Official Journal L 104 , 08/04/2004 P. 0112 - 0112
Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Marzu 2004 dwar il-mobbilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE bi qbil ma' punt 3 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-7 ta' Novembru bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea, li jissuplimenta l-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju dwar id-dixxiplina tal-budget u t-titjib tal-proċedura tal-budget (2004/323/KE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-7 ta' Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea, li jissuplimenta l-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 dwar id-dixxiplina tal-budget u t-titjib fil-proċedura tal-budget [1], u b'mod partikolari il-punt 3 tiegħu, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea [2], Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (il-"Fond") biex turi solidarjetà mal-popolazzjoni tar-reġjuni milquta mid-diżastri. (2) Malta issottomettiet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond fl-10 ta' Novembru 2003, dwar diżastru kkawżat minn tempesta u diluvju. Spanja issottomettiet applikazzjoni fl-1 ta' Ottubru 2003 dwar diżastru relatat ma' ħruq. Franza ukoll issottomettiet applikazzjoni fis-26 ta' Jannar 2004 dwar diżastru ikkawżat minn diluvju. (3) Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-7 ta' Novembru 2002 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-limitu annwali ta' EUR 1 biljun. (4) Il-każijiet tat-tempesta u d-diluvju f'Malta f'Settembru 2003, il-ħruq fil-foresta fi Spanja fis-sajf ta' l-2003 u d-diluvju fin-nofsinhar ta' Franza f'Diċembru 2003 jissodisfaw il-kriterji għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea, IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Għall-budget ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea għandu jkun mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 21916995 f'approprijazzjonijiet ta' impenn. Artikolu 2 Din id-Deċizjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Strasburgu, 30 ta' Marzu 2004. Il-Parlament Ewropew Il-President P. Cox F'isem il-Kunsill Il-President D. Roche [1] ĠU C 283, ta' l-20.11.2002, p. 1. [2] ĠU L 311, ta' l-14.11.2002, p. 3. --------------------------------------------------