tat-TSI għandu jkun imħejji mill-korp konġunt rapreżentattiv permezz ta' mandatt mill-Kummissjoni b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva.

(14) Il-Kumitat stabbilit permezz ta' l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2001/16/KE (minn hawn il-quddiema raferut bħala il-"Kumitat") kien ħatar l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Interoperabbilità tal-Ferrovija (minn hawn il-quddiem referuta bħala "AEIF") bħala l-korp konġunt rapreżentattiv.

(15) Il-AEIF kien ġie mogħti l-mandatt li jħejji abozz ta' TSI għas-subsistema tal-kontroll-kmand u tas-sinjalar tas-sistema konvenzjonali tal-ferrovija trans-Ewropea (TSI CCS-CR).

(16) B'dana kollu, bi qbil ma l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2001/16/KE, l-ewwel stadju fl-iżvilupp tat-TSI imsemmija hawn fuq huwa li jistabbilixxi l-karatteristiċi għall-parametri bażiċi tagħha.

(17) Bi qbil mal-mandat imsemmi hawn fuq il-AEIF kien diġa ġejja l-abbozz tat-TSI għas-subsistema tal-kontroll-kmand u tas-sinjalar tas-sistema konvenzjonali tal-ferrovija trans-Ewropea (TSI CCS-CR). Dan it-TSI għandu jkun adottat la darba l-analiżi tal-ispiża-benefiċju previst bid-Direttiva 2001/16/KE jkunu ġew żviluppati u wara konsultazzjoni ma l-organizzazzjonijiet utenti u mas-sieħba soċjali.

(18) Il-multiplikazzjoni tal-proġetti ralatati mal-ERTMS għall-applikazzjonijiet konvenzjonali kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi li sejrin jissieħbu ma tinsistix għal referenza sabiex tevolvi ferrovija konvenzali. Bosta minn dawn il-proġetti jievolvu, daz-żmien, ibbażati fuq konformità sfuża mal-TSI CCS-HS preżenti, sitwazzjoni li tista, potenzalment, twassal dejjem aktar għal wirt ieħor tan-nuqqas ta' interoperabbilità fil-livell Ewropew milli dak li jkun b-għeruq fuq drawwiet nazzjonali differenti tal-ERTMS.

(19) L-estenzjoni tal-parametri tal-veloċità għolja għall-ferrovija konvenzjonali hija kjarament ġustifikata kemm b'raġunijiet tas-suq u wkoll operazzjonali. Dawn ivarjaw mill-effetti tal-iskala assoċċjati ma l-inimitabbilità tas-soluzzjonijiet bejn il-veloċità għolja u l-ferrovija konvenzjonali, għat-twettieq tal-ħtiġiet operazzjonali tal-ferroviji b'veloċità-għolja meta dawn ikunu marbuta ma l-użu tal-qafas tal-linji konvenzjonali.

(20) Soluzzjoni unika kemm għall-ferroviji b'veloċità-għolja u dawk konvenzjonali hija l-perm konċettwali tal-ibbażar tal-ERTMS li akkwistat sostenn qawwi fi ħdan is-settur tal-ferroviji fuq skala kbira - kemm mill-industria tal-fornimenti u wkoll mill-kumpaniji tal-ferroviji.

(21) Ir-referenza reveduta tal-parametri bażiċi għall-TSI CCS-HS għandha għalhekk ikoll tkun adottata bħala r-referenza tal-parametri bażiċi għas-sistema tal-Klassi A tal-TSI CCS-CR.

(22) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tad-Direttiva 96/48/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness A tat-TSI inkluż mad-Deċiżjoni 2002/731/KE li jistabbilixxi TSI relatata mas-subsistemi tal-kontroll-kmand u tas-sinjalar tas-sistema tal-ferrovija b'veloċità-għolja trans-Ewropea huwa mibdul bit-tabella msemmija fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet u l-karatteristiċi li għandhom ikunu irrispettati għall-parametri bażiċi tas-sistemi tal-Klassi A (ERTMS) tas-subsistemi tal-kontroll-kmand u tas-sinjalar tas-sistema tal-ferrovija konvenzjonali trans-Ewropea referuta fl-Anness II tad-Direttiva 2001/16/KE huma mogħtija fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Loyola De Palacio

Viċi-President tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 235, tas-17.09.96, p. 6.

[2] ĠU L 110, tal-20.04.01, p. 1.

[3] ĠU L 245, tat-12.09.02, p. 37.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

KARATTERISIĊI ERTMS

1. DESKRIZZJONI TAL-PARAMETRU

Is-subsistemi unifikati tal-klmand/kontroll u tas-sinjalar (ERTMS - European rail traffic management system) (sistema ta' l-amministrazzjoni tat-traffiku tal-ferroviji Ewropej) jinkludu żewġ elementi:

- l-element tal-komntroll/kmand u tas-sinjalar (ERTMS/ETCS - European rail traffic management system/European train control system) (sistema ta' l-amministrazzjoni tat-traffiku tal-ferroviji Ewropej/is-sistema tal-kontroll tal-ferroviji Ewropej) ikopri kemm is-sistemi ta' fuq il-ferroviji u skoll is-sistemi ta' biswit il-linji.

- l-element tar-radju u tat-telekommunikazzjoni (ERTMS/GSM-R - GSM għall-ferroviji) huwa ibbażat fuq in-normi applikati għall-qafas GSM pubbliku u wkoll ikopri l-apparat kemm ta' biswit il-linji u dak abbord il-ferrovija. GSM-R hija ibbażata fuq ESTI standard GSM fażi 2+, inkluża il-GPRS (global packet radio services), (servizzi tal-pakkett globali tar-radju) estiza għall-applikazzjonijiet speċifiċi tal-ferroviji.

2. KARATTERISTIĊI LI GĦANDHOM IKUNU RISPETTATI

2.1. ERTMS/ETCS:

Il-bażi tas-subsistemi kontroll-kmand u sinjalar għandha tkun is-sett ta' speċifikazzjonijiet elenkati f'din it-tabella li ġejja. Jekk meqjus meħtieġ, dawn l-ispeċifiki jistgħu ikunu reveduti u estiżi b'konformità mal-proċedura tar-reviżjoni ta' TSI tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE. Tali reviżjoni għandha tikkonsidra l-opinjoni espressa fil-proċedura ERTMS Change Control Management (Amministyrazzjoni tal-Iskambju tal-Kontroll), billi jkun meqjus il-fatt li fażi ta' konsolidazzjoni hija meħtieġa għall-ispeċifiki ERTMS, ibbażi fuq provi fis-siti u ta' l-ewwel implementazzjonijiet.

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-INTEROPERABBILITÁ

L-ispeċifikazzjonijiet kollha referuti f'din it-tabella huma mandatorji sakemm dawn ma jkunux kjarament immarkati bħala "informattivi".

ĦTIĠIET GOLBALI

Nru ta' l-indiċi | TSI kontroll-kmand referenza tal-paragrafu [1] | Suġġett [2] | Skop [3] | Speċifikazzjonijiet Ewropej li jiddefinixxu l-parametri bażiċi | Speċifikazzjoni Ewropej oħrajn |

0a. | 4.1.1 | ETCS FRS | | UIC ETCS FRS, verżjoni 4.29 EEUG 99E5362, verżjoni 2.00 | |

0b. | 4.1.1 | GSM-R FRS | | EIRENE FRS, Verżjoni 6.0 | |

1 | 3.2.1 | Ħtiġiet tas-sigurtà | Dokumentazzjoni informattiva EN 50128, Marzu 2001 | | EN50126, Settembru 1999. ENV50129, Frar 2003. |

2 | | RAMS | | | |

2a. | 3.2.1 4.1.1 | Ħtiġiet tas-sigurtà | Dokumentazzjoni informattiva: UNISIG SUBSET -077-V222 UNISIG SUBSET -078-V222 UNISIG SUBSET -079-V222 (2 partijiet) UNISIG SUBSET -080-V222 (2 partijiet) UNISIG SUBSET -081-V222 (2 partijiet) UNISIG SUBSET -088-V222 (6 partijiet) | UNISIG SUBSET –091-V222 | ENV50129, Frar 2003. |

2b. | 3.2.2e | Ħtiġiet ta' l-affidabbilità-disponabbilità | ERTMS/96s1266- (Kapitolu RAM) li għandu jkun użat għad-dħul ta' l-informazzjoni Dokumentazzjoni informattiva EEIG 02S1266 – verżjoni 6. | Riservat | EN 50126, Settembru 1999. |

2c. | 3.2b | Manutenzjjoni tal-kwalità | Il-proċeduri li kontra tagħho mil-kwalità tal-manutenzjoni ta' l-apparat control-kmand għandha tkun iġġudikata. | Riservat | EN 29000 u EN 29001 |

3 | 3.2.5.1.1 4.2.1.2d | Kondizzjonijiet ambjentali fiżiċi | Il-ħtiġiet minimi dwar it-temperatura, l-umidità, theżżiż, vibrazzjoni, etc., li l-apparat tal-Kontroll-Kmand għandu jirrispetta għall-użu dwar il-qafas ta' veloċità għolja. Dokumentazzjoni informattiva EEIG 97S0665 – verżjoni 5: EN50125-3, Ottubru 2003 | Riservat | EN 50125-1, Settembru 1999. u EN 50155, Awissu 2001. |

4 | 3.2.5.1.2 | Kompattibbiltà elettromanjetika | | | |

4a. | 3.2.5.1.2 4.2.1.2d | Kompattibbiltà elettromanjetika | ERTMS/97s0665 – sabiex ikun użat bħala dokument tad-dħul. Għall-iskop ta' EMC, medda ta' frekwenza għal trasmissjoni internazzjonali (Eurobalise, Euroloop u GSM-R) huma esklużi mill-ispeċifikazzjonijiet indikati f'dan l-indiċi. Ħtiġiet speċifiċi għall-ispazju ta' l-arja Euroloop huma indikati fl-Indiċi 12a. Ħtiġiet speċifiċi għall-ispazju ta' l-arja Euroloop huma indikati fl-Indiċi 12b. Ħtiġiet speċifiċi għal GSM-R spazju ta' l-arja huma indikatai fl-Indiċi 12c. | Riservat | Għall-apparat abbord: EN 50121-3-2, Settembru 2000. Tabelli 4. u 6. fil-klassi 7. klawsoli. 4, 5 u 6 huma applikabbli għall-proċeduri tat-testijiet. EN 50121-3-2, Settembru 2000. Tabelli 7, 8. u 9. fil-klassi 8. klawsoli. 4, 5 u 6 huma applikabbli għall-proċeduri tat-testijiet. Apparat għal biswit il-linji: EN 50121-4, Settembru 2000. Klawsola 5. EN 50121-4, Settembru 2000. Klawsola 6. |

4b | 3.2.5.1.2b 4.2.1.2f | Il-karatteristiċi ta' l-immunità tas-sistemi tas-sejbien tal ferrovija | Sabiex ikunu assigurati s-sistemi ta' sejbien ma jkunux imfixkla bill-kurrent tat-trazzjoni. Dħul għall-ispeċifikazzjonijiet Ewropej jinsab fir-rapport TSI CC. | Riservat | (riservat) |

FUNZJONIJIET TAL-KONTROLL KMAND

Nru ta' l-indiċi | TSI kontroll-kmand referenza tal-paragrafu | Suġġett [4] | Skop [5] | Speċifikazzjonijiet Ewropej li jiddefinixxu l-parametri bażiċi | Speċifikazzjoni Ewropej oħrajn |

5 | | Provvediment tal-loġika tas-sinjalar mill-kabina u tal-loġika ATP u l-funzjonijiet assoċċjalti | | | |

5a. | 4.1.1 | Operazzjoni normali | Dokumentazzjoni informattiva UNISIG SUBSET-050-V200, UNISIG SUBSET-076-0-V222 UNISIG SUBSET -076-2-V221 UNISIG SUBSET -076-3-V221 UNISIG SUBSET -076-4-1-V100 UNISIG SUBSET -076-4-2-V100 UNISIG SUBSET -076-5-3-V220 UNISIG SUBSET -076-5-4-V221 UNISIG SUBSET -076-6-1-V100 UNISIG SUBSET -076-6-4-V100 UNISIG SUBSET -076-6-5-V100 | UNISIG SUBSET-026- V222 UNISIG SUBSET-043-V200 UNISIG SUBSET-046-V200 UNISIG SUBSET-047-V200 UNISIG SUBSET-054-V200 UNISIG SUBSET-055- V222 UNISIG SUBSET -076-5-1-V221 UNISIG SUBSET -076-5-2-V221 UNISIG SUBSET -076-6-3-V100 UNISIG SUBSET -076-7-V100 UNISIG SUBSET -094-0-V100 | |

5b. | 4.1.1 | Operazzjoni degradata | Ħtiġiet tas-sistema b'reazzjoni mal-fallimenti. ERTMS/97E832 għandu jkun użat bħala dħul għall-ispeċifika Ewropea | UNISIG SUBSET-026- V222 | |

6 | 4.1.1 4.1.2.2 | Amministrazzjoni STM | Il-ħtiġiet funzjonali u fiżiċi ta' STM interfażi mas-sistema Klassi A. Il-kompattibbilità KER għandha tkun indirizzata. Dokumentazzjoni informattiva UNISIG SUBSET-059-V200 | UNISIG SUBSET-035-V211 UNISIG SUBSET-026- V222 UNISIG SUBSET-056-V220 UNISIG SUBSET-057-V220 UNISIG SUBSET-058-V211 | |

7 | 4.1.1 | MMI interfażi tas-sewwieq, ħtiġiet funzjonali | L-ispeċifika funzjonali għal kommunikazzjoni bejn is-sewwieq u l-assemblea abbord. Il-panew tas-sewwieq juri dak li jkun meħtieġ għas-sewqa, e.g. is-sinjali tal-kabina, twissija ta' intervent. Din tinklusi funzjonijiet tad-dħul, e.g. l-karatteristiċi tal-ferrovija, il-funzonijiet tat-twarrib, ħtieġa għall-interoperabbilità għall-iskopijiet ta' control-kmand. Din tinkludi wkoll messaġġi fuq il-panew. Is-sinjali tal-kabina jiddefinixxu l-medda minima għall-parametri li jkunu disponibbli fil-kabina li flimkien jissodisfaw iċ-ċirkostanzi kollha li jistgħu jinstabu fuq il-ferroviji fil-qafas Ewropew ta' veloċità għolja u li għalhekk jagħmlu sistema komunili tkun affidabbli għall-qafas kollu. Tali parametric ikunu jippermettu l-veloċità, il-mira rtal-veloċità, il-mira tad-distanza, li huma l-bażi tas-sinjalar tal-kabina u l-ATP. Dokumentazzjoni informattiva CELENEC WGA9D V21.DOC 2000.04.12., CELENEC WGA9D V05 DOC 2000.03.27., CENELEC WGA9D V11.DOC 2000.04.12., CENELEC WGA9D V06.DOC 2000. 01.12., CENELEC WGA9D V08NS.DOC 2000.03.27. és CENELEC WGA9D V04.DOC, 2000.03.27. | UNISIG SUBSET-033-V200 UNISIG SUBSET-026- V222 UNISIG SUBSET-035-V211 | |

8 | 4.1.1 | Ħtiġiet ta' l-odometrija | Il-ħtiġiet funzjonali tas-sub-sistema ta' l-odometrija meħtieġa bħala sostenn tal-medda ta' l-imġieba mistennija mill-apparat li jipprovdi l-interfażi Klassi A. L-eżatezza tal-lokalità tiddependi minn odometrija u mid-distanza bejn il-baliżi. Il-ħtiġiet għall-kejl tal-veloċità u tad-distanza fuq ferrovija interoperabbli. Nota b'relazzjoni ma l-indiċi 6, STM. | UNISIG SUBSET-041-V200 | |

9 | 4.1.1 | Ħtiġiet għal rekordjar abbord tad-data operazzjonali | Il-ħtiġiet għall-għażla tal-parametri tad-data, regolarità, eżatezza, verifiki tal-validità, għall-iskopijiet ta' l-ispezzjoni ta' sewqan sewwa tal-ferrovija u l-imġieba tas-sistemi relatati tas-sigurtà hekk li l-ħtiġiet ta' l-awtoritajiet legali fl-Istati Membri kollha jistgħu ikunu sodisfatti. | UNISIG SUBSET-026-V222 UNISIG SUBSET-027-V200 | |

10 | r4.1.1 | Viġilanza ħtiġiet tas-sistema ("bniedem mejjet") | Id-definizzjoni tal-funzjoni ta' viġilanza hekk li l-ferrovija tista topera b'mod aċċettabbli tal-qafas Ewropew. Il-viġilanza tassigura li s-sewwieq ikun attent b'mod sodisfaċenti (u bl-implikazzjoni suffeċjentament attent sabiex jara s-sinjali). Jekk ikun użat apparat tal-ħin, l-apparat jista jkun issettjat minn azzjonijiet oħrajn tas-sewwieq fuq il-kontrolli tal-ferrovija, il-kontrolli tat-trazzjoni, il-brejkijiet, ir-rikonoxximent ta' avviż fil-kabina. Jista jkun assoċċjat mal-ħtieġa li jinżam il-manku f'posizzjoni partikolari (il-funzjoni tal-bniedem mejjet). Il-funzjonalità meħtiepa tal-viġilanza tista tkun modifikata bl-istat ta' ATP u ta' xi sistema ta' twissija fil-kabina. Il-viġilanza, l-ATP u s-sistemi ta' twissija fil-kabina huma sistemi relatati mas-sigurtà fis-sens li dawn ikunu ta' appoġġ għas-sewwieq u jipprovdu protezzjoni tal-ferrovija fil-kaz ta' inadekwatezza humana. Il-livell tas-sigurtà huma determinat b'dawn is-sistemi kollha u huma inter-dipendenti fis-sens li il-preżenza jew in-nuqqas ta' wieħed jista jaffetwa il-funzjonalità ta' l-oħrajn. L-amministrazzjoni ta' l-aspetti tas-sigurtà hija faċilitata bil-konsiderazzjoni ta' dawn is-sistemi li jkunu fl-iskop tal-kmand-kontroll. UIC 641 għandha tkun il-bażi ta' Speċifika Ewropea. | Riservat | |

11 | 4.1.1 4.2.1.2e | Radju | Id-definizzjoni tas-sistema tar-radju għall-kommunikazzjoni tal-vuċi u d-data lejn u min nil-ferroviji. | EIRENE SRS Verżjoni 14 Ħtiġiet tat-test (li għandhom ikunu miżjuda fil-verżjoni segwenti ta' din il-TSI) | |

INTERFAŻI BEJN L-ASSEMBLEJI ABBORD U BISWIT IL-LINJI

Nru ta' l-indiċi | TSI kontroll-kmand referenza tal-paragrafu | Suġġett [6] | Skop [7] | Speċifikazzjonijiet Ewropej li jiddefinixxu l-parametri bażiċi | Speċifikazzjoni Ewropej oħrajn |

12 | | Interfażi tat-trasmissjoni tad-data bejn il-ferrovija u l-art | | | |

12a. | 3.2.5.1.2. 4.1.2.1. | Baliżi | Kompatibbilità teknika ma uġud mis-sistemi tal-klassi B tkun teħtieġ il-funzjoni tal-kaviljar kif definite fl-ispeċifikazzjonijiet Ewropej. Din għandha tkun meqjusa aċċettabbli mill-punto di vista ta' EMC. | UNISIG SUBSET-036-V221 UNISIG SUBSET-085-V212 | EÁME EN 300330-1, V1.3.1 (Ġunju 2001.), sa u inkluża s-sub-klawsola 7.2. [8] |

12b. | 3.2.5.1.2. 4.1.2.1 | Loop (kontinwità) | Dokumentazzjoni informattiva UNISIG SUBSET-050-V200 | UNISIG SUBSET-043-V200 UNISIG SUBSET-044-V200 UNISIG SUBSET-045-V200 Ħtiġiet tat-test (li għandhom ikunu miżjuda fil-verżjoni segwenti ta' din il-TSI) | |

12c. | 3.2.5.1.2. 4.1.2.1. | Radju | | EIRENE SRS verżjoni 14. | |

INTERFAŻI ABBORD BEJN IL-KOSTITWENTI TA' L-INTEROPERABBILITÁ KONTROLL-KMAND

Nru ta' l-indiċi | TSI kontroll-kmand referenza tal-paragrafu | Suġġett [9] | Skop [10] | Speċifikazzjonijiet Ewropej li jiddefinixxu l-parametri bażiċi | Speċifikazzjoni Ewropej oħrajn |

13 | | Interfażi abbord tal-kommunikazzjoni tad-data | L-interfażi tad-data bejn l-apparat kontroll-kmand bħala appoġġ tas-sinjalar tal-kabina u l-funzjonijiet awtomatiċi tal-protezzjoni tal-ferrovija u bejn dawn il-funzjonijiet u l-ferrovija | | |

13a. | 4.1.2.2 | ERTMS/ETCS Euroradio | | UNISIG SUBSET-026- V222 UNISIG SUBSET-034-V200 UNISIG SUBSET-047-V200 UNISIG SUBSET-037-V225 UNISIG SUBSET-093-V226 UNISIG-SUBSET-048-V200 UNISIG SUBSET-092-1-V225 UNISIG SUBSET-092-2-V225 | |

13b. | 4.1.2.2 | GSM-R | Dokumentazzjoni informattiva O-2475 V1.0 | A11T6001.12 | |

13c. | 4.1.2.2 | Interfażi tad-data tal-ferrovija għall-analiżi tad-data operazzjonali irrekordjata abbord | L-interfażi tal-kommunikazzjonijiet, komuni għal-qafas b'veloċità għolja, lejn l-analizzatur tad-data maħżunha fis-sistemi tal-kontroll-kmand sabiex jassiguraw il-possibbilità tal-qari matul il-partijiet interessati kollha. | UNISIG SUBSET-027-V200 | |

13d. | 4.1.2.2 | Interfażi ta' l-odometrija | ERTMS/97e267 għandha tkun il-bażi għal speċifika Ewropea. Speċifika ma tkunx disponibbli bħala l-ewwel pass | Riservat | |

INTERFAŻI BISWIT IL-LINJI BEJN IL-KOSTITWENTI TA' L-INTEROPERABBILITÁ KONTROLL-KMAND

Nru ta' l-indiċi | TSI kontroll-kmand referenza tal-paragrafu | Suġġett [11] | Skop [12] | Speċifikazzjonijiet Ewropej li jiddefinixxu l-parametri bażiċi | Speċifikazzjoni Ewropej oħrajn |

14 | | Kommunikazzjoni tad data minn biswit il-linji - Interfażi bejn: | | | |

14a. | 4.1.2.3 | ERTMS/ETCS Euroradio | | UNISIG SUBSET-049-V200 UNISIG SUBSET-026- V222 UNISIG SUBSET-037-V225 UNISIG SUBSET-092-1-V225 UNISIG SUBSET-092-2-V225 UNISIG SUBSET-093-V226 | |

14b. | 4.1.2.3 | GSMR | Dokumentazzjoni informattiva O-2475 V1.0 | A11T6001.12 | |

14c. | 4.1.2.3 | Eurobalise u LEU | | UNISIG SUBSET-036-V221 UNISIG SUBSET-085-V212 | |

14d. | 4.1.2.3 | Euroloop u LEU | | UNISIG SUBSET-045-V200 | |

14e. | 4.1.2.3 | ERTMS/ETCS és ERTMS/ETCS (RBC-RBC-trasferiment) | | UNISIG SUBSET | |

15 | 4.2.4 | Amministrazzjoni essenzali | | UNISIG SUBSET | |

KOMPATIBBILITÁ (MHUX EMC) BEJN IL-FERROVIJI U Ċ-ĊIRKWITI TAL-LINJI

Nru ta' l-indiċi | TSI kontroll-kmand referenza tal-paragrafu | Suġġett [13] | Skop [14] | Speċifikazzjonijiet Ewropej li jiddefinixxu l-parametri bażiċi | Speċifikazzjoni Ewropej oħrajn |

16 | 4.2.1.2B | Karatteristiċi tal-vaguni ambulanti li huma meħtieġa għall-kompatibbilità mas-sistemi tas-sejbien tal-ferrovija. | L-ispeċifika li l-vaguni ambulanti għandhom jirrispettaw sabiex joperaw sewwa fis-sistemi tas-sejbien tal-ferrovija. Sabiex tkun kompluta, e.g., li tkun meqjusa l-induttività fil-każ ta' settijiet ta' roti mingħajr fusien u t-tagħbija minima fuq il-fusien. | Riservat | |

INTERFAŻI TAD-DATA BEJN IL-KONTROLL-KMAND U L-VAGUNI AMBULANTI

Nru ta' l-indiċi | TSI kontroll-kmand referenza tal-paragrafu | Suġġett [15] | Skop [16] | Speċifikazzjonijiet Ewropej li jiddefinixxu l-parametri bażiċi | Speċifikazzjoni Ewropej oħrajn |

17 | 4.2.1.2E | Interfażi tal-ferrovija | Li jkopru id-data kollha ikkonċernata li tista tgħaddi bejn l-apparat tal-ferrovija u tal-kmand-kontroll. | UNISIG SUBSET-034-V200 | |

L-IMĠIEBA TAL-KMAND-KONTROLL

Nru ta' l-indiċi | TSI kontroll-kmand referenza tal-paragrafu | Suġġett [17] | Skop [18] | Speċifikazzjonijiet Ewropej li jiddefinixxu l-parametri bażiċi | Speċifikazzjoni Ewropej oħrajn |

18 | 4.1.1 4.3 | Imġieba meħtieġa | L-Annessi iI sa IV tad-Direttiva 96/48/KE jelenkaw id-definizzjonijiet tal-imġieba tal-qafas ta; veloċità għolja. | UNISIG SUBSET-041-V200 | |

ĦTIĠIET TAL-VERIFIKA

Nru ta' l-indiċi | TSI kontroll-kmand referenza tal-paragrafu | Suġġett [19] | Skop [20] | Speċifikazzjonijiet Ewropej li jiddefinixxu l-parametri bażiċi | Speċifikazzjoni Ewropej oħrajn |

32 [21] | 6.2 | Ħtigiet ta' l-integrazzjoni ta' l-assembea abbord | Dan għandu jkun suffiċjenti sabiex jassigura li l-assemblea abbord tkun topera sewwa ma l-assembleji ta' biswit il-linji (il-verifika tas-subsistema tikkonsidra l-għażliet kif indikati fir-reġistru tal-vaguni ambulanti). Testijiet ta' l-operat prattiku hħandhom ikunu mwettqa wara l-istallazzjoni ta' l-apparat abbord tal-kmand-kontroll. Attenzjoni speċjali għandha tingħata lill-kompattibbiltà elettromanjetika bejn il-CC u l-vaguni ambulanti. | UNISIG SUBSET (riservat) | |

33 | 6.2 | Ħtigiet ta' l-integrazzjoni ta' l-assembea ta' biswit il-linji | Dan għandu jkun suffiċjenti sabiex jassigura li l-assemblea ta' biswit il-linji tkun topera sewwa ma l-assembleji abbord il-ferroviji (il-verifika tas-subsistema tikkonsidra l-għażliet kif indikati fir-reġistru tal-infrastruttura). | UNISIG SUBSET (riservat) | |

34 | Tabella 6.1. Tabella 6.2. | Ħtiġiet tal-istallazzjoni | Ir-regoli tal-inġinerija li huma applikabbli meta l-istallazzjoni tal-assemblar tal-kmand-kontroll abbord u biswit il-linji jkunu rispettatati. | UNISIG SUBSET-040-V200 | |

35 | | Glossarju tat-terminoloġija u ta' l-abbrevjazzjonijiet | | UNISIG SUBSET-023-V200 | |

[1] Ir-referenzi f'din il-kolonna huma validi biss fil-każ ta' TSI CCS-HS.

[2] Dan huwa s-suġġett indirizzat fil-paragrafu referenzat fit-TSI.

[3] Din hija deskrizzjoni ta' l-intenzjoni tal-istandard meħtieġ bħala sostenn tal-TSI.

[4] Dan huwa s-suġġett indirizzat fil-paragrafu referenzat fit-TSI.

[5] Din hija deskrizzjoni ta' l-intenzjoni tal-istandard meħtieġ bħala sostenn tal-TSI.

[6] Dan huwa s-suġġett indirizzat fil-paragrafu referenzat fit-TSI.

[7] Din hija deskrizzjoni ta' l-intenzjoni tal-istandard meħtieġ bħala sostenn tal-TSI.

[8] Il-up-link applikabbli u l-meded tal-frekwenza tat-tele-potenza huma definiti fi UNISIG SUBSET-036-V221.

[9] Dan huwa s-suġġett indirizzat fil-paragrafu referenzat fit-TSI.

[10] Din hija deskrizzjoni ta' l-intenzjoni tal-istandard meħtieġ bħala sostenn tal-TSI.

[11] Dan huwa s-suġġett indirizzat fil-paragrafu referenzat fit-TSI.

[12] Din hija deskrizzjoni ta' l-intenzjoni tal-istandard meħtieġ bħala sostenn tal-TSI.

[13] Dan huwa s-suġġett indirizzat fil-paragrafu referenzat fit-TSI.

[14] Din hija deskrizzjoni ta' l-intenzjoni tal-istandard meħtieġ bħala sostenn tal-TSI.

[15] Dan huwa s-suġġett indirizzat fil-paragrafu referenzat fit-TSI.

[16] Din hija deskrizzjoni ta' l-intenzjoni tal-istandard meħtieġ bħala sostenn tal-TSI.

[17] Dan huwa s-suġġett indirizzat fil-paragrafu referenzat fit-TSI.

[18] Din hija deskrizzjoni ta' l-intenzjoni tal-istandard meħtieġ bħala sostenn tal-TSI.

[19] Dan huwa s-suġġett indirizzat fil-paragrafu referenzat fit-TSI.

[20] Din hija deskrizzjoni ta' l-intenzjoni tal-istandard meħtieġ bħala sostenn tal-TSI.

[21] In-Numru ta' l-indiċi 19 sal-31 huma intenzjonalment imħassra.

--------------------------------------------------