32004D0445



Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0114 - 0115


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-13 ta' April 2004

li taċċetta impriża offruta b'konnessjoni mal-proċedura kontra t-tfigħ fis-suq, dwar l-importazzjonijiet ta' silicon li joriġina mir-Russja

(innotifikat a fid-dokument bin-numru c(2004) 1312)

(2004/445/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolamnet tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra t-tfigħ ta' importazzjonijiet fis-suq minn pajjiżi terzi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea [1] (ir-regolament bażiku), u b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tagħhom.

Wara li kkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv.

Billi:

A. PROĊEDURA

(1) Il-Kummissjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 1235/2003 [2], imponiet dazji proviżorji kontra t-tfigħ tas-suq, dwar importazzjonijiet fil-Komunità, ta' silicon (il-prodott konċernat) li joriġinaw mir-Russja.

(2) Wara l-addozzjoni ta' miżuri proviżorji kontra t-tfigħ fis-suq, il-Kummissjoni kompliet l-investigazzjoni tat-tfigħ fis-suq, ħsara u l-interess tal-Komunità. Is-sejbiet definittivi u l-konklużjonijiet ta' l-investigazzjoni huma mfassla fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2229/2003 tat-22 ta' Diċembru 2003 li timponi dazju definittiv kontra t-tfigħ fis-suq, u li jinġabar b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' silicon li joriġina mir-Russja [3] (ir-Regolament definittiv).

(3) L-investigazzjoni kkonfermat is-sejbiet proviżorji tat-tfigħ fis-suq, li jagħmel ħsara, dwar l-importazzjonijiet ta' silicon li joriġina mir-Russja.

B. IMPRIŻA

(4) Wara l-addozzjoni tal-miżuri proviżorji kontra t-tfigħ fis-suq, SKU LLC, Sual-Kremny-Ural u ZAO KREMNY, produtturi esportaturi li jikkoperaw fir-Russja, u li jappartjenu lill-SUAL Holding Group, flimkien man-negozjant relatat tagħhom, ASMP GmbH, ġewwa l-Iżvizzera (SKU LLC, Sual-Kremny-Ural; ZAO KREMNY u ASMP GmbH huma minn hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa il-kumpannija), offruti bħala impriża skond l-Artikolu 8(1) tar-regolament Bażiku. L-offerta saret skond il-limitu taż-żmien stipulat fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku, iżda ma setgħetx tiġi aċċetata għar-raġunijiet imfassla hawn taħt fid-dettal fir-recital 94 tar-Regolament definittiv.

(5) Sussegwentement, il-kumpannija ssottomettiet offerta dwar l-impriża, riveduta sostanzjalment. F'dik l-offerta dwar l-impriża, il-kumpannija offriet li tbigħ il-prodott konċernat b' livelli ta' prezzijiet jew ‘l fuq mill-livelli ta' prezzijiet li jeliminaw l-effetti inġurjużi tat-tfigħ fis-suq. B'żieda, din l-impriża tipprovdi illi l-bejgħ lill-Komunità, tal-prodott konċernat li taqa' fil-parametri ta' l-iskop ta' l-impriża, ikun soġġett għal-limitu kwantitattiv annwali. Meta l-limitu relevanti f'sena partikolari jintlaħaq, id-dazju kontra t-tfigħ fis-suq, u li tkun fis-seħħ, tiġi ntaxxata. Il-verżjoni mhux kunfidenzali ta' l-offerta riveduta ta' l-impriża, ġiet żvelata lill-partijiet interessati, skond l-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku. L-ebda kummenti li jindikaw opposizzjoni għall-impriża tal-prezz, ma ġew riċevuti, wara dan l-iżvelar.

(6) Il-kumpannija tipprovdi wkoll lill-Kummissjoni b'informazzjoni regolari u dettaljata dwar l-esportazzjonijiet tagħha lill-Komunità, inkluż l-informazzjoni dwar il-prodotti oltre s-silicon u li dan ifisser illi l-impriża tkun tistà tiġi segwita effetivament mill-Kummissjoni. L-informazzjoni ġiet ukoll ipprovduta mill-kumpannija dwar il-listi tal-konsumaturi tagħha, flimkien mal-volumi u l-prezzijiet tal-prodotti, li l-kumpannija tkun biegħet lill-konsumaturi tagħha. Dan wera illi, kontra dak muri bħala problema fl-ewwel offerta tal-impriża, il-maġġoranza vasta tal-bejgħ tal-prodott konċernat sar lill-konsumaturi li ma kienux qed jgħaddu kwalunkwe prodott ieħor, magħmul mill-kumpannija u għalhekk ir-riskju ta' kwalunkwe kumpens minn naħa għall-oħra, bejn il-prodott konċernat u l-prodotti l-oħra kien ikkunsidrat bħala limitat. Kwalunkwe bidla f'din ir-ritmu ta' bejgħ se jiġi segwit mill-viċin mill-Kummissjoni. F'dan ir-rigward, huwa nnotat illi l-impriża riveduta jkun fiha klawżola bl-effett illi kwalunkwe bidla fir-ritmu tan-negozju mal-Komunità li għaliha jkun hemm l-ebda kawża insuffiċjenti dovuta, jew ġustifikazzjoni ekonomika, oltre l-imposizzjoni ta' miżuri kontra t-tfigħ fis-suq, jikkostitwixxu ksur ta' l-impriża. F'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa kkunsidrat li r-riskju ta' ċirkumvenzjoni ta' l-impriża miftiehma hija limitata.

(7) Din l-offerta finali aċċetabbli ta' l-impriża tal-prezz ġiet magħmula mill-kumpanijja qabel il-pubblikazzjoni tas-sejbiet definitttivi, imma fuq stadju aktar tard fil-proċeduri, li kien amministrattivament impossibli li tiġi nkluża l-atteċċazzjoni tagħhom fir-Regolament definittiv. Eċċezzjonalment, u partikolarment tenut kont, ta' l-isforzi tal-kumpannija sabiex tegħleb il-ħsibijiet tal-Kummissjoni, nonostanti l-fatt li tkun ġiet magħmula wara l-perjodu li fih ikunu saru rappreżentazzjonijiet, iridu jkunu bil-għan ta' l-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku.

(8) Sabiex tippermetti lill-Kummissjoni li ssegwi b'mod effettiv l-adeżjoni tal-kumnpannija ma' l-impriża, meta t-talba għar-rilaxx għall-ċirkolazzjoni libera bil-għan ta' l-impriża hija ppreżentata lill-awtorita tad-dwana relevanti, l-eżenjoni mid-dwana tkun kondizzjonali fuq il-preżentata tal-fattura li jkun fiha ta' lanqas l-oġġetti ta' l-informazzjoni elenkati fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 2229/2003, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 821/2004 u ċ-ċertifikat maħruġ mill-kumpannija, li jiddikjara li l-analiżi kimika ta' kull grad tal-prodott konċernat, speċifikat fuq il-fattura kummerċjali in kwistjoni. Din l-informazzjoni hija wkoll meħtieġa sabiex tippermetti lill-awtoritajiet tad-dwana jaċċertaw irwieħhom bi preċiżjoni suffiċjenti illi x-shipment jikkorispondi mad-dokumenti kummerċjali. Meta ma jiġu ppreżentati l-ebda fatturi u ċertifikati, jew meta ma jkunux jikkorispondu mal-prodott ippreżentat lid-dwana, ir-rata xierqa tad-dazju kontra t-tfigħ fis-suq tkun dovuta minflok.

(9) Fl-eventwalita ta' ksur, suspett ta' ksur jew irtirar ta' l-impriża, jistà jiġi mpost dazju kontra t-tfigħ fis-suq, bil-għan ta' l-Artikolu 8(9) u (10) tar-Regolament bażiku.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-impriża offruta mill-produtturi msemmija hawn taħt, b'konnessjoni mal-proċedura kontra t-tfigħ fis-suq, dwar importazzjonijiet ta' silicon li joriġina mir-Russja hija hawnhekk aċċettata.

Pajjiż | Kumpannija | KodiċI Addizzjonali Taric |

Ir-Russja | SKU LLC, Sual-Kremny-Ural, Kamensk, Ural Region, ir-Russja, ZAO KREMNY, Irkutsk, Irkutsk Region, ir-Russja u n-negozjant relatat tagħhom, ASMP GmbH, Baarerstrasse 16, CH 6300 Zug, L-Iżvizzera, kollha jappartjenu lil SUAL Holding Group. | A517 |

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta' April 2004.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Pascal Lamy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, 07.11.02, p. 1).

[2] ĠU L 173, 11.07.03, p. 14.

[3] ĠU L 339, ta' l-24.12.2003, p. 3. Regolament kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 821/2004 (Ara paġna 1 tal-Ġurnal Uffiċċjali).

--------------------------------------------------