32004D0410



Official Journal L 151 , 30/04/2004 P. 0031 - 0050


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta' April 2004

li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali dwar l-importazzjoni ta' ċerti annimali minn Saint Pierre u Miquelon u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/524/KEE

(notifikata permezz ta' dokument numru K(2003) 1548)

(Test b'rilevanza għall-ŻEE)

(2004/410/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar il-problemi tal-ispezzjoni tas-saħħa u veterinarji mal-importazzjoni ta' l-annimali tal-ifrat u tal-majjali u ta' laħam frisk minn pajjiżi terzi [1], u partikolarment l-Artikoli 6(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' l-annimali, s-semen, l-ova u embrijoni li ma humiex suġġetti għall-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali kif stabbiliti fir-regoli tal-Komunità referuti fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE [2], u partikolarment l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 17, il-paragrafu [3], 18(1) u 19 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tistabbilixxi li l-importazzjoni ta' l-annimali ungulati ta'speċje apparti minn dawk referuti fid-Direttivi 64/432/KEE (3), 90/426/KEE [4], u 91/68/KEE [5] gġandha tkun permissibbli biss minn dawk il-pajjiżi terzi li huma nklużi fil-lista mħejjija bi qbil ma l-Artikolu 17.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [6] li tħejji lista ta' pajjiżi terzi ta' minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ċerti annimali ħajjin, tistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali u pubblika u dawk veterinarji għall-importazzjoni ta' dawn l-anniamli, u tipprovdi għal perijodu ta' residenza fil-pajjiż ta' l-esportazzjoni ta' aktar minn sitt xhur.

(3) Bħala riżultat ta' spezzjoni veterenarji mill-Kummissjoni fi Saint Pierre u Miquelon, is-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali tidher li hija taħt kontroll sodisfaċenti tas-servizzi veterinarju uffiċjali u, partikolarment, id-disponabbiltà ta' stazzjoni ta' kwarantina tippermetti importazzjoni mingħajr riskju fi Saint Pierre u Miquelon ta' ċerti annimali.

(4) Il-faċilitajiet tal-istazzjon tal-kwarantina fi Saint Pierre u Miquelon jippermettu għar-residenza ta' ċerti tipi ta' annimali ingulati tal-ispeċje apparti minn dawk refereuti fid-Direttivi 64/432/KEE, 90/426/KEE u 91/68/KEE.

(5) Għalhekk huwa xieraq li tkun stabbilita lista tal-ispeċje ta' l-annimali u l-kondizzjonijiet speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa ta' l-animali għall-importazzjoni ta' annimali ħajjin b'konformità mas-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali ġewwa Saint Pierre u Miquelon.

(6) Id-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha għalhekk tkun emendata sabiex tippermetti l-importazzjoni ta' annimali tal-ispeċje referuti fid-Direttivi 72/462/KEE u 92/65/KEE u partikolarment il-camelidae minn Saint Pierre u Miquelon u li jkunu stabbiliti l-kondizzjonijiet meħtieġa.

(7) Fl-1 ta' Mejju 2004, l-10 Stati ta' l-Adeżjoni huma mistennija li jsiru membri sħaħ tal-Komunità Ewropea u r-regoli tal-Komunità ikunu applikabbli lilhom. B'segwiment ta' l-adeżjoni tagħhom, dawn il-pajjiżi isiru mbagħar parti mis-suq intern u huma għandhom għalhekk ikunu mħassra mil-lista ta' pajjiżi terzi kif stabbilita fid-Deċiżjoni 79/542/KEE.

(8) Ir-restrizzjonijiet għall-Bulgarija li jikkonċernaw l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali bovini, ovini u kaprini b'relazzjoni mal-marda tal-ilsien kaħlani kienu tneħħew bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/845/KE [7].

(9) Il-lista ta' pajjiżi terzi u ta' reġjuni stabbilita bid-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha tkun emendata kif xieraq.

(10) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u tas-Saħħa ta' l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 79/542/EC huwa emendat kif ġej:

1. il-lista tal-pajjiżi terzi fil-Parti 1 hija mindula bil-lista fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

2. il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a) fil-lista ta'

"Mudelli"

, il-kitba li ġejja hija miżjuda fit-tmiem:

"CAM: Mudell ta' attestazzjoni speċifika għall-annimali importati minn St Pierre et Miquelon permezz tal-kondizzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fil-Parti 4 ta' l-Anness I."

(b) Il-"Model RUM" huwa mibdul bil-mudell fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

(ċ) Il-mudell ta' l-attestazzjoni speċifika fl-Anness III ta' din id-Dċiżjoni huwa miżjud mal-mudell "SUI".

3. It-test fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni huwa miżjud bħala il-Parti 4.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tkun applikabbli mill-1 ta' Mejju 2004.

Artikolu 3

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. Id-Direttiva kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

[2] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 52; Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1398/2003 (ĠU L 198, tas-6.8.2003, p. 3).

[3] ĠU L 121, tas-27.7.1964, p. 1977; Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 21/2004 (ĠU L 5, tad-9.1.2004, p. 8).

[4] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42; Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[5] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19; Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[6] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/372/KE (ĠU L 118, tat-23.4.2004, p. 45).

[7] ĠU L 321, tas-6.12.2003, p. 61.

--------------------------------------------------

ANNESS I

"

ANNESS I

ANNIMALI ĦAJJIN

Parti 1

Lista ta' pajjiżi terzi jew pertijiet minnhom [1]

Pajjiż | Kodiċi tat-territorju | Deskrizzjoni tar-territorju | Ċertifikat veterinarju | Kondizzjonijiet speċifiċi |

Mudell(i) | SG |

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

BG - Il-Bulgarija | BG-0 | Il-pajjiż kollu | | | VI |

BG-1 | Il-provinċji ta' Varna, Dobrich, Silistra, Choumen, Targovitchte, Razgrad, Rousse, V.Tarnovo, Gabrovo, Pleven, Lovetch, Plovdic, Smolian, Pasardjik, Sofia distric, Sofia city, Pernik, Kustendil, Blagoevgrad, Sliven, Starazagora, Vratza, Montana u Vidin | BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y | A. |

CA - Il-Kanada | CA-0 | Il-pajjiż kollu | POR-X | | IVb IX |

CA-1 | Il-pajjiż kollu apparti milli r-raġjun tal-Wied ta' Okanagan fil-Britsh Columbia li huwa deskritt kif ġej: Mill-punt fuq il-fruntiera ta' bejn il-Kanad u l-Istati Uniti 120° 15' longitude, 49° latitudini;Għat-tramuntana tal-punt 119° 35' lonġitudini, 50° 30' latitudini;Għall-grigal mill-punt 119° lonġitudini, 50° 45' latitudini;għal nofs-in-nhar tal-punt mill-fruntiera ta' bejn il-Kanada u l-Istati Uniti 118° 15' lonġitudini, 49° latitudini | BOV-X, OVI-X, OVI-Y | A. |

CH - L-Isvizzera | CH-0 | Il-pajjiż kollu | BOV-X, BOV-Y, OVI-X, OVI-Y, RUM | |

POR-X, POR-Y, SUI | B |

CL - Il-Chili | CL-0 | Il-pajjiż kollu | OVI-X, RUM | |

POR-X, SUI | B |

CY – Il-Cipru [2] | CY- | Il-pajjiż kollu | POR-X, POR-Y | B |

CZ - Ir-Repubblika Ċeka [2] | CZ-0 | Il-pajjiż kollu | BOV-X, BOV-Y,RUM, OVI-X, OVI-Y POR-X, POR-Y | | IVa V |

EE - L-Estonja [2] | EE-0 | Il-pajjiż kollu | BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-Y | |

GL - Il-Groenlandja | GL-0 | Il-pajjiż kollu | OVI-X, RUM | | V |

HR - Il-Kroatzja | HR-0 | Il-pajjiż kollu | BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y | |

HU: - L-Ungerija [2] | HU-0 | Il-pajjiż kollu | BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y | | V |

POR-X, POR-Y | B |

IS - L-Islanda | IS-0 | Il-pajjiż kollu | BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y | | I |

POR-X, POR-Y | B |

LT - Il-Litwanja [2] | LT-0 | Il-pajjiż kollu | BOV-X, BOV-Y, OVI-Y, RUM | | |

LV - Il-Latvja [2] | LV-0 | Il-pajjiż kollu | BOV-X, BOV-Y, OVI-Y, RUM | | |

MT – Malta [2] | MT-0 | Il-pajjiż kollu | RUM, OVI-X, OVI-Y | | |

NZ - In-New Zealand | NZ-0 | Il-pajjiż kollu | BOV-X, BOV-Y, RUM, POR-X, POR-Y, OVI-X, OVI-Y | | I |

PL - Il-Polonja [2] | PL-0 | Il-pajjiż kollu | BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y | | |

PM - St Pierre Miquelon | PM-0 | Il-pajjiż kollu | BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y CAM | | |

RO - Ir-Rumanija | RO-0 | Il-pajjiż kollu | BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y | | V |

SI – Is-Slovenja [2] | SI-0 | Il-pajjiż kollu | BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-Y | | |

SK – L-Islovakkja [2] | SK-0 | Il-pajjiż kollu | BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y | | V |

"

[1] Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni kif hemm provvediment dwarhom f'xi ftehim relevanti rtal-Komunità mal-pajjiżi.

[2] Applikabbli biss sakemm dan l-Istat li sejjer jissieħeb isir Stat Membru tal-Komunità.

--------------------------------------------------

ANNESS II

"

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

ANNESS III

"

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

ANNESS IV

"Parti 4

Taxon |

ORDNI | FAMILJA | ĠENJU U SPE¬JE |

Artiodactila | Camelidae | Camelus ssp., Lama ssp., Vicugna ssp. |

Speċje ta' l-annimali

Kondizzjonijiet ta' l-importazzjoni

u l-kwarantina għas-saħħa ta' l-annimali dwar l-annimali importati fi St Pierre u Miquelon matul peridjou ta' anqas minn sitt xhur qabel l-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea.

Il-Kapitolu 1

Residenza u kwarantina

1. L-annimali importati fi St Pierre u Miquelon għandhom jabitaw fi stazzjoni awtorizzat tal-kwarantina għal perijodu minimu ta' 60 jum li jippreċedu l-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea. Dan il-perijodu jista jkun miżjud minħabba l-ħtiġiet tal-ittestjar għal speċje individwali. B'żieda ma dan, l-annimali għandhom ikunu konformi ma dawn il-ħtiġiet li ġejjin:

(a) Konsenji separati jistgħu jidħlu fl-istazzjoni tal-kwarantina. B'dana kollu, mad-dħul fl-istazzjon tal-kwarantina, l-annimali kollħa ta' l-istess spċje għandhom ikunu meqjusa bħal grupp singolu, u referuti bħala tali. Il-perijodu tal-kwarantina għandu jubda għall-grupp kollu fil-waqt ta' meta l-aħħar annimal ikun daħal fil-faċilità.

(b) Ġewwa l-istazzjon tal-kwarantina, kull grupp speċifiku ta' l-annimali għandu jinżamm f'iżolazzjoni, mingħajr l-ebda kuntatt, dirett jew inderett, ma xi annimali oħrajn, inklużi dawk minn konsenji oħrajn li jistgħu ikunu preżenti. Kull konsenja għandha tinżamm fi stazzjoni approvat tal-kwarantina u protetta minn insetti vetturi.

(ċ) Jekk, matul il-perijodu tal-kwarantina, l-iżolament ta' l-annimali ma jkunx inżamm u kuntatt iseħħ ma annimali oħrajn, il-kwarantika tkun meqjusa bħala nulla u bla saħħam u l-grupp għandu herġa bibda mill-ġdid il-perijodu tal-kwarantina ta' l-istess perijodu ta' żmien kif inizjalment preskritt mad-dħul fl-istazzjoni tal-kwarantina.

(d) l-annimali għall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea, li jgħaddu mill-istazzjoni tal-kwarantina, għandhom ikunu mgħobbija u ikkonsenjati direttament lejn il-Komunità Ewropea:

(i) mingħajr ma jiġu f'kuntatt ma xi annimali apparti milli l-annimali li jwettqu l-kondizzjonijiet tas-saħħa kif stabbiliti għall-importazzjoni tal-kategorija relevanti ta' dak l-annimal għal ġewwa l-Komunità Ewropea;

(ii) segregati f'konsenji hekk li l-ebda konsenja ma tkun jista jkollha kuntatt ma l-annimali li ma humiex eleiġibbli għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea;

(iii) f'vetturi jew kontenituri tat-trasport li l-ewwel nett ikunu ġew imnaddfa u disinfettati b'disinfettant uffiċjalment awtorizzat fi St. Pierre u Miquelon bħala effettiv għal kontroll tal-mard imsemmi fil-Kapitolu II hawn taħt u li huma hekk mibnija li l-ħmieġ, l-urina, it-tiben jew il-għalf ma jkunux jistgħu jixterdu jew jaqgħu il-barra mill-vettura matul it-trasport.

2. Il-bini tal-kwarantina għandu mill-anqas jilħaq in-normi minimi kif stabbili fl-Anness B tad-Direttiva 91/496/KEE, u dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) għandu jkun taħt is-superviżjoni ta' veterinarju uffiċjali.

(b) għandu jkun lokalizzat fiċ-ċentru ta' żona b'diametru ta' 20 km li fiha, skond is-sejbiet uffiċjali, li għal mill-anqas 30 jum qabel l-użu tiegħu bħala stazzjon tal-kwarantina, ma kien hemm l-ebda każ tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer.

(ċ) li dan għandu, qabel ma jkun użat bħala stazzjon tal-kwarantina, ikun imnaddaf u disinfettat b'disinfettant awtorizzat fi St. Pierra et Miquelon bħala effettiv fil-kontroll tal-mard imsemmi fil-Kapitolu II.

(d) ikunu operati, billi tkun meqjusa l-kapaċità tiegħu għaż-żamma ta' l-annimali:

(i) bħala faċilità dedikata esklussivament għal dan l-iskop, inklużi kmamar adekwati u ta' standard adatt għall-annimali;

(ii) faċilitajiet xierqa, li

- huma faċli li jkunu mnaddfa kompletament u disinfettati,

- jinkludi faċilitajiet għa-tagħbija u l-ħatt mingħajr perikolu,

- jistgħu iwettqu l-ħtiġiet kollha għall-provediment ta' l-ilma tax-xorb u ta' l-għalf lill-annimali,

- jippermetti kwalunkwe trattament veterinarju meħtieġ sabiex ikun amministrat mingħajr tbagħtija;

(iii) faċilitajiet xierqa għall-ispezzjoni u l-iżolazzjoni;

(iv) apparat xieraq għat-tindif u d-disinfettar tal-kmamar u tal-vetturi tat-trasport;

(v) spazju xieraq għall-ħażna ta' l-għalf, tiben u demel;

(vi) sistema xierqa għall-ġbita ta' l-ilma tal-iskart;

(vii) uffiċċju għall-veterinarju uffiċjali.

(e) waqt l-operat, ikun hemm numru suffiċjenti ta' veterinarji sabiex iwettqu id-doveri kollha tagħhom,

(f) dawn għandhom jaċċettaw biss annimaali li huma individwalment identifikati hekk li jiggarantixxu traċċabbilità. Għal dan il-għan, meta l-annimali jkunu aċċettati, il-pardun jew il-persuna inkarigata mill-istazzjoni tal-kwarantina għandu jassigura li l-annimali jkunu identifikati sewwa u akkumpanjati bid-dokumentazzjoni u ċ-ċertifikati tas-saħħa għall-ispeċje u l-kategoriji involuti. Aktar minn hekk, din il-persuna għandha ddaħħal f'reġistru jew f'database, li għandhom jinżammu għal mill-anqas 3 snin, l-isem tas-sid, l-oriġini, id-data tad-dħul u tal-ħruġ, in-numru u l-identifikazzjoni ta' l-annimali, u d-destinazzjoni tagħhom,

(g) l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-proċedura għas-supervviżjoni uffiċjali tal-istazzjoni tal-kwarantina u għandha tassigura li tali superviżjoni tkun imwettqa; din is-superviżjoni għandha tinkludi spezzjonijiet regolari sabiex ikun aċċertat li l-ħtiġiet għall-approvazzjoni jibqgħu li jkunu mwettqa. Fil-każ ta' nuqqas jew sospenzjoni, l-approvazzjoni tista terġa tkun mogħtija meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li l-bini tal-kwarantina ikun f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet kollha imsemmija hawn fuq.

Il-Kapitolu 2

Testijiet tas-saħħa ta' l-annimali

1. Ħtiġiet ġenerali

L-annimali għandhom ikunu suġġetti għal dawn it-testijiet li ġejjin li għandhom jitwettqu fuq kampjuni tad-demm meħud, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, mhux aktar kmieni minn 21 jum minn wara l-bidu tal-perijodu ta' l-iżolament. It-testijiet tal-laboratorju għandhom jitwettqu ġewwa laboratorju approvat fil-Komunità Ewropea u t-testijiet tal-loboratorju kollha u r-riżultati tagħhom, il-vaċċinazzjonijiet u t-trattamenti, għandhom ikunu nklużi maċ-ċertifikat tas-saħħa. Sabiex l-interventi fuq l-annimali jinżmmu għall-anqas possibbli, kampjunar, testijiet u xi vaċċinazzjoni għandhom ikunu aggruppati sa kemm dan ikun possibbli, waqt li jkunu rispettati l-intervalli minimi taż-żmien meħtieġa bil-protokolli tat-testijiet.

2. Ħtiġiet speċifiċi

2.1. Kamelidi

2.1.1. Tuberkulożi

(a) It-test li għandu jkun użat: test kumparattiv ta' reazzjoni intradermali bl-użu tal-PPD Bovina u l-PPD Avjana li jkunu konformi man-normi għall-manifattura tat-tuberkulini bovini u avjani kif deskritti fl-Anness B tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE. It-test għandu jkun imwettaq fuq iż-żona ta' wara l-ispalla (ir-reġjun assillari) skond it-teknina deskritta fl-Anness B tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE.

(b) L-għażla taż-żmien: l-annimali għandhom ikunu ittestjati fi żmien jumejn mill-wasla tagħhom fl-istazzjon tal-kwarantina u wara 42 jum mill-ewwel test.

(ċ) Interpretazzjoni tat-testijiet:

ir-reazzjoni għandha tkun meqjusa bħala:

- negattiva jekk iż-żieda fil-ħxuna tal-ġilda tkun ta' anqas minn 2 mm,

- pożittiva jekk iż-żieda fil-ħxuna tal-ġilda tkun ta' aktar minn 4 mm,

- inklonklussiva je iż-żieda fil-ħxuna tal-ġilda tall-PPD bovina tkun bejn 2 mm u 4 mm, jew ta' aktar minn 4 mm imma anqas mir-rteazzjoni għall-PPD avjana.

(d) Għażliet għall-azzjoni wara t-testijiet:

Jekk annimal jippreżenta riżultat pożittiv miħabba reazzjoni-interdermali għallPPD bovina, dan l-annimal għandu jkun eskluż mill-grupp u l-annimali l-oħrajn għandhom ikunu eżaminati mill-ġdid f'perijodu li jibda mill-anqas 42 jum minn wara meta l-ewwel test pożittiv kien ġie amministrat: dan għandu jkun meqjus bħala l-ewwel test deskritt fi (b).

Jekk aktar minn an nimal wieħed fil-gruppjippreżenta riżultat pożittiv, il-grupp kollu għandu jkun miċħud għall-espoptazzjoni lejn il-KE.

Jekk wieħed jew aktar annimali ta' l-istess grupp jippreżenta reazzjoni mhux konklussiva, il-grupp kollu għamndu jkun ittestjat mill-ġdid wara l-perijodu ta' 42 jum, u dan ikun meqjus bħala l-ewwel test deskritt fi (b).

2.1.2. Bruċellożi.

(a) It-test li għandu jkun użat:

- B. Abortus: SAT u RBT kif deskritti rispettivament fil-punt 2.6 u (2.5) fl-Anness C tad-Direttiva 64/432/KEE. Fil-każ ta' riżultat pożittiv, test tal-fissazzjoni Komplementari għandu jkun imwettaq għall-konferma.

- B. Melitensis: SAT u RBT kif deskritti rispettivament fil-punt 2.6 u 2.5 fl-Anness C tad-Direttiva 64/432/KEE. Fil-każ ta' riżultat pożittiv, test ta' fissazzjoni Komplementari skond il-metodu deskritt fl-Anness C tad-Direttiva 91/68/KE għandu jkun imwettaq għall-konferma.

- B. Ovis: Test ta' fissazzjoni Komplementari kif deskritt fl-Anness D tad-Direttiva 91/68/KE.

(b) L-għażla taż-żmien: l-annimali għandhom ikunu ittestjati fi żmien jumejn mill-wasla tagħhom fl-istazzjon tal-kwarantina u wara 42 jum mill-ewwel test.

(ċ) Interpretazzjoni tat-testijiet:

Reazzjoni pożittiva għat-testijiet għandha tkun kif deskritta fl-Anness C tad-Direttiva 64/432/KEE.

(d) Għażliet għall-azzjoni wara t-testijiet:

Annimali b'testijiet pożittivi għal wieħed mit-testijiet għandhom ikunu esklużi mill-grupp u l-annimali l-oħrajn għandhom ikunu ittestjati mill-ġdid ta' mill-anqas 42 jum wara li l-ewwel test pożittiv ikun ġie mwettaq: dan għandu jkun meqjus bħala l-ewwel test deskritt fi (b).

Biss dawk l-annimali b'test negattiv għaż-żewġ testijiet konmsekuttivi imwettqa kif deskritt fi (b) għandhom jiħallew li jkunu esportati lejn il-KE.

2.1.3. Il-Marda tal-Ilsien Kaħlani u ta' l-emorroġija epiżotika (EHD).

(a) It-test li għandu jkun użat: test AGID kif deskritt fil-Parti 3 (C) ta' l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 79/542/KEE.

Fil-każ ta' reazzjoni pożittiva, l-annimali għandhom ikunu ittestjati bit-test ELISA Kompetittiv kif deskritt fil-Parti 3(C) ta' l-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE sabiex ikun hemm diskriminazzjoni bejn iż-żewġ mardiet.

(b) L-għażla taż-żmien:

L-annimali jeħtieġ li jkunu ittestjati b'riżultat negattiv għaż-żewġ testijiet: l-ewwel matul jumejn mill-wara l-wasla tagħhom fl-istazzjon tal-kwarantina u t-tieni wara mill-anqas 21 jum mill-ewwel test.

(ċ) Għażliet għall-azzjoni wara t-testijiet:

(i) L-ilsien kaħlani

jekk wieħed jew aktar annimali jkollhom testijiet pożittivi għall-ELISA kif deskritt fil-Parti 3 (C) ta' l-Anness I tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, l-annimal/annimali pożittivi għandhom ikunu esklużi mill-grupp, u l-kumpllament kollu tal-grupp għandu jkun imqiegħed fi kwarantina għal 100 jum li jindew mid-data li fiha il-kampjuni għat-test pożittiv kienu miġbura. Il-grupp jista biss ikun meqjus bħala ħieles mill-mard jew verifiki regolari mill-veterinarju uffiċjali matul iż-żmien tal-kwarantina jkun naqas milli jiżvela sintomi kliniċi tal-mard, u l-istazzjon tal-kwarantina jibqa ħieles mill-vetturi tal-Ilsien Kaħlani (Kuliċojdi).

Jekk annimal ieħor jippreżenta sintomi kliniċi tal-marda matul il-perijodu tal-kwarantina kif deskritt hawn fuq, il-grupp kollu għandu jkun miċħud milli jkun esportat lejn il-KE.

(ii) Il-Marda ta' l-emorroġija epiżotika (EHD).

jekk wieħed jew aktar annimali b'test pożittiv jiżvela l-preżenza ta' antikorpi għall-virus EHD matul it-test konfirmatarju ELISA, l-annimal(i) gġandu jkun meqjus bħala pożittiv u għandu jkun eskluż mill-grupp, u l-grupp kollu għandu jkun suġġett għal repetizzjoni tat-test li jibda mill-anqas wata 21 jum minn meta kien hemm id-dianjożi pożittiva inizzjali u għall-darba oħra mill-anqas 21 jum sussegwenti, it-tnejn b'riżultati negattivi. Jekk xi annimali oħrtajn ikollhom testijiet pożittivu matul ir-repetizzjoni tat-testijiet, il-grupp kollu għandu jkun miċħud mill-espostazzjoni lejn il-KE.

2.1.4. Il-marda tal-lsien u d-dwiefer (FMD)

(a) It-test li għandu jkun użat: Testijiet dianjostiċi (probang u seroloġiku) bl-użu tat-tekniki ELISA u NV skond il-protokolli deskritti fil-Parti 3 (C) ta' l-Anness I tad-Deċiżjoni 79/542/KEE.

(b) L-għażla taż-żmien: l-annimali jeħtieġ li jkunu ittestjati b'riżultat negattiv għaż-żewġ testijiet: l-ewwel matul jumejn mill-wara l-wasla tagħhom fl-istazzjon tal-kwarantina u t-tieni wara mill-anqas 42 jum mill-ewwel test.

(ċ) Għażliet għall-azzjoni wara t-testijiet: Jekk xi annimal ikollu test pożittiv għall-virus FMD, allura l-annimali preżenti fl-istazzjoni tal-kwarantina ma jkunux meqjusa bħala eliġibbli għad-dħul fil-KE.

Nota:

Kwalunkwe sejba ta' l-antikorpi għal proteini strutturali jew mhux strutturali tal-virus FMD għandu jkun meqjus bħala riżultat ta' infezzjoni preċedenti ta' FMD, irrispettivament mill-istatus tal-vaċċinazzjoni.

2.1.5. Rinderpest

(a) It-test li għandu jkun użat: It-test kompetittiv ELISA kif deskritt fil-manwal OIE huwa t-taest preskritt għall-kummerċ internazzjonali u huwa test b'għażla. Test tan-newtralizzazzjoni tas-serum, jew testijiet rikonoxxuti oħrajn b'konformità mal-protokolli deskritti fis-sezzjonijiet relevanti tal-manwal OIE, jistgħu ukoll ikunu wżati.

(b) L-għażla taż-żmien: l-annimali għandhom ikunu ittestjati darbtejn: l-ewwel matul jumejn mill-wara l-wasla tagħhom fl-istazzjon tal-kwarantina u t-tieni wara mill-anqas 42 jum mill-ewwel test.

(ċ) Għażliet għall-azzjoni wara t-testijiet: Jekk xi annimal ikollu test pożittiv għall-virus Rinderpest, allura l-annimali preżenti fl-istazzjoni tal-kwarantina ma jkunux meqjusa bħala eliġibbli għad-dħul fil-KE.

2.1.6. Stomatiti vesikulari

(a) It-test li għandu jkun użat: ELISA, Test tan-newtralizzazzjoni tal-virus, jew testijiet rikonoxxuti oħrajn b'konformità mal-protokolli deskritti fis-sezzjonijiet relevanti tal-manwal OIE.

(b) L-għażla taż-żmien: l-annimali għandhom ikunu ittestjati darbtejn: l-ewwel matul jumejn mill-wara l-wasla tagħhom fl-istazzjon tal-kwarantina u t-tieni wara mill-anqas 42 jum mill-ewwel test.

(ċ) Għażliet għall-azzjoni wara t-testijiet: Jekk xi annimal ikollu test pożittiv għall-virus Stomatiti Vesikulari, allura l-annimali preżenti fl-istazzjoni tal-kwarantina ma jkunux meqjusa bħala eliġibbli għad-dħul fil-KE.

2.1.7. Id-Deni tal-Wied Rift

(a) It-test li għandu jkun użat: ELISA, test tan-newtralizzazzjoni tal-virus, jew testijiet rikonoxxuti oħrajn b'konformità mal-protokolli deskritti fis-sezzjonijiet relevanti tal-manwal OIE.

(b) L-għażla taż-żmien: l-annimali għandhom ikunu ittestjati darbtejn: l-ewwel matul jumejn mill-wara l-wasla tagħhom fl-istazzjon tal-kwarantina u t-tieni wara mill-anqas 42 jum mill-ewwel test.

(ċ) Għażliet għall-azzjoni wara t-testijiet: Jekk xi annimal ikollu test pożittiv għall-virus tal-Marda tal-Wied Rift, allura l-annimali preżenti fl-istazzjoni tal-kwarantina ma jkunux meqjusa bħala eliġibbli għad-dħul fil-KE.

2.1.8. Marda tal-infafet tal-ġilda

(a) It-test li għandu jkun użat: Seroloġija bl-użu ta' ELISA, test tan-newtralizzazzjoni tal-virus, jew testijiet rikonoxxuti oħrajn b'konformità mal-protokolli deskritti fis-sezzjonijiet relevanti tal-manwal OIE.

(b) L-għażla taż-żmien: l-annimali għandhom ikunu ittestjati darbtejn: l-ewwel matul jumejn mill-wara l-wasla tagħhom fl-istazzjon tal-kwarantina u t-tieni wara mill-anqas 42 jum mill-ewwel test.

(ċ) Għażliet għall-azzjoni wara t-testijiet: Jekk xi annimal juri evidenza ta' l-esposizzjoni għall-Marda tal-Infafet tal-Ġilda, il-grupp kollu għandu jkun miċħul milli jkun esportat lejn il-KE.

2.1.9. Deni emorroġiku Kongo-Krimea

(a) It-test li għandu jkun użat: ELISA, test tan-newtralizzazzjoni tal-virus, test ta' l-immunoflorixxenza jew xi test rikonoxxut ieħor.

(b) L-għażla taż-żmien: l-annimali għandhom ikunu ittestjati darbtejn: l-ewwel matul jumejn mill-wara l-wasla tagħhom fl-istazzjon tal-kwarantina u t-tieni wara mill-anqas 42 jum mill-ewwel test.

(ċ) Għażliet għall-azzjoni wara t-testijiet: jekk xi annimal juri evidenza ta' esposizzjoni għall-aġent tad-deni Ħemorraġiku Kongo-Krimea, allura l-annimal għandu jkun eskluż mill-grupp.

2.1.10. Surra (Trypanosoma evansi)

(a) It-test li għandu jkun użat: L-aġent parasitiku jista jkun identifikat fil-kampjunu konċentrati tad-demm b'konformità mal-protokolli deskritti fis-sezzjonijiet relevanti tal-manwal OIE.

(b) L-għażla taż-żmien: l-annimali għandhom ikunu ittestjati darbtejn: l-ewwel matul jumejn mill-wara l-wasla tagħhom fl-istazzjon tal-kwarantina u t-tieni wara mill-anqas 42 jum mill-ewwel test.

(ċ) Għażliet għall-azzjoni wara t-testijiet: Jekk T. Evansi jkun misjub f'xi annimal, allura daak l-annimal għandu jkun eskluż mill-grupp. Il-kumplament tal-grupp għandu jgħaddi minn trattament antiparassitiku intern u estern bl-użu ta' aġenti xierqa li huma effettivi kontra il-T. Evansi.

2.1.11. Deni katarrali malignanti

(a) It-test li għandu jkun użat: Is-sejbien tad-DNA virali huwa l-metodu preferut, ibbażat fuq l-identifikazzjoni bl-immunoflorixxenti jew immunoċitokemistrija bl-użu tal-protokolli deskritti fis-sezzjonijiet relevanti tal-manwall OIE.

(b) L-għażla taż-żmien: l-annimali għandhom ikunu ittestjati darbtejn: l-ewwel matul jumejn mill-wara l-wasla tagħhom fl-istazzjon tal-kwarantina u t-tieni wara mill-anqas 42 jum mill-ewwel test.

(ċ) Għażliet għall-azzjoni wara t-testijiet: Jekk xi annimal juri evidenza ta' l-esposizzjoni għall-MCF, il-grupp kollu għandu jkun miċħul milli jkun esportat lejn il-KE.

2.1.12. Ir-Rabja

Vaċċinazzjoni: Il-vaċċinazzjoni kontra l-marda tar-rabja tista tkun imwettqa f'ċerti każi u kampjun tad-demm ta' l-annimali u t-test tas-seerum tan-newtralizzazzjoni għall-antikorpi għandu jkun imwettaq.

2.1.13. Lewkożi bovina. (biss fil-każ ta' l-annimali li huma destinati lejn reġjun ħieles)

(a) It-test li għandu jkun użat: AGID, jew l-imblokkar ELISA, b'komformità mal-protokolli deskritti fil-manwall OIE.

(b) L-għażla taż-żmien: l-annimali għandhom ikunu ittestjati darbtejn: l-ewwel matul jumejn mill-wara l-wasla tagħhom fl-istazzjon tal-kwarantina u t-tieni wara mill-anqas 42 jum mill-ewwel test.

(ċ) Għażliet għall-azzjoni wara t-testijiet: annimali b'testijiet pożittivi għal wieħed mit-testijiet għandhom ikunu esklużi mill-grupp u l-annimali l-oħrajn għandhom ikunu ittestjati mill-ġdid ta' mill-anqas 21 jum wara li l-ewwel test pożittiv ikun ġie mwettaq: dan għandu jkun meqjus bħala l-ewwel test deskritt fi (b).

Biss dawk l-annimali b'test negattiv għaż-żewġ testijiet konsekuttivi imwettqa kif deskritt fi (b) għandhom jiħallew li jkunu esportati lejn il-KE."

--------------------------------------------------