32004D0433



Official Journal L 154 , 30/04/2004 P. 0050 - 0053


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta' April 2004

li tistabbilixxi l-miżuri transitorji għal-Latvija li jidderogaw mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE rigward l-għoli tal-gaġeġ għat-tiġieġ li jbidu

(innotifikata fid-dokument bin-numru C (2004) 1628)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/433/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1) Mill-1 ta' Mejju 2004, iż-żamma tat-tiġieġ li jbidu fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (l-Istati Membri l-ġodda) ikollhom jikkonformaw ma' l-istandards minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ li jbidu ddikjarati fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta' Lulju 1999 li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ li jbidu [1].

(2) L-Artikolu 5(1)(4) tad-Direttiva 1999/7/KE tispeċifika l-għoli minimu meħtieġ għall-gaġeġ mhux mogħtija s-sinjurija. Rigward il-ħames Stati Membri l-ġodda, diġà ġew stabbiliti derogi speċifiċi minn din il-ħtieġa fl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 għal ċerti stabbilimeni elenkati fl-Appendiċi ta' miegħu.

(3) Għandhom jingħataw derogi minn din il-ħtieġa lil-Latvija għalbiex tiffaċilita t-transizzjoni għall-istandards tal-benesseri rigward iż-żamma tat-tiġieġ li jbidu li tirriżulta mill-applikazzjoni tad-Direttiva 1999/74/KE.

(4) Sabiex jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jfixklu l-mixi mingħajr xkilijiet ta' l-organizzazzjoni tas-suq fil-prodotti mill-annimali, huwa approprjat li jiġi eskluż mill-kummerċ intra-Komunitarju l-bajd prodott fil-gaġeġ li jibbenefika mid-deroga.

(5) Il-miżuri pprovvduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bħala deroga mill-Artikolu 5(1)(4) tad-Direttiva 1999/74/KE, l-istabbilimenti fil-Latvija elenkati fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni jistgħu jżommu fis-servizz sa l-1 ta Mejju 2007 il-gaġeġ eżistenti tat-tiġieġ li jbidu sakemm dawn ikunu mill-inqas 35 mm għolja 'l fuq minn mill-inqas 65 % tal-firxa tal-gaġġa u mhux inqas minn 29 ċm f'kull punt.

Artikolu 2

Il-bajd mill-gaġeġ li jibbenefika mid-deroga skond l-Artikolu 1 ma għandux jitqiegħed fis-suq ta' Stat Membru ieħor.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 203, tat-3.8.1999, pġ. 53.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Istabbilimenti fil-Latvija bil-gaġeġ mhux mogħtija s-sinjurija għat-tiġieġ li jbidu bla ħsara għall-arranġamenti transitorji bħala deroga mill-Artikolu 5(1)(4) tad-Direttiva 1999/74/KE

In-Nru | L-Isem u l-Indirizz ta' l-istabbiliment | Il-Kapaċità tal-produzzjoni (bajd/is-sena) (eluf) |

1 | A/s Balticovo Iecava LV 3 913 | 235000 |

2 | SAI Sidgunda 2 Sidgunda LV 2 153 | 9100 |

--------------------------------------------------