Official Journal L 105 , 14/04/2004 P. 0039 - 0039
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ April 2004 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE rigward kontrolli fuq assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili dwar l-użu ta’ vetturi bil-magna (imniżżla taħt dokument numru C(2004) 1235) (Test b’relevanza EEA) (2004/332/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE ta’ l-24 ta’ April 1927 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fuq, assigurazzjoni kontra obbligi ċivili dwar l-użu ta’ vetturi bil-magna u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni għal kontra dawn r-responsabbiltà ċivili [1], u speċjalment l-Artikolu 7(3) tiegħu, Billi: (1) Ir-relazzjonijiet bejn il-bureaux ta’ l-assiguraturi nazzjoni(hawnhekk iżjed’il quddiem il-bureaux) ta’ l-Istati Membri u dawk tal-Kroazja, Ċipru, tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Ungerija, ta’ l-Iżlanda, tan-Norveġja, ta’ Slovakkja, ta’ Slovenja u tal-Iżvizzera huma rregolati mil-Ftehim Multilaterali tat-30 ta’ Mejju (hawnhekk iżjed’il quddiem il-Ftehim) (2) Il-Ftehim kien mehmuż mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/564/KE tat-28 ta’ Lulju 2003 fuq l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar kontrolli fuq assigurazzjoni kontra obbligi ċivili dwar l-użu ta’ vetturi bil-magna [2], li titlob ‘l Istati Membri biex ma jibqgħux jikkontrollaw l-assigurazzjoni kontra obbligi ċivili ta’ vetturi bbażati fi Stat Membru ieħor jew fit-territorji tal-Kroazja, ta’ Ċipru, tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Ungerija, ta’ l-Iżlanda, tan-Norveġja, ta’ Slovakkja, ta’ Slovenja u ta’ l-Iżvizzera, li huma lkoll suġġett għal dan il-Ftehim. (3) Fl-1 ta’ Novembru 2003 l-aġenzija ta’ l-Istati Membri u dawk tal-Kroazja, ta’ Ċipru, tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Ungerija, ta’ l-Iżlanda, tan-Norveġja, tas-Slovakkja, tas-Slovenja u ta’ l-Iżvizzera, iffirmaw l-Addendum Nru 1 tal-Ftehim li jestendi l-Ftehim biex jinkludi l-aġenziji ta’ l-Estonja, tal-Latvia, tal-Litwanja, ta’ Malta u tal-Polonja. L-Addendum jipprovdi arranġamenti prattiċi biex jitneħħew kontrolli fuq assigurazzjoni għal vetturi normalment ibbażati fit-territorji ta’ wieħed minn dawn il-pajjiżi msemmija l-aħħar (4) Għalhekk il-kondizzjonijiet kollha biex jitneħħew il-kontrolli fuq l-assigurazzjoni tal-vetturi kontra obbligi ċivili ta’ parti terzi skond id-Direttiva 72/166/KEE bejn l-Istati Membri u l-Estonja, l-Latvja, l-Litwanja, Malta u l-Polonja ġew issodisfati. ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Mit-30 ta’ April 2004, il-Membri Stati għandhom jibqgħu lura milli jagħmlu kontrolli fuq l-assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ vetturi li huma normalment ibbażati fit-territorji ta’ l-Estonja, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ Malta u tal-Polonja, li huma soġġetti għall-Addendum Nru I ta’ l-1 ta’ Novembru 2003 tal-Ftehim Multilaterali bejn il-bureaux ta’ l-assiguraturi nazzjonali ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea u Stati oħra li huma assoċjati. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fuq il-miżuri li ttieħdu biex tiġi applikata din id-Deċiżjoni. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, it-2 ta’ April 2004. Għall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 103, tat-2.5.1972, p. 1. Id-Direttiva kif ġiet emendata bid-Direttiva 84/5/KEE (ĠU L 8, tal-11.1.1984, p. 17). [2] ĠU L 192, tal-31.7.2003, p. 23. --------------------------------------------------