32004D0318



Official Journal L 102 , 07/04/2004 P. 0071 - 0072


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 ta’ Marzu 2004

li tadatta d-Deċiżjoni 2001/672/KE rigward rigħi tal-bhejjem fis-sajf f’ċerti żoni tas-Slovenja minħabba fl-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u s-Slovakkja

(mgħarrfa taħt dokument nru C(2004) 1022)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/318/KE)

IL-KUMMISJONI TA’ KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika taċ-Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Lituwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta’ l-Islovenja u ir-Repubblika tas-Slovakkja, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, iċ-Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u s-Slovakkja, u partikolarment l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Billi:

(1) Għal ċerti atti adottati mill-Kummissjoni, li jibqgħu validi lil hemm mill-1 ta’ Mejju 2004, u jeħtieġu adattament minħabba fl-adeżjoni, l-adattamenti meħtieġa ma kienux pprovvduti fl-Att ta’ Adeżjoni, partikolarment fl-Anness II tiegħu. Dawn l-adattamenti addizzjonali jeħtieġu li jiġu adottati qabel l-adeżjoni sabiex ikunu applikabbli mill-adeżjoni.

(2) L-Islovenja talbet li tapplika mid-data ta’ adeżjoni r-regoli speċjali applikabbli għaċ-ċaqliq ta’ annimali bovini meta jinħarġu biex jirgħu fis-sajf f’żoni muntanjużi kif preskritt fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE [1].

(3) Huwa ġustifikat li titqies it-talba ta’ l-Islovejna u biex tiġi emendata d-Deċiżjoni 2001/672/KE kif mistħoqq.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness mad-Deċiżjoni 2001/672/KE, jiżdied it-test fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika, bla ħsara għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika taċ-Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Lituwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta’ l-Islovenja u ir-Repubblika tas-Slovakkja.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-30 ta’ Marzu 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 235,ta’ l- 4.9.2001, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"SLOVENJA

POMURSKA REGIJA | Ljutomer, Ormož |

PODRAVSKA REGIJA | Lenart, Ptuj, Slovenska Bistrica, Maribor, Pesnica, Ruše |

KOROŠKA REGIJA | Dravograd, Radlje ob Dravi, Ravne na Koroškem, Slovenj Gradec |

SAVINJSKA REGIJA | Celje, Laško, Mozirje, Šentjur pri Celju, Slovenske Konjice, Šmarje pri Jelšah, Velenje, Žalec |

ZASAVSKA REGIJA | Hrastnik, Trbovlje, Zagorje ob Savi |

SPODNJE POSAVSKA REGIJA | Brežice, Sevnica |

JUGOVZHODNA SLOVENIJA | Crnomelj, Kocevje, Metlika, Novo Mesto, Ribnica, Trebnje |

OSREDJESLOVENSKA REGIJA | Domžale, Grosuplje, Kamnik, Litija, Ljubljana, Logatec |

GORENJSKA REGIJA | Jesenice, Kranj, Radovljica, Škofja Loka, Tržic? |

NOTRANJSKO-KRAŠKA REGIJA | Cerknica, Ilirska Bistrica, Postojna |

GORIŠKA REGIJA OBALNO | Ajdovšcina, Idrija, Nova Gorica, Tolmin |

KRAŠKA REGIJA | Izola/Isola, Koper, Piran, Sežana" |

--------------------------------------------------