32004D0437



Official Journal L 154 , 30/04/2004 P. 0066 - 0072


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta' April 2004

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/98/KE rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal-laħam frisk tat-tjur li jkun qiegħed jittransita jew jiġi maħżun temporanjament fil-Komunità

(innotifikata fid-dokument bin-numru C (2004) 1672)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/437/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, il-proċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni tal-prodotti ta' oriġini mill-annimali għall-konsum mill-bniedem [1] b'mod partikolari t-tielet inċiż ta' l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 9(2) u (4)(ċ),

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE [2] tistabbilixxi l-ħtiġiet għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-laħam ikkapuljat u t-tħejjijiet tal-laħam inklużi l-importazzjonijiet fil-Komunità.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE [3] tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni tat-tħejjiet tal-laħam minn ċerti pajjiżi terzi.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/984/KE [4] tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni tal-laħam frisk tat-tjur minn ċerti pajjiżi terzi.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE [5] tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni tal-laħam mill-kaċċa selvaġġa u dik domestika u l-laħam tal-fenek minn ċerti pajjiżi terzi.

(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE [6] tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u ċerti disposizzjonijiet għat-transitu diġà pprovvdut fl-Artikolu 11 bħalma huwa l-użu tal-messaġġi bl-ANIMO u tad-dokument komuni veterinarju tad-dħul.

(6) Madankollu, huwa meħtieġ, sabiex tiġi ssalvagwardata s-sitwazzjoni tal-mard fil-Komunità li jiġi żgurat ukoll illi l-kunsinni tat-tħejjiiet tal-laħam li jkunu qegħdin jittransitaw minn ġol-Komunità, jikkonformaw ukoll mal-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali ta' l-importazzjoni li japplikaw għall-pajjiżi awtorizzati rigward l-ispeċi rilevanti interessati.

(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1979 li tfassal lista tal-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, u li tistabbilixxi s-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika, u l-kondizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ġol-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom [7], ġiet emendata dan l-aħħar għalbiex tinkludi l-kondizzjonijiet tat-transitu u deroga għat-transitu bejn ir-Russja b'riferiment għall-posti speċifiċi ta' l-ispezzjon fuq il-fruntieri nnominati għal dan il-għan ta' l-aħħar.

(8) Fid-dawl ta' l-esperjenza, jidher illi l-preżentazzjoni lill-posta ta' l-ispezzjon fuq il-fruntiera, skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE, tad-dokumenti oriġinali veterinarji stabbiliti fil-pajjiż terz ta' l-esportazzjoni sabiex titwettaq il-ħtieġa regolatorja tal-pajjiż terz tad-destinazzjoni, mhix biżżejjed sabiex tiżgura illi jkunu sodisfatti b'mod effettiv il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali meħtieġa għall-introduzzjoni fis-sigurtà fit-territorju tal-Komunità tal-prodotti interessati. Huwa għalhekk approprjat li jiġi stabbilit kampjun speċifiku taċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali għalbiex jintuża fis-sitwazzjonijiet tat-transitu għall-prodotti interessati.

(9) Huwa approprjat ukoll li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-kondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 79/78/KE, illi t-transitu huwa permess biss li jiddaħħlu fit-territorju tal-Komunità minn pajjiżi terzi li l-prodotti tagħhom mhumiex ipprojbiti, billi jsir riferiment għal-lista tal-pajjiżi terzi annessa mad-Deċiżjonijiet 97/542/KE u 2000/585/KE rispettivament.

(10) Madankollu l-kondizzjonijiet speċifiċi għat-transitu permezz tal-Komunità tal-kunsinni lejn u mir-Russja għandhom jiġu previsti minħabba s-sitwazzjoni ġeografika ta' Kaliningrad u billi jiqiesu l-problemi klimatiċi li jipprojbixxu l-użu ta' wħud mill-portijiet f'ċerti żminijiet tas-sena.

(11) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/881/KE [8] tfassal lista tal-posti ta' l-ispezzjon ta' fuq il-fruntiera miftiehma għall-kontrolli veterinarji fuq l-annimali u l-prodotti mill-annimali minn pajjiżi terzi u huwa approprjat li jiġu speċifikati l-posti ta' l-ispezzjon ta' fuq il-fruntiera nnominati għall-kontroll ta' dawn it-transiti filwaqt li titqies din id-Deċiżjoni.

(12) Id-Deċiżjoni 2000/572/KEE għandha tiġi emendata kif jixraq,

(13) Il-miżuri pprovvduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE hija emendata kif ġej:

1. Jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

"Artikolu 4a

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-kunsinni tat-tħejjijiet tal-laħam għall-konsum mill-bniedem, introdotti ġewwa t-territorju tal-Komunità u li jkunu ddestinati għal pajjiż terz jew bi transitu immedjat jew wara l-ħażna skond l-Artikoli 12(4) jew 13 tad-Direttiva 97/78/KE, u mhux maħsuba għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet li ġejjin:

(a) għandhom ikunu ġejjin mit-territorju ta' pajjiż terz jew minn parti minnu elenkati fil-parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE għall-importazzjoni tal-laħam frisk ta' dawn l-ispeċi jew elenkati fl-Annes I mad-Deċiżjoni 94/984/KE għall-importazzjoni tal-laħam frisk tat-tjur jew elenkati fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2000/585/KE għall-importazzjoni tal-laħam tal-fenek u dak tal-kaċċa;

(b) għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta' l-annimali għall-ispeċi interessata ddikjarata f'wieħed miċ-ċertifkati mudell korrispondenti tas-saħħa ta' l-annimali mfassal fil-parti 2 ta' l-Anness II mad-Deċiżjoni 79/542/KEE għall-importazzjoni tal-laħam frisk, jew fl-Anness III mad-Deċiżjoni 2000/58/KE għall-importazzjoni tal-laħam tal fenek jew tal-kaċċa;

(ċ) għandhom ikunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali stabbilit skond il-kampjun stabbilit fl-Anness III, iffirmat minn veterinarju uffiċjali tas-servizzi veterinarji kompetenti tal-pajjiż terz interessat;

(d) ikunu ċċertifikati bħala aċċettabbli għat-transitu jew għall-ħażna (kif approprjat) fuq id-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul mill-Uffiċjal Veterinarju fuq il-Posta ta' l-Ispezzjon ta' fuq il-Fruntiera tad-dħul."

2. Jiddaħħal l-Artikolu 4b li ġej:

"Artikolu 4b

1. Bħala deroga mill-Artikolu 4a l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-transitu bit-triq jew bil-ferrovija minn ġol-Komunità, bejn il-posti tad-dwana ta' fuq il-fruntiera nnominati elenkati fl-Anness mad-Deċiżjoni 2001/881/KE, tal-kunsinni li jkunu ġejjin minn u ddestinati għar-Russja direttament jew permezz ta' pajjiż ieħor terz sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-kunsinna għandha tkun issiġillata b'siġill enumerat b'serje fuq il-posta ta' l-ispezzjon ta' fuq il-fruntiera tad-dħul fil-Komunità Ewropea mis-servizzi veterinarji ta' l-awtorità kompetenti;

(b) id-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinna u riferiti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom jiġu ttimbrati "GĦAT-TRANSITU LEJN IR-RUSSJA BISS PERMEZZ TAL-KE" fuq kull paġna mill-uffiċjal veterinarju ta' l-awtorità kompetenti responsabbli mill-BIP;

(ċ) il-ħtiġiet proċedurali pprovvduti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom jiġu kkonformati magħhom;

(d) il-kunsunna tiġi ċċertifikata bħala aċċettabbli għat-transitu fuq id-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul mill-Uffiċjal Veterinarju fuq il-Posta ta' l-Ispezzjon ta fuq il-Fruntiera tad-dħul.

2. Ma għandhomx jiġu permessi l-ħatt jew il-ħażna, kif iddefiniti fl-Artikolu 21(4) jew l-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fuq it-territorju tal-KE għal dawn il-kunsinni.

3. Għandhom isiru verifiki regolari mill-awtorità kompetenti sabiex jiġi żgurat illi n-numru tal-kunsinni u l-kwantitajiet tal-prodotti li jħallu l-Komunità Ewropea jaqbel man-numru u l-kwantitajiet li jidħlu."

3) 4. Jiżdied l-Anness ġdid III skond l-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta' Mejju 2004.

L-Artikolu 1(1) u l-Anness għandhom jibdew japplikaw biss mill-1 ta' Jannar 2005.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, pġ.1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Rgolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122 tas-16.5.2003, pġ.1).

[2] ĠU L 18, tat-23.1.2002, pġ.11.

[3] ĠU L 200, ta’ l-24.8.1995, pġ.38. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/58/KE (ĠU L 023, tat-28.1.2003, pġ.26, ).

[4] ĠU L 89, ta’ l-4.4.1997, pġ.26. Deċiżjoni kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni 2004/212/KE (ĠU L 73, tal-11.3.2004, pġ.11).

[5] ĠU L 133, ta’ l-14.4.2000, pġ.26. Deċiżjoni kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni 2004/812/KE (ĠU L 73, tal-1.3.2004, pġ.16).

[6] ĠU L 24, tat-30.1.1998, pġ.9. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att li jikkoncerna l-kondizzjonijiet ta’ l-Adeżjoni (ĠU L 236, tat-23.9.2003, pġ.318).

[7] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, pġ.15. Deċiżjoni kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/nnn/KE (ĠU L nnn, ta’ dd.xx.2004, pġ. nn).

[8] ĠU L 326, tal-11.12.2001, pġ. 44. Deċiżjoni kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/273/KE (ĠU L 86, ta’ l-24.3.2004, pġ.21).

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS III

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------