32004D0320



Official Journal L 102 , 07/04/2004 P. 0075 - 0080


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-31 ta’ Marzu 2004

li temenda d-Deċiżjonijiet 93/52/KEE, 2001/618/KE u 2003/467/KE dwar l-istatus tal-pajjiżi li ser jingħaqdu rigward il-bruċellożi (B. melitensis), il-marda ta’ Aujeszky, lewkożi enżootika bovina, bruċellożi u tuberkolożi bovini u ta’ Franza rigward il-marda ta’ Aujeszky

(notifikata taħt id-dokument numru K(2004) 1094)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/320/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u b’ mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u b’ mod partikolari l-Artikolu 21 u 57 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali bovini u suwini [1], u b’ mod partikolari l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(2), l-Anness A(I)(4), l-Anness A(II)(7) u l-Anness D(I)(E) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali ovini u kaprini [2] u b’ mod partikolari l-Anness A, Kapitolu 1(II) tagħha,

Billi:

(1) Bi skop ta’ l-adeżjoni tagħhom, l-istat tal-pajjiżi ta’ l-adeżjoni rigward il-bruċellożi (B. melitensis), il-marda ta’ Aujeszky u l-lewkożi enżootika, il-bruċellożi u t-tuberkolożi bovini għandu jiġi stabbilit.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE [3] tireġistra l-konformità ta’ xi Stati Membri jew reġjunijiet or mar-rekwiżiti relatati mal-bruċellożi (B. melitensis) u takkordalhom l-istat ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/EC [4] tistabbilixxi l-garanziji addizzjonali rigward l-implimentazzjoni tal-programmi tal-qirda tal-marda ta’ Aujeszky applikabbli għall-kummerċ Komunitarju fis-suwini, u l-listi tat-territorji fl-Istati Membri fejn hemm programmi approvati għall-kontroll tal-mard.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/EC [5] tistabbilixxi l-istat uffiċjail ħieles mit-tuberkolożi, il-bruċellożi u l-lewkożi enżootika bovina ta’ xi Stati Membri u reġjuni ta’ Stati Membri rigward il-merħliet bovini.

(5) Ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u l-Islovakkja rigward it-territorji rispettivi tagħhom issottomettew lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi l-konformità mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Anness A(1)(II)(1)(b) tad-Direttiva 91/68/KEE sabiex it-territorji tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Ungerija u ta’ l-Islovakkja jistgħu jiġu ddikjarati uffiċjalment ħelsin mill-bruċellożi (B. melitensis) rigward merħliet ovini u merħliet kaprini.

(6) Franza ssottomettiet dokumenti ta’ sostenn lill-Kummissjoni rigward l-istat ħieles mill-marda ta’ Aujeszky tad-dipartiment ta’ Pas-de-Calais li turi l-qirda tal-marda minn dak id-dipartiment.

(7) Ir-Repubblika Ċeka u ċ-Ċipru rigward it-territorji rispettivi taw lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi ħelsien mill-marda ta’ Aujeszky u li l-vaċċinazzjoni kontra dik il-marda hija pprojbita sabiex it-territorji sħaħ tar-Repubblika Ċeka u taċ-Ċipru jistgħu jiġu ddikjarati ħelsin mill-marda ta’ Aujeszky rigward il-merħliet suwini.

(8) Ir-Repubblika Ċeka rigward it-territorju tagħha ssottomettiet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li turi l-l-konformità mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Anness A(I)(4) tad-Direttiva 64/432/KEE sabiex it-territorju sħiħ tar-Repubblika Ċeka jista’ jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi rigward il-merħliet bovini.

(9) Ir-Repubblika Ċeka rigward it-territorju tagħha ssottomettiet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li turi l-l-konformità mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Anness A(II)(7) tad-Direttiva 64/432/KEE sabiex it-territorju sħiħ tar-Repubblika Ċeka jista’ jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi rigward il-merħliet bovini.

(10) Ir-Repubblika Ċeka u ċ-Ċipru rigward it-territorji rispettivi tagħhom issottomettew lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi l-konformità mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Anness D, Kapitolu I, taqsima E, F u G to Directive 64/432/KEE tad-Direttiva 64/432/KEE sabiex it-territorji sħaħ tar-Repubblika Ċeka u taċ-Ċipru jistgħu jiġu ddikjarati uffiċjalment ħelsin mill-lewkożi enżootika bovina rigward il-merħliet bovini.

(11) Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mog]tija mir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u l-Islovakkja, it-territorji sħaħ ta’ dawn il-pajjiżi għandhom jiġu ddikjarati uffiċjalment liberi mill-bruċellożi (B. melitensis) rigward merħliet ovini u merħliet kaprini.

(12) Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mog]tija minn Franza, mir-Repubblika Ċeka u miċ-Ċipru, id-dipartiment ta’ Pas-de-Calais ġewwa Franza u t-territorji sħaħ tar-Repubblika Ċeka u taċ-Ċipru għandhom jiġu ddikjarati ħelsin mill-marda ta’ Aujeszky rigward merħliet suwini.

(13) Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mog]tija mir-Repubblika Ċeka it-territorju sħiħ ta’ dak il-pajjiż għandu jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi u l-lewkożi enżootika bovina rigward merħliet bovini.

(14) Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mog]tija mi-Ċipru it-territorju sħiħ ta’ dak il-pajjiż għandu jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enżootika bovina rigward merħliet bovini.

(15) Id-Deċiżjonijiet Nru 93/52/KEE, 2001/618/KE u 2003/467/KE għandhom għalhekk jiġu emendati f’dan is-sens.

(16) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni hima skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L- Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huwa sostitwit bl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

L- Artikolu 2

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2001/618/KE huma sostitwiti EC bl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

L- Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2003/467/EC hija emendata kif ġej:

(a) fl-Anness I, il-Kapitolu 1 huwa sostitwit bl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni;

(b) fl-Anness II, il-Kapitolu 1 huwa sostitwit bl-Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni;

(ċ) fl-Anness III, il-Kapitolu 1 huwa sostitwit bl-Anness V ta’ din id-Deċiżjoni.

L- Artikolu 4

Din id-deċiżjoni għandha tgħodd bla ħsara mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, Poland, l-Islovenja u l-Islovakkja.

L- Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 31 ta’ Marzu 2004.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] GU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Direttiva kif l-ahhar emendata bir-Regolament (KE) Nru 21/2004 (GU L 5, 9.1.2004, 9.8).

[2] GU L 46, 19.2.1991, p. 19. Direttiva kif l-ahhar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (GU L 122, 16.5.2003, p.1).

[3] GU L 13, 21.1.1993, p. 14. Decizjoni kif l-ahhar emendata bid-Decizjoni Nru 2004/199/KE (GU L 64, 2.3.2004, p. 41).

[4] GU L 215, 9.8.2001, p. 48. Decizjoni kif l-ahhar emendata bid-Decizjoni Nru 2003/575/KE (GU L 196, 2.8.2003, p. 41).

[5] GU L 156, 25.6.2003, p. 74. Decizjoni kif l-ahhar emendata bid-Decizjoni Nru 2004/230/KE (GU L 70, 9.3.2004, p. 41).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

(msemmi fl-Artikolu 1)

"

L-ANNESS I

STAT MEMBRU

Kodiċi ISO | L-Istat Membru |

AT | L-Awstrija |

BE | Il-Belġju |

CZ | ir-Repubblika Ċeka |

DE | Il-Ġermanja |

DK | Id-Danimarka |

FI | il-Finlandja |

HU | l-Ungerija |

IE | L-Irlanda |

LU | Il-Lussemburgu |

NL | L-Olanda |

SE | l-Isvezja |

SK | l-Islovakkja |

UK | ir-Renju Unit |

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

(msemmi fl-Artikolu 2)

"

L-ANNESS I

L-Istati Membri jew reġjunijiet tagħhom ħelsin mill-marda ta’ Aujeszky u fejn hija pprojbita l-vaċċinazzjoni

Kodiċi ISO | L-Istat Membru | {Reġjunijiet |

AT | Awstrija | {It-territorju sħiħ. |

CY | Ċipru | It-territorju sħiħ. |

CZ | ir-Repubblika Ċeka | Ir-reġjunijiet kollha. |

DE | Il-Ġermanja | Ir-reġjunijiet kollha. |

DK | Id-Danimarka | Ir-reġjunijiet kollha. |

FI | il-Finlandja | Ir-reġjunijiet kollha. |

FR | Franza | Id-Dipartimenti ta' Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d'Or, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Indre, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, lott, lott-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Moselle, Nièvre, Oise, Orne, Paris, Pas-de-Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d'Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines. |

LU | Il-Lussemburgu | Ir-reġjunijiet kollha. |

SE | l-Isvezja | Ir-reġjunijiet kollha. |

UK | Ir-Renju Unit | Ir-reġjunijiet kollha fl-Ingilterra, fl-Iskozja u f'Galles. |

L-ANNESS II

L-Istati Membri jew reġjunijiet tagħhom fejn hemm programmi approvati għall-kontroll tal-marda ta’ Aujeszky

Kodiċi ISO | L-Istat Membru | Reġjunijiet |

BE | Il-Belġju | It-territorju sħiħ. |

FR | Franza | Id-dipartimenti ta' Ain, Morbihan and Nord. Côtes-d'Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, |

IT | L-Italja | Il-Provin' ja ta' Bolzano. |

NL | L-Olanda | It-territorju sħiħ. |

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

(imsemmi fl-Artikolu 3(a))

"KAPITOLU 1

Stati Membri uffiċjalment ħelsin mit-tuberkolożi

Kodiċi ISO | L-Istat Membru |

AT | L-Awstrija |

BE | Il-Belġju |

CZ | ir-Repubblika Ċeka |

DE | Il-Ġermanja |

DK | Id-Danimarka |

FI | il-Finlandja |

FR | Franza |

LU | Il-Lussemburgu |

NL | L-Olanda |

SE | l-Isvezja" |

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

(imsemmi fl-Artikolu 3(b))

"KAPITOLU 1

Stati Membri uffiċjalment ħelsin mill-bruċellożi

Kodiċi ISO | L-Istat Membru |

AT | L-Awstrija |

BE | Il-Belġju |

CZ | ir-Repubblika Ċeka |

DE | Il-Ġermanja |

DK | Id-Danimarka |

FI | il-Finlandja |

LU | Il-Lussemburgu |

NL | L-Olanda |

SE | l-Isvezja" |

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

(Imsemmi fl-Artikolu 3(c))

"KAPITOLU 1

Stati Membri uffiċjalment ħelsin mil-lewkożi enżootika bovina

KodiċiISO | L-Istatu Membru |

AT | L-Awstrija |

BE | Il-Belġju |

CY | Ċipru |

CZ | ir-Repubblika Ċeka |

DE | Il-Ġermanja |

DK | Id-Danimarka |

ES | {0<Spain <}100{<Spanja<0} |

FI | il-Finlandja |

FR | Franza |

IE | L-Irlanda |

LU | Il-Lussemburgu |

NL | L-Olanda |

SE | l-Isvezja |

UK | ir-Renju Unit" |

--------------------------------------------------