Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0109 - 0109
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' April 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għall-Kummerċ, Żvilupp u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq parti minnhom, u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel, fil-parti l-oħra (2004/441/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 310 dwar it-tieni frażi ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta' paragrafu 3, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew [1], Billi: (1) Il-Ftehim għall-Kummerċ, Żvilupp u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq parti minnhom, u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel, fil-parti l-oħra, iffirmat fi Pretoria fil-11 ta' Ottubru 1999, kien proviżorjament applikat skond id-Deċiżjoni 1999/753/KE tal-Kunsill tad-29 ta' Lulju 1999 [2]. (2) Il-proċeduri tar-ratifika u l-aċċettazzjoni jew l-endorsjar mill-Istati Membri ġew finalizzati. (3) Il-Ftehim għall-Kummerċ, Żvilupp u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq parti minnhom, u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel, fil-parti l-oħra, iffirmat fi Pretoria fil-11 ta' Ottubru 1999 għandu jkun approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim għall-Kummerċ, Żvilupp u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq parti minnhom, u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel, fil-parti l-oħra, flimkien ma' l-Annessi u l-Protokolli mehmuża miegħu u d-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Komunità unilateralment jew konġuntement ma' partijiet oħra li huma mehmuża ma' l-Att Finali huma hawnhekk approvati f'isem il-Komunità. It-testi tal-Ftehim, l-Annessi, il-Protokolli, u l-Att Finali huma mehmuża mad-Deċiżjoni 1999/753/KE. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika provvduta minn l-Artikolu 109 tal-Ftehim f'isem il-Komunità. Artikolu 3 Il-posizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fil-Kunsill tal-Koperazzjoni stabbilit minn dan il-Ftehim, għandha tkun stabbilita mill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, skond id-disposizzjonijiet korrispondenti tat-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fil-Lussemburgu, nhar is-26 ta' April 2004. Għall-Kunsill Il-President B. Cowen [1] ĠU C 107, 13.04.00, p. 69. [2] ĠU L 311, 04.12.99, p. 1. --------------------------------------------------