30.3.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Marzu 2004

li tadatta l-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, bħala riżultat tar-riforma tal-politika agrikola komuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni li jirrigwarda l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, u s-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea (1), iffirmat f'Ateni fis-16 ta' April 2003, partikolarment l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea (2), minn issa 'l quddiem msejjaħ “l-Att ta' Adeżjoni”, u partikolarment l-Artikolu 23 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (3),

Billi:

(1)

Ir-riforma tal-politika agrikola komuni (PAK) u partikolarment ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa (4), jintroduċu tibdil sinjifikanti lill-acquis li fuqu kienu bbażati n-negozjati ta' l-adeżjoni.

(2)

Għalhekk hemm il-bżonn li jiġi adattat l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta' l-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta' l-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja, u tas-Slovakkja (dawk l-Istati minn hawn 'l isfel msejħa “l-Istati Membri l-ġodda”) biex ir-riżultati tan-negozjati jkunu kompatibbli ma' l-acquis l-ġdid, speċjalment fejn referenzi fl-Att ta' Adeżjoni ma jibqgħux jgħoddu jew fejn ir-riżultati tan-negozjati ma jkunux kompatibbli mar-regolamenti agrikoli l-ġodda.

(3)

Waqt li jsiru l-adattamenti neċessarji lill-Att ta' Adeżjoni, il-karattru fundamentali u l-prinċipji tar-riżultati tan-negozjati għandhom jinżammu u jkunu applikati għal kwalunkwe element ġdid. Barra minn hekk, l-adattamenti għall-Att ta' Adeżjoni għandhom ikunu limitati għal dak li huwa assolutament neċessarju.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nu. 1787/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 1255/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (5) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (6) jintroduċu bidliet sinjifikanti fl-acquis fis-settur tal-ħalib. Hemm għalhekk il-bżonn li jsiru adattamenti tekniċi għall-Att ta' Adeżjoni f'dan il-qasam sabiex ir-riżultati tan-negozjati jirreferu għall-acquis l-ġdid u jaqblu miegħu.

(5)

Il-miżuri l-ġodda dwar ‘Konformità ma' l-istandards tal-Komunità’ imfassla għall-Istati Membri l-ġodda waqt in-negozjati ta' l-adeżjoni u dwar ‘kif jintlaħqu l-istandards’ introdotti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1783/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 1257/1999 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija Agrikola (FAEGG) (7) għandhom ikunu amalgamati b'tali mod li tkun evitata sovrapposizzjoni bejniethom filwaqt li jinżammu l-possibbiltajiet disponibbli lill-Membri Stati ġodda taħt il-miżura ta' konformità.

(6)

Hemm ħtieġa li attivitajiet tat-tip LEADER (inizjattiva Komunitarja għall-iżvilupp rurali) ikunu, fir-rigward ta' l-Istati Membri l-ġodda, appoġġati permezz ta' miżura integrata fil-programmi tal-Fondi Strutturali u mhux fi programm separat.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru. 1782/2003 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1259/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni (8). Huwa għalhekk neċessarju li jiġu nkorporati d-disposizzjonijiet konnessi ma' l-introduzzjoni ta' pagamenti diretti fl-Istati Membri l-ġodda u ma' l-iskema ta' pagament uniku bl-area fir-Regolament (KE) Nru. 1782/2003.

(8)

Sabiex jiġu rispettati r-riżultati tan-negozjati hemm bżonn partikolari li jsiru l-adattamenti neċessarji li jiżguraw li dawk l-Istati Membri l-ġodda li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku bl-area jkollhom għażla fir-rigward tar-rekwiżiti statutorji ta' amministrazzjoni stipulati mid-disposizzjonijiet dwar il-kondizzjonalità fir-Regolament (KE) Nru. 1782/2003.

(9)

L-Istati Membri l-ġodda għandhom japplikaw l-iskema ta' pagament uniku fit-tmiem tal-perijodu ta' applikazzjoni ta' l-iskema ta' pagament uniku bl-area.

(10)

Sabiex tinżamm il-koerenza tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari, hemm bżonn li jsiru ċerti adattamenti wara l-introduzzjoni ta' l-iskema ġdida ta' pagament uniku. Speċifikament, hemm bżonn li jiġu aġġustati l-arranġamenti fl-Att ta' Adeżjoni sabiex jiġi żgurat li tali pagamenti kumplementarji jkunu jistgħu jiffunzjonaw kif intiżi fi tliet xenarji differenti: l-ewwel, bħala l-iskema ta' pagament dirett ‘klassika’, it-tieni, bħala l-għażla reġjonali ta' l-iskema ġdida ta' pagament uniku, u t-tielet, bħala l-iskema ta' pagament uniku bl-area.

(11)

Hemm bżonn li l-Att ta' Adeżjoni ikun adattat sabiex iżomm fis-seħħ kull perijodu transitorju mogħti meta jkunu ġew imħassra regolamenti li jkunu taw dawn id-derogi.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu 6 A. “Il-Leġislazzjoni dwar l-Agrikoltura” ta' l-Anness II ta' l-Att ta' Adeżjoni għandu jiġi adattat kif ġej:

1.

Il-Punt 13 jinbidel b'dan li ġej:

“13.

32003 R 1788: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1788/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi l-ġbir ta' imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 270, 21.10.03, p. 123)”.

(a)

Fl-Artikolu 1, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, għandha tkun stabbilita riserva speċjali ta' ristrutturazzjoni kif hemm fit-tabella (g) ta' l-Anness I. Din ir-riserva għandha tkun rilaxxata mill-1 ta' April 2006 sakemm il-konsum tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib mill-azjenda nnifisha f'kull wieħed minn dawn il-pajjiżi jkun naqas mill-1998 għall-Estonja u għal-Latvja u mill-2000 għar-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja. Id-deċiżjoni dwar ir-rilaxx tar-riserva u d-distribuzzjoni tagħha għall-kwota tal-kunsinni u tal-bejgħ dirett għandha tittieħed mill-Kummissjoni skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1788/2003 abbażi ta' eżami ta' rapport li għandu jkun sottomess mir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2005. Dan ir-rapport għandu jkun fih dettalji dwar ir-riżultati u x-xejriet tal-proċess attwali ta' ristrutturazzjoni fis-settur tal-ħalib tal-pajjiż u, b'mod partikolari il-bidla mill-produzzjoni għall-konsum mill-azjenda nnifisha għall-produzzjoni għas-suq.

5.   Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja il-kwantitajiet ta' referenza nazzjonali għandhom jinkludu l-ħalib kollu tal-baqra jew prodott ekwivalenti għall-ħalib ikkunsinnat lil xi xerrej jew mibjugħ direttament għall-konsum irrispettivament jekk ġiex prodott jew imqiegħed fis-suq taħt xi miżura transitorja applikabbli f'dawn il-pajjiżi.”

(b)

Fl-Artikolu 6(1), jiżdiedu dawn is-sub-paragrafi li ġejjin:

“Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja il-bażi tal-kwantitajiet ta' referenza individwali imsemmija huma stabbiliti fit-tabella (f) ta' l-Anness I.

Fil-każ tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja l-perijodu ta' tnax-il xahar li fih għandhom jiġu stabbiliti l-kwantitajiet ta' referenza individwali għandu jibda fi: l-1 ta' April 2001 għall-Ungerija, l-1 ta' April 2002 għal Malta u l-Litwanja, l-1 ta' April 2003 għar-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja u s-Slovakkja u l-1 ta' April 2004 għall-Polonja u s-Slovenja.

B'danakollu, sabiex ikun applikat l-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003 (*), skond kif ikun il-każ, il-Polonja u s-Slovenja jistgħu jistabbilixxu kwantitajiet ta' referenza individwali provviżorji bbażati fuq il-perijodu ta' tnax-il xahar li jibda mill-1 ta' April 2003 u għandhom jistabbilixxu kwantitajiet ta' referenza individwali definittivi sa l-1 ta' April 2005. Sa l-1 ta' April 2005 l-Artikoli 3 u 4 ta' dan ir-Regolament mhumiex applikabbli fil-Polonja u s-Slovenja.

Għall-Polonja d-distribuzzjoni tal-kwantità totali bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett għandha tkun riveduta abbażi tal-figuri attwali tagħha ta' l-2003 dwar il-kunsinni u l-bejgħ dirett u, jekk ikun il-każ, għandha tkun aġġustata mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1788/2003.

(*)  ĠU L 270, 21.10.2003, p.1.”"

(ċ)

Fl-Artikolu 9(2), jiżdied dan is-sub-paragrafu li ġej:

“Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, il-kontenut ta' referenza ta' xaħam imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun l-istess bħall-kontenut ta' referenza ta' xaħam tal-kwantitajiet allokati lill-produtturi fid-dati li ġejjin: il-31 ta' Marzu 2002 għall-Ungerija, il-31 ta' Marzu 2003 għal-Litwanja, il-31 ta' Marzu 2004 għar-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja u s-Slovakkja u l-31 ta' Marzu 2005 għall-Polonja u s-Slovenja.”

(d)

Fl-Anness I, it-tabelli jinbidlu b'dan li ġej:

“(a)

Il-perijodu 2004/2005

Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja il-kwantitajiet ta' referenza nazzjonali imsemmija fl-Artikolu 1(1) huma applikabbli mill-1 ta' Mejju 2004 sal-31 ta' Marzu 2005.

Stat Membru

Kwantitajiet, tunnellati metriċi

Belġju

3 310 431,000

Repubblika Ċeka

2 682 143,000

Danimarka

4 455 348,000

Ġermanja

27 864 816,000

Estonja

624 483,000

Greċja

820 513,000

Spanja

6 116 950,000

Franza

24 235 798,000

Irlanda

5 395 764,000

Italja

10 530 060,000

Ċipru

145 200,000

Latvja

695 395,000

Litwanja

1 646 939,000

Lussemburgu

269 049,000

Ungerija

1 947 280,000

Malta

48 698,000

Olanda

11 074 692,000

Awstrija

2 749 401,000

Polonja

8 964 017,000

Portugall

1 870 461,000

Slovenja

560 424,000

Slovakkja

1 013 316,000

Finlandja

2 407 003,324

Svezja

3 303 000,000

Renju Unit

14 609 747,000

(b)

Il-perijodu 2005/2006

Stat Membru

Kwantitajiet, tunnellati metriċi

Belġju

3 310 431,000

Repubblika Ċeka

2 682 143,000

Danimarka

4 455 348,000

Ġermanja

27 864 816,000

Estonja

624 483,000

Greċja

820 513,000

Spanja

6 116 950,000

Franza

24 235 798,000

Irlanda

5 395 764,000

Italja

10 530 060,000

Ċipru

145 200,000

Latvja

695 395,000

Litwanja

1 646 939,000

Lussemburgu

269 049,000

Ungerija

1 947 280,000

Malta

48 698,000

Olanda

11 074 692,000

Awstrija

2 749 401,000

Polonja

8 964 017,000

Portugall (**)

1 920 461,000

Slovenja

560 424,000

Slovakkja

1 013 316,000

Finlandja

2 407 003,324

Svezja

3 303 000,000

Renju Unit

14 609 747,000

(ċ)

Il-perijodu 2006/2007

Stat Membru

Kwantitajiet, tunnellati metriċi

Belġju

3 326 983,000

Repubblika Ċeka

2 682 143,000

Danimarka

4 477 624,000

Ġermanja

28 004 140,000

Estonja

624 483,000

Greċja

820 513,000

Spanja

6 116 950,000

Franza

24 356 977,000

Irlanda

5 395 764,000

Italja

10 530 060,000

Ċipru

145 200,000

Latvja

695 395,000

Litwanja

1 646 939,000

Lussemburgu

270 394,000

Ungerija

1 947 280,000

Malta

48 698,000

Olanda

11 130 066,000

Awstrija

2 763 148,000

Polonja

8 964 017,000

Portugall

1 929 824,000

Slovenja

560 424,000

Slovakkja

1 013 316,000

Finlandja

2 419 025,324

Svezja

3 319 515,000

Renju Unit

14 682 697,000

(d)

Il-perijodu 2007/2008

Stat Membru

Kwantitajiet, tunnellati metriċi

Belġju

3 343 535,000

Repubblika Ċeka

2 682 143,000

Danimarka

4 499 900,000

Ġermanja

28 143 464,000

Estonja

624 483,000

Greċja

820 513,000

Spanja

6 116 950,000

Franza

24 478 156,000

Irlanda

5 395 764,000

Italja

10 530 060,000

Ċipru

145 200,000

Latvja

695 395,000

Litwanja

1 646 939,000

Lussemburgu

271 739,000

Ungerija

1 947 280,000

Malta

48 698,000

Olanda

11 185 440,000

Awstrija

2 776 895,000

Polonja

8 964 017,000

Portugall

1 939 187,000

Slovenja

560 424,000

Slovakkja

1 013 316,000

Finlandja

2 431 047,324

Svezja

3 336 030,000

Renju Unit

14 755 647,000

(e)

Il-perijodu minn 2008/2009 sa 2014/2015

Stat Membru

Kwantitajiet, tunnellati metriċi

Belġju

3 360 087,000

Repubblika Ċeka

2 682 143,000

Danimarka

4 522 176,000

Ġermanja

28 282 788,000

Estonja

624 483,000

Greċja

820 513,000

Spanja

6 116 950,000

Franza

24 599 335,000

Irlanda

5 395 764,000

Italja

10 530 060,000

Ċipru

145 200,000

Latvja

695 395,000

Litwanja

1 646 939,000

Lussemburgu

273 084,000

Ungerija

1 947 280,000

Malta

48 698,000

Olanda

11 240 814,000

Awstrija

2 790 642,000

Polonja

8 964 017,000

Portugall

1 948 550,000

Slovenja

560 424,000

Slovakkja

1 013 316,000

Finlandja

2 443 069,324

Svezja

3 352 545,000

Renju Unit

14 828 597,000

(f)

Kwantitajiet ta' referenza għal kunsinni u bejgħ dirett imsemmija fit-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 6(1)

Stat Membru

Kwantitajiet ta' referenza għal kunsinni, tunnellati metriċi

Kwantitajiet ta' referenza għal bejgħ dirett, tunnellati metriċi

Repubblika Ċeka

2 613 239

68 904

Estonja

537 188

87 365

Ċipru

141 337

3 863

Latvja

468 943

226 452

Litwanja

1 256 440

390 499

Ungerija

1 782 650

164 630

Malta

48 698

Polonja

8 500 000

464 017

Slovenja

467 063

93 361

Slovakkja

990 810

22 506

(g)

Kwantitajiet speċjali ta' riserva għal ristrutturazzjoni imsemmija fl-Artikolu 1(4)

Stat Membru

Kwantitajiet speċjali ta' riserva għal ristrutturazzjoni,tunnellati metriċi

Repubblika Ċeka

55 788

Estonja

21 885

Latvja

33 253

Litwanja

57 900

Ungerija

42 780

Polonja

416 126

Slovenja

16 214

Slovakkja

27 472 ”

(e)

Fl-Anness II it-tabella tinbidel b'dan li ġej:

“KONTENUT TA' REFERENZA TA' XAĦAM

Stat Membru

Kontenut ta' referenza ta' xaħam(g/kg)

Belġju

36,91

Repubblika Ċeka

42,10

Danimarka

43,68

Ġermanja

40,11

Estonja

43,10

Greċja

36,10

Spanja

36,37

Franza

39,48

Irlanda

35,81

Italja

36,88

Ċipru

34,60

Latvja

40,70

Litwanja

39,90

Lussemburgu

39,17

Ungerija

38,50

Olanda

42,36

Awstrija

40,30

Polonja

39,00

Portugall

37,30

Slovenja

41,30

Slovakkja

37,10

Finlandja

43,40

Svezja

43,40

Renju Unit

39,70 ”

2.

Il-Punt 15(ċ) jinbidel b'dan li ġej:

“(ċ)

L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:

‘Artikolu 5

Għandu jitħallas premium ta' EUR 22,25 għal kull tunnellata metrika ta' lamtu prodotta lill-impriżi li jipproduċu l-lamtu tal-patata għall-kwantità ta' lamtu tal-patata sal-limitu tal-kwota msemmija fl-Artikolu 2 (2) jew 2(4), sakemm dawn ikunu ħallsu lill-produtturi tal-patata l-prezz minimu, msemmi fl-Artikolu 4a, għall-patata kollha meħtieġa biex jiġi prodott lamtu sal-limitu ta' dik il-kwota.’”

3.

Il-punt 25 jinbidel b'dan li ġej:

“25.

32003 R 1782: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru. 2019/93, (KE) Nru.1452/2001, (KE) Nru. 1453/2001, (KE) Nru. 1454/2001, (KE) Nru. 1868/94, (KE) Nru. 1251/1999, (KE) Nru. 1254/1999, (KE) Nru.1673/2000, (KEE) Nru. 2358/71, u (KE) Nru. 2529/2001 (ĠU L 270, 21.10.2003, p.1)”

(a)

Fl-Artikolu 95(2), jiżdied dan is-sub-paragrafu li ġej:

“Għall-Polonja u s-Slovenja, l-ammont għal kull tunnellata metrika għall-premium tal-ħalib għall-2004 għandu jkun multiplikat bil-kwantità ta' referenza individwali provviżorja disponibbli fl-azjenda fl-1 ta' Mejju 2004.”

(b)

Fl-Artikolu 95(4), jiżdiedu dawn is-sub-paragrafi li ġejjin:

“Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja il-kwantitajiet totali msemmija fl-ewwel sub-paragrafu huma stabbiliti fit-tabella (f) ta' l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1788/2003 (***).

Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, il-perijodu ta' 12-il xahar imsemmi fl-ewwel sub-paragrafu għandu jkun dak ta' 2004/2005.

(***)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123.”"

(ċ)

Fl-Artikolu 96(2), it-tabella tinbidel b'dan li ġej:

“2.   Pagamenti addizzjonali: ammonti globali espressi f'miljuni ta' EUR:

 

2004

2005

2006 u 2007 (****)

Belġju

12,12

24,30

36,45

Repubblika Ċeka

9,817

19,687

29,530

Danimarka

16,31

32,70

49,05

Ġermanja

101,99

204,53

306,79

Estonja

2,286

4,584

6,876

Greċja

2,31

4,63

6,94

Spanja

20,38

40,86

61,29

Franza

88,70

177,89

266,84

Irlanda

19,20

38,50

57,76

Italja

36,34

72,89

109,33

Ċipru

0,531

1,066

1,599

Latvja

2,545

5,104

7,656

Litwanja

6,028

12,089

18,133

Lussemburgu

0,98

1,97

2,96

Ungerija

7,127

14,293

21,440

Malta

0,178

0,357

0,536

Olanda

40,53

81,29

121,93

Awstrija

10,06

20,18

30,27

Polonja

32,808

65,796

98,694

Portugall

6,85

13,74

20,62

Slovenja

2,051

4,114

6,170

Slovakkja

3,709

7,438

11,157

Finlandja

8,81

17,66

26,49

Svezja

12,09

24,24

36,37

Renju Unit

53,40

107,09

160,64

Fl-Istati Membri l-ġodda l-ammonti globali għandhom ikunu applikati skond l-iskeda ta' inkrementi stabbilita fl-Artikolu 143a.”

4.

Il-punt 26 huwa adattat kif ġej:

(a)

It-titolu jinbidel b'dan li ġej:

“26.

31999 R 1257: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija Agrikola (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80), kif emendat bi

32003 R 1783: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1783/2003 tad-29.9.2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 70)”.

(b)

Il-punt 1 li jinserixxi l-Kapitolu IXa tat-Titolu II jinbidel b'dan li ġej:

(i)

L-Artikolu 33ċ huwa mħassar;

(ii)

L-Artikolu 33f(2) jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Jista' jingħata appoġġ sabiex ikunu adottati strateġiji għall-iżvilupp rurali integrat tat-territorju, tax-xorta ta' proġetti-pilota, ippreparati minn gruppi ta' azzjoni lokali skond il-prinċipji stipulati fil-punti 12, 14 u 36 ta' l-avviż tal-Kummissjoni lill-Istati Membri ta' l-14 ta' April 2000 li jistipula linji-gwida għall-inizjattiva Komunitarja għall-iżvilupp rurali (Leader +) (*****). Dan l-appoġġ għandu jkun limitat għal reġjuni fejn diġà hemm kapaċità amministrattiva suffiċjenti u esperjenza ta' kif għandhom isiru tipi ta' żviluppi rurali lokali.

(*****)  ĠU C 139, 18.5.2000, p. 5.”"

(iii)

L-Artikolu 33h jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 33h

Komplementi għall-pagamenti diretti

1.   Appoġġ jista' jingħata, bħala miżura temporanja u sui generis, lill-bdiewa li huma eliġibbli għall-pagamenti diretti nazzjonali jew għajnuniet komplementari taħt l-Artikolu 143ċ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1782/2003 (******) matul il-perijodu 2004-2006 biss.

2.   L-appoġġ mogħti lil xi bidwi fir-rigward tas-snin 2004, 2005, 2006 ma għandux jeċċedi d-differenza bejn:

(a)

il-livell tal-pagamenti diretti applikabbli fl-Istati Membri l-ġodda għas-sena konċernata skond l-Artikolu 143a tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003; u

(b)

40 % tal-livell ta' pagamenti diretti applikabbli fil-Komunità kif kostitwita fit-30 ta' April 2004 fis-sena rilevanti.

3.   Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-appoġġ mogħti taħt dan l-Artikolu f'xi Stat Membru ġdid fir-rigward ta' kull waħda mis snin 2004, 2005 u 2006 ma għandhiex taqbeż l-20 % ta' l-allokazzjoni annwali rispettiva tiegħu. Madankollu, Stat Membru ġdid jista' jibdel din ir-rata annwali ta' 20 % bir-rati li ġejjin: 25 % għall-2004, 20 % għall-2005 u 15 % għall-2006.

4.   L-appoġġ mogħti lil xi bidwi taħt dan l-Artikolu għandu jingħadd:

(a)

fil-każ ta' Ċipru, bħala għajnuna diretta nazzjonali komplementari għall-għanijiet li jkunu applikati l-ammonti globali msemmija fl-Artikolu 143ċ(3) tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003;

(b)

fil-każ ta' kull Stat Membru ġdid ieħor, bħala pagamenti diretti nazzjonali jew għajnuniet komplementari, skond il-każ, għall-għanijiet li jkunu applikati l-livelli massimi li hemm stabbiliti fl-Artikolu 143ċ(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003.

(******)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.”"

(iv)

Fl-Artikolu 33l, wara l-paragrafu 2 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   B'deroga mill-Artikolu 21b, l-appoġġ temporanju jista' jiġi mogħti, fir-rigward ta' standards agrikoli Komunitarji li għalihom hemm stabbilit perijodu transitorju fl-Annessi msemmija fl-Artikolu 24 ta' l-Att ta' Adeżjoni (*******), mid-data tal-eliġibilità ta' l-infiq taħt id-dokument dwar il-programmazzjoni ta' l-iżvilupp rurali, lil bdiewa li jkunu konformi ma' dawn li standards, għal perijodu li m'għandux jeċċedi ħames snin.

(*******)  ĠU L 236, 23.09.2003, p. 33.”"

(ċ)

Fil-punt 6 li jinserixxi l-Kapitolu IVa tat-Titolu III, jitħassar l-Artikolu 47a(1)(ċ).

(d)

Fil-punt 10 li jżid l-Anness II, tkun imħassra l-linja li tirrigwarda l-Artikolu 33ċ.

5.

L-Artikolu 27 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“27.

32003 R 1782: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru. 2019/93, (KE) Nru. 1452/2001, (KE) Nru. 1453/2001, (KE) Nru. 1454/2001, (KE) Nru. 1868/94, (KE) Nru. 1251/1999, (KE) Nru. 1254/1999, (KE) Nru.1673/2000, (KEE) Nru. 2358/71, u (KE) Nru. 2529/2001 (ĠU L 270, 21.10.2003, p.1)”

(a)

fl-Artikolu 1, wara t-tieni inċiż jiddaħħal l-inċiż li ġej:

“–

appoġġ transitorju bbażat fuq id-dħul simplifikat għall-bdiewa fl-Istati Membri l-ġodda (riferit minn hawn 'l quddiem bħala ‘l-iskema ta' pagament uniku bl-area’)”

(b)

fl-Artikolu 2 jiżdied il-punt (g) li ġej:

“(g)

‘Stati Membri l-ġodda’ tfisser ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.”

(ċ)

wara t-Titolu IV jiddaħħal it-Titolu IVa li ġej:

“TITOLU IVA

IMPLIMENTAZZJONI TA' SKEMI TA' APPOĠĠ FL-ISTATI MEMBRI L-ĠODDA

Artikolu 143a

L-introduzzjoni ta' skemi ta' appoġġ

Fl-Istati Membri l-ġodda għandhom jiġu ntrodotti pagamenti diretti skond l-iskeda li ġejja ta' inkrementi espressi bħala persentaġġ tal-livell li jkun applikabbli dakinhar ta' dawn il-pagamenti fil-Komunità kif kostitwita fit-30 ta' April 2004:

25 % fl-2004,

30 % fl-2005,

35 % fl-2006,

40 % fl-2007,

50 % fl-2008,

60 % fl-2009,

70 % fl-2010,

80 % fl-2011,

90 % fl-2012,

100 % mill-2013 'il quddiem.

Artikolu 143b

Skema ta' Pagament Uniku bl-Area

1.   L-Istati Membri l-ġodda jistgħu jiddeċiedu mhux aktar tard mid-data ta' l-adeżjoni li jissostitwixxu l-pagamenti diretti matul il-perijodu ta' applikazzjoni msemmi fil-paragrafu 9 b'pagament uniku bl-area li għandu jkun ikkalkulat skond il-paragrafu 2.

2.   Il-pagament uniku bl-area għandu jsir darba fis-sena. Huwa għandu jkun ikkalkulat billi jkun diviż il-pakkett finanzjarju annwali stabbilit skond il-paragrafu 3 bl-area agrikola ta' kull Stat Membru ġdid stabbilita skond il-paragrafu 4.

3.   Għal kwalunkwe Stat Membru ġdid, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pakkett finanzjarju annwali:

bħala s-somma ta' fondi li tkun disponibbli fir-rigward tas-sena kalendarja kkonċernata għall-għoti ta' pagamenti diretti fl-Istat Membru l-ġdid,

skond ir-regoli Komunitarji pertinenti u abbażi tal-parametri kwantitattivi, bħalma huma l-area ta' bażi, il-limiti massimi ta' premium u l-Kwantitajiet Massimi Garantiti (KMG), speċifikati fl-Att ta' Adeżjoni u fil-leġislazzjoni Komunitarja sussegwenti għal kull pagament dirett, u

aġġustati permezz tal-persentaġġ pertinenti speċifikat fl-Artikolu 143a għall-introduzzjoni gradwali ta' pagamenti diretti.

4.   L-area agrikola ta' Stat Membru ġdid taħt l-iskema ta' pagament uniku bl-area għandha tkun il-parti ta' l-area agrikola tiegħu utilizzata li tkun ġiet miżmuma f'kondizzjoni agrikola tajba fit-30 ta' Ġunju 2003, kemm jekk tkun jew ma tkunx tipproduċi f'dik id-data, u, fejn xieraq skond il-każ, aġġustata skond il-kriterji oġġettivi li għandhom ikunu stabbiliti minn dak l-Istat Membru l-ġdid wara li tingħata l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

‘L-area agrikola utilizzata' għandha tfisser l-area globali meħuda minn art tar-raba’, mergħat permanenti, uċuħ permanenti u ġonna tal-ħxejjex kif stabbilit mill-Kummissjoni (EUROSTAT) għall-għanijiet ta' l-istatistika tagħha.

5.   Għall-iskop li jiġu mogħtija pagamenti taħt l-iskema ta' pagament uniku bl-area, kull biċċa art agrikola li taqbel mal-kriterji li hemm stabbiliti fil-paragrafu 4 għandha tkun eliġibbli.

Id-daqs minimu ta' area eliġibbli għal kull azjenda li għaliha jistgħu jintalbu pagamenti għandu jkun ta' 0,3 ta' ettaru. Madankollu, kull Stat Membru ġdid jista' jiddeċiedi, abbażi tal-kriterji oġġettivi u wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, li jistabbilixxi l-qies minimu fl-livell ogħla li ma jaqbiżx ettaru wieħed.

6.   Ma għandu jkun hemm l-ebda obbligazzjoni li jiġu prodotti jew impjegati l-fatturi ta' produzzjoni. Madankollu, il-bdiewa jistgħu jużaw l-art imsemmija fil-paragrafu 4 għal kull xorta ta' għan agrikolu. Fil-każ ta' produzzjoni tal-qanneb taħt il-kodiċi CN 5302 10 00, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1251/1999 (********) u l-Artikolu 7b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2316/1999 (*********) kif ukoll l-Artikolu 52(1) ta' dan ir-Regolament.

Kull art li tibbenefika mill-pagamenti taħt l-iskema ta' pagament uniku bl-area għandha tinżamm f'kondizzjoni agrikola tajba li tkun kompatibbli mal-protezzjoni ta' l-ambjent.

Mill-1 ta' Jannar 2005 'il quddiem l-għażla ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3, 4, 6, 7 u 9 għandha tkun f'idejn l-Istati Membri l-ġodda safejn dawn id-disposizzjonijiet jirrigwardjaw rekwiżiti statutorji ta' amministrazzjoni azjendali.

7.   Jekk f'xi sena partikolari l-pagamenti uniċi bl-area fi Stat Membru ġdid jaqbżu il-pakkett finanzjarju annwali tiegħu, l-ammont nazzjonali għal kull ettaru applikabbli f'dak l-Istat Membru l-ġdid għandu jitnaqqas b'mod proporzjonali permezz ta' l-applikazzjoni ta' ko-effiċjent ta' tnaqqis.

8.   Ir-regoli tal-Komunità dwar is-sistema integrata stabbilita rispettivament fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3508/92 (**********), u b'mod partikolari fl-Artikolu 2 ta' l-istess, u fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari l-Artikolu 18, għandhom japplikaw għall-iskema ta' pagament uniku bl-area safejn huwa neċessarju. Għaldaqstant, kull Stat Membru ġdid li jagħżel din l-iskema għandu:

jipprepara u jipproċessa l-applikazzjonjiet annwali għall-għajnuna li jsiru mill-bdiewa. Dawn l-applikazzjonijet għandhom jikkontjenu informazzjoni dwar l-applikanti u dwar il-biċċiet ta' art agrikola ddikjarati (numru ta' identifikazzjoni u l-area);

jistabbilixxi sistema ta' identifikazzjoni tal-biċċiet ta' art sabiex jiżgura li l-bicċiet ta' art li għalihom ikunu saru applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu jistgħu jiġu identifikati u l-area tagħhom stabbilita, li l-biċċiet ta' art jirrigwardaw art agrikola u li ma tkunx saret xi applikazzjoni oħra għalihom;

jistabbilixxi database kompjuterizzata għal azjendi agrikoli, biċċiet ta' art u applikazzjonijiet għall-għajnuna;

jivverifika l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għas-sena 2004 skond l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KEE) Nru. 3508/92 u dawk pertinenti għal kwalunkwe sena mill-2005 'il quddiem skond l-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament.

L-applikazzjoni ta' l-iskema ta' pagament uniku bl-area ma għandha bl-ebda mod taffetwa l-obbligu ta' xi Stat Membru ġdid fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' regoli Komunitarji dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' bhejjem kif hemm stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE (***********) u r-Regolament (KE) Nru. 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (************).

9.   Għal kull Stat Membru ġdid l-iskema ta' pagament uniku bl-area għandha tkun disponibbli għal perijodu li fih tkun tapplika sa l-aħħar tas-sena 2006 bil-possibbiltà li tiġġedded darbtejn f'sena fuq talba ta' l-Istat Membru l-ġdid. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 11, kull Stat Membru ġdid jista' jiddeċiedi li jwaqqaf l-applikazzjoni ta' l-iskema fl-aħħar ta' l-ewwel jew tat-tieni sena tal-perijodu li fih tkun tapplika bl-iskop li japplika l-iskema ta' pagament uniku. Stati Membri l-ġodda għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jitterminaw sa l-1 ta' Awwissu ta' l-aħħar sena ta' applikazzjoni.

10.   Qabel l-aħħar tal-perijodu li fih tkun tapplika l-iskema ta' pagament uniku bl-area, il-Kummissjoni għandha tagħmel stima ta' l-istat ta' preparazzjoni ta' l-Istat Membru l-ġdid ikkonċernat sabiex dan japplika bis-sħiħ il-pagamenti diretti.

B'mod partikolari, sa l-aħħar tal-perijodu ta' applikazzjoni ta' l-iskema ta' pagament uniku bl-area, l-Istat Membru l-ġdid għandu jkun ħa l-passi kollha neċessarji sabiex jistabbilixxi s-sistema integrata msemmija fl-Artikolu 18 sabiex ikunu amministrati sew il-pagamenti diretti bil-mod li jkun applikabbli dakinhar.

11.   Abbażi ta' din l-istima, il-Kummissjoni għandha:

(a)

tinnota li l-Istat Membru l-ġdid jista' jintroduċi s-sistema ta' pagamenti diretti li tkun applikabbli fl-Istati Membri tal-Komunità kif kostitwita fit-30 ta' April 2004,

jew

(b)

tiddeċiedi li testendi l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' pagament uniku bl-area mill-Istat Membru l-ġdid għall-perijodu meqjus meħtieġ biex jippermetti li l-proċeduri ta' amministrazzoni u kontroll meħtieġa jkunu kompletament stabbiliti u jaħdmu sew.

Qabel l-aħħar tal-perijodu ta' applikazzjoni estiż imsemmi f'punt (b), l-paragrafu 10 għandu japplika.

Sa l-aħħar tal-perijodu ta' 5 snin ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' pagament uniku bl-area (jiġifieri s-sena 2008), ir-rata ta' persentaġġ stipulata fl-Artikolu 143a għandha tapplika. Jekk l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' pagament uniku bl-area tiġi estiża għal wara dik id-data fuq deċiżjoni li tittieħed taħt punt (b), ir-rata ta' persentaġġ stipulata fl-Artikolu 143a għas-sena 2008 għandha tapplika sat-tmiem ta' l-aħħar sena li fiha tkun tapplika l-iskema ta' pagament uniku bl-area.

12.   Wara t-tmiem tal-perijodu li fih tkun tapplika l-iskema ta' pagament uniku bl-area, il-pagamenti diretti għandhom ikunu applikati skond ir-regoli Komunitarji pertinenti u abbażi tal-parametri kwantitattivi, bħalma huma l-area ta' bażi, il-limiti massimi tal-premium u l-Kwantitajiet Massimi Garantiti (KMG), speċifikati fl-Att ta' Adeżjoni (*************) għal kull pagament dirett u fil-legislazzjoni Komunitarja sussegwenti. Ir-rati ta' persentaġġ stipulati fl-Artikolu 143a għas-snin relevanti għandhom japplikaw sussegwentament.

13.   L-Istati Membri l-ġodda għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fid-dettall bil-miżuri meħuda sabiex ikun implimentat dan l-Artikolu u b'mod partikolari, il-miżuri li jittieħdu skond il-paragrafu 7.

Artikolu 143ċ

Pagamenti diretti nazzjonali komplementari u pagamenti diretti

1.   Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu: ‘Skema nazzjonali li tixbaħ il-PAK’ għandha tfisser kull skema nazzjonali ta' pagament dirett li tkun tapplika qabel id-data ta' l-adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda u li permezz tagħha ngħata appoġġ lill-bdiewa fir-rigward ta' produzzjoni li taqa' taħt xi wieħed mill-pagamenti diretti.

2.   L-Istati Membri l-ġodda għandhom ikollhom il-possibbiltà, suġġetta għall-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, li jikkomplementaw kwalunkwe pagamenti diretti sa:

(a)

fir-rigward tal-pagamenti diretti kollha, 55 % tal-livell ta' pagamenti diretti fil-Komunità kif kostitwita fit-30 ta' April 2004 fis-sena 2004, 60 % fis-sena 2005 u 65 % fis-sena 2006 u mis-sena 2007 'il quddiem sa 30 punt ta' persentaġġ 'il fuq mil-livell applikabbli imsemmi fl-Artikolu 143a fis-sena rilevanti. Madankollu, ir-Repubblika Ċeka tista' tikkomplementa pagamenti diretti fis-settur tal-lamtu mill-patata sa 100 % tal-livell applikabbli fil-Komunità kif kostitwita fit-30 ta' April 2004,

jew

(b)

(i)

fir-rigward ta' pagamenti diretti li mhumiex parti mill-iskema ta' pagament uniku, il-livell globali ta' appoġġ dirett li għalih il-bidwi kien ikun intitolat, fuq il-bażi ta' prodott bi prodott, fl-Istat Membru l-ġdid fis-sena kalendarja 2003 taħt xi skema nazzjonali li tixbaħ lill-PAK miżjud b'10 punti ta' persentaġġ. Madankollu, għal-Litwanja is-sena ta' riferenza għandha tkun is-sena kalendarja 2002 u għas-Slovenja ż-żieda għandha tkun ta' 10 punti ta' persentaġġ fl-2004, 15-il punt ta' persentaġġ fl-2005, 20 punt ta' persentaġġ fl-2006 u 25 punt ta' persentaġġ mill-2007 'il quddiem.

(ii)

fir-rigward ta' l-iskema ta' pagament uniku l-ammont globali ta' għajnuna nazzjonali kumplementarja diretta li tista' tingħata minn Stat Membru ġdid fi kwalunkwe sena partikolari għandu jkun limitat b'pakkett finanzjarju speċifiku. Dan il-pakkett għandu jkun daqs id-differenza bejn:

l-ammont globali ta' l-appoġġ nazzjonali dirett simili għall-PAK li kien ikun disponibbli fl-Istat Membru l-ġdid rigward is-sena kalendarja 2003 jew, fir-rigward tal-Litwanja, fis-sena kalendarja 2002, kull darba b'żieda ta' 10 punti ta' persentaġġ. Madankollu, fir-rigward tas-Slovenja, iż-żieda għandha tkun ta' 10 punti ta' persentaġġ fl-2004, 15-il punt ta' persentaġġ fl-2005, 20 punt ta' persentaġġ fl-2006 u 25 punt ta' persentaġġ mill-2007 'il quddiem.

u

il-limitu massimu nazzjonali ta' dak l-Istat Membru l-ġdid stabbilit fl-Anness VIIIa aġġustat, fejn hu l-każ, skond l-Artikoli 64(2) u 70(2).

Għall-iskop li jkun ikkalkolat l-ammont globali msemmi fl-ewwel inċiż hawn fuq, għandhom jiġu nklużi l-pagamenti diretti nazzjonali u/jew il-komponenti tiegħu korrispondenti għall-pagamenti diretti Komunitarji u/jew il-komponenti tiegħu li kienu meħuda in konsiderazzjoni għall-kalkolu tal-limitu effettiv ta' l-Istat Membru l-ġdid ikkonċernat skond l-Artikoli 64(2), 70(2) u 71ċ.

Għal kull pagament dirett ikkonċernat Stat Membru ġdid jista' japplika jew l-għażla (a) jew l-għażla (b) hawn fuq.

L-appoġġ globali dirett li l-bidwi jista' jingħata fl-Istati Membri l-ġodda wara l-adeżjoni taħt il-pagament dirett rilevanti nkluż kull pagament dirett nazzjonali komplementari ma għandux jaqbeż il-livell ta' appoġġ dirett li l-bidwi jkun intitolat jirċievi taħt il-pagament dirett korrispondenti applikabbli dakinhar għall-Istati Membri fil-Komunità kif kostitwita fit-30 ta' April 2004.

3.   Ċipru jista' jikkomplementa għajnuna diretta mħallsa lil xi bidwi taħt kwalunkwe pagament dirett imniżżel fl-Anness I sal-livell globali ta' appoġġ li l-bidwi kien ikun intitolat jirċievi f'Ċipru fl-2001.

L-awtoritajiet Ċiprijotti għandhom jiżguraw li l-appoġġ dirett globali li l-bidwi jingħata wara l-adeżjoni f'Ċipru taħt il-pagament dirett rilevanti inkluż kull pagament dirett nazzjonali komplementari fl-ebda każ ma jaqbeż il-livell ta' appoġġ dirett li l-bidwi jkun intitolat jirċievi taħt dak il-pagament dirett fis-sena rilevanti fil-Komunità kif kostitwita fit-30 ta' April 2004.

L-ammonti globali ta' għajnuna nazzjonali komplementari li se jingħataw għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness XII.

L-għajnuna nazzjonali komplementari li se tingħata għandha tkun soġġetta għall kull aġġustament li jista' jkun meħtieġ minħabba l-iżviluppi fil-politika agrikola komuni.

Il-paragrafi 2 u 5 ma għandhomx japplikaw għal Ċipru.

4.   Jekk xi Stat Membru ġdid jiddeċiedi li japplika l-iskema ta' pagament uniku bl-area, dak l-Istat Membru l-ġdid jista' jagħti għajnuna diretta nazzjonali komplementari skond il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 5 u 8.

5.   Fir-rigward tas-sena 2004, l-ammont globali ta' għajnuna nazzjonali komplementari mogħti dik is-sena għal kull (sub)settur meta tkun qed tiġi applikata l-iskema ta' pagament uniku bl-area għandu jkun limitat b'pakkett finanzjarju speċifiku għal kull (sub)settur. Dan il-pakkett għandu jkun daqs id-differenza bejn:

l-ammont globali ta' appoġġ għal kull (sub)settur li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 2, skond il-każ li jkun, u

l-ammont globali ta' appoġġ dirett li jkun disponibbli fl-Istat Membru l-ġdid rilevanti għall-istess (sub)settur fis-sena konċernata taħt l-iskema ta' pagament uniku bl-area.

Fir-rigward ta' kwalunkwe sena mill-2005 'il quddiem, ir-rekwiżit li jopera l-limitu hawn fuq msemmi permezz ta' l-applikazzjoni ta' pakketti finanzjarji speċifiċi għas-(sub)setturi ma għandux japplika. Madankollu, l-Istati Membri l-ġodda għandhom iżommu d-dritt li japplikaw pakketti finanzjarji speċifiċi għas-(sub)setturi, bil-kondizzjoni li dan il-pakkett finanzjarju speċifiku għas-(sub)settur jirrigwarda biss

il-pagamenti diretti magħquda ma' l-iskema ta' pagament uniku, u/jew

wieħed jew aktar mill-pagamenti diretti li huma esklużi jew li jistgħu jkunu esklużi mill-iskema ta' pagament uniku skond l-Artikolu 70(2) jew li jistgħu jkunu soġġetti għal implimentazzjoni parzjali kif imsemmi fl-Artikolu 64(2).

6.   L-Istat Membru l-ġdid jista' jiddeċiedi abbażi ta' kriterji oġġettivi u wara l-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, fuq l-ammonti ta' għajnuna nazzjonali komplementari li għandha tingħata.

7.   L-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni għandha:

fejn japplika l-punt (b) tal-paragrafu 2, tispeċifika l-iskemi rilevanti ta' pagamenti diretti nazzjonali li jixbħu l-PAK,

tiddefinixxi l-livell sa fejn tista' titħallas l-għajnuna nazzjonali komplementari, ir-rata ta' l-għajnuna nazzjonali komplementari u, fejn ikun il-każ, il-kondizzjonijiet li taħthom għandha tiġi mogħtija.

tingħata soġġetta għal kull aġġustament li jista' jsir meħtieġ minħabba l-iżviluppi tal-politika agrikola komuni.

8.   Ma għandu jsir l-ebda pagament nazzjonali komplementari u ma għandha tingħata l-ebda għajnuna għal attivitajiet agrikoli li fir-rigward tagħhom m'hemmx previsti pagamenti diretti fil-Komunità kif kostitwita fit-30 ta' April 2004.

9.   Ċipru jista', flimkien mal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari, jagħti għajnuna transitorja u digressiva sa l-aħħar tas-sena 2010. Din l-għajuna mill-Istat għandha tingħata f'forma li tixbaħ l-għajnuna Komunitarja, bħalma huma pagamenti sseparati.

Filwaqt li jittieħed kont tan-natura u l-ammont ta' l-appoġġ nazzjonali mogħti fl-2001, Ċipru jista' jagħti għajnuna mogħtija mill-Istat lis-(sub)setturi elenkati fl-Anness XIII u sa l-ammonti speċifikati f'dak l-Anness.

L-għajnuna mogħtija mill-Istat li se tingħata għandha tkun soġġetta għal kull aġġustament li jista' jkun meħtieġ minħabba l-iżviluppi fil-politika agrikola komuni. Jekk dawn l-aġġustamenti jkunu meħtieġa, l-ammont ta' l-għajnuna jew il-kondizzjonijiet għall-għoti tagħha għandhom ikunu emendati abbażi ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Ċipru għandu jissottometti rapport kull sena lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' għajnuna mogħtija mill-Istat, fejn jindika x-xorta u l-ammonti ta' l-għajnuna għal kull (sub) settur.

10.   Il-Latvja tista', flimkien mal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari, tagħti għajnuna nazzjonali transitorja u digressiva sa l-aħħar tas-sena 2008. Din l-għajuna mill-Istat għandha tingħata f'forma li tixbaħ l-għajnuna Komunitarja, bħalma huma pagamenti sseparati.

Il-Latvja tista' tagħti għajnuna mogħtija mill-Istat lis-(sub)setturi elenkati fl-Anness XIV sa l-ammonti speċifikati f'dak l-Anness.

L-għajnuna mogħtija mill-Istat li se tingħata għandha tkun soġġetta għall kull aġġustament li jista' jkun meħtieġ minħabba l-iżviluppi fil-politika agrikola komuni. Jekk dawn l-aġġustamenti jkunu meħtieġa, l-ammont ta' l-għajnuna jew il-kondizzjonijiet għall-għoti tagħha għandhom ikunu emendati abbażi ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Il-Latvja għandha tissottometti rapport kull sena lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' għajnuna mogħtija mill-Istat, fejn tindika x-xorta u l-ammonti ta' l-għajnuna għal kull (sub) settur.

(********)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1251/1999 li jistabbilixxi sistema ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċerti wċuh tar-raba maħrut (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 1)."

(*********)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2316/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1251/1999 li jwaqqaf sistema ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċerti wċuh tar-raba maħrut (ĠU L 280, 30.10.1999, p.43)."

(**********)  Regolament tal-Kunsill (KEE) 3508/92 li jistabbilixxi sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll għal ċerti skemi Komunitarji ta' għajnuna (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 1)."

(***********)  Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' bhejjem (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 32)."

(************)  Regolament (KE) Nru. 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' bhejjem tal-fart u li jirrigwarda t-tikkettar tal-laħam taċ-ċanga u ta' prodotti mill-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1)."

(*************)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.”"

(d)

Fl-Artikolu 145 jiżdied il-punt li ġej wara l-punt (d):

“(d)a)

regoli dettaljati li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet fit-Titolu IVa,”

(e)

Fl-Artikolu 153(4), tiżdied is-sentenza li ġejja:

“L-iskema ssimplifikata msemmija fl-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament ma għandhiex tapplika għall-Istati Membri l-ġodda.”

(f)

Fl-Anness I, il-linja li ġejja tidħol wara l-linja “Pagament Uniku”:

“Pagament uniku bl-area

Titolu IVa, Artikolu 143b ta' dan ir-Regolament

Pagamenti sseparati li jissostitwixxu l-pagamenti diretti kollha imsemmija f'dan l-Anness”

(g)

L-Annessi li ġejjin huma miżjuda:

ANNESS XII

Tabella 1:

Ċipru: Pagamenti diretti nazzjonali komplementari fejn japplikaw l-iskemi normali għal pagamenti diretti

Skeda ta' inkrementi

25 %

30 %

35 %

40 %

50 %

60 %

70 %

80 %

90 %

Settur

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

Uċuh tar-raba' maħrut (eskluż il-qamh durum)

7 913 822

7 386 234

6 858 646

6 331 058

75 881

4 220 705

3 165 529

2 110 353

1 055 176

Qamħ durum

2 256 331

2 059 743

1 888 505

1 743 235

1 452 696

1 162 157

871 618

581 078

290 539

Legumi taż-żerriegħa

30 228

28 273

26 318

24 363

20 363

16 362

12 272

8 181

4 091

Ħalib u prodotti tal-ħalib

887 535

1 759 243

2 311 366

2 133 569

1 777 974

1 422 379

1 066 784

711 190

355 595

Laħam taċ-ċanga

3 456 709

3 226 262

2 995 814

2 765 367

2 304 473

1 843 578

1 382 684

921 789

460 895

Nagħaġ u mogħoż

8 267 087

7 715 948

7 164 809

6 613 669

5 511 391

4 409 113

3 306 835

2 204 556

1 102 278

Żejt taż-żebbuġa

5 951 250

5 554 500

5 157 750

4 761 000

3 967 500

3 174 000

2 380 500

1 587 000

793 500

Tabakk

782 513

730 345

678 178

626 010

521 675

417 340

313 005

208 670

104 335

Banana

3 290 625

3 071 250

2 851 875

2 632 500

2 193 750

1 755 000

1 316 250

877 500

0

Għeneb imnixxef

104 393

86 562

68 732

50 901

15 241

0

0

0

0

Lewż

49 594

30 878

12 161

0

0

0

0

0

0

Totali

32 990 086

31 649 237

30 014 153

27 681 672

23 040 943

18 420 634

13 815 476

9 210 317

4 166 409

Pagamenti diretti nazzjonali komplementari taħt l-Iskema ta' Pagament Uniku:

L-ammont globali ta' pagamenti diretti nazzjonali komplementari li jistgħu jsiru taħt l-Iskema ta' Pagament Uniku għandu jkun daqs is-somma tal-limiti settorali msemmija f'din it-tabella fir-rigward tas-setturi li huma koperti bl-Iskema ta' Pagament Uniku sal-punt li l-appoġġ f'dawn is-setturi jkun isseparat.

Tabella 2:

Ċipru: Pagamenti diretti nazzjonali komplementari fejn tapplika l-iskema ta' pagament uniku bl-area għal pagamenti diretti

Skema ta' Pagament Uniku bl-Area

Settur

2004

2005

2006

2007

2008

Uċuh tar-raba' maħrut (eskluż il-qamh durum)

6 182 503

3 997 873

2 687 095

1 303 496

0

Qamħ durum

2 654 980

2 469 490

2 358 196

2 240 719

2 018 131

Legumi taż-żerriegħa

27 346

20 566

16 498

12 204

4 068

Ħalib u prodotti tal-ħalib

1 153 380

2 323 212

3 501 948

3 492 448

3 474 448

Laħam taċ-ċanga

4 608 945

4 608 945

4 608 945

4 608 945

4 608 945

Nagħaġ u mogħoż

10 932 782

10 887 782

10 860 782

10 832 282

10 778 282

Żejt taż-żebbuġa

7 215 000

6 855 000

6 639 000

6 411 000

5 979 000

Għeneb imnixxef

182 325

176 715

173 349

169 796

163 064

Banana

4 368 300

4 358 700

4 352 940

4 346 860

4 335 340

Tabakk

1 049 000

1 046 750

1 045 400

1 043 975

1 041 275

Totali

38 374 562

36 745 034

36 244 154

34 461 726

32 402 554

ANNESS XIII

Għajnuna mogħtija mill-Istat f'Ċipru

Settur

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

Ċereali (eskluż il-qamh durum)

7 920 562

6 789 053

5 657 544

4 526 035

3 394 527

2 263 018

1 131 509

Ħalib u prodotti tal-ħalib

5 405 996

3 161 383

1 405 471

1 124 377

843 283

562 189

281 094

Laħam taċ-ċanga

227 103

194 660

162 216

129 773

97 330

64 887

0

Nagħaġ u mogħoż

3 597 708

3 083 750

2 569 791

2 055 833

1 541 875

1 027 917

513 958

Is-settur tal-majjali

9 564 120

8 197 817

6 831 514

5 465 211

4 098 909

2 732 606

1 366 303

Tjur u bajd

3 998 310

3 427 123

2 855 936

2 284 749

1 713 561

1 142 374

571 187

Inbid

15 077 963

12 923 969

10 769 974

8 615 979

6 461 984

4 307 990

2 153 995

Żejt taż-żebbuġa

7 311 000

6 266 571

5 222 143

4 177 714

3 133 286

2 088 857

1 044 429

Għeneb frisk

3 706 139

3 176 691

2 647 242

2 117 794

1 588 345

1 058 897

529 448

Tadam ipproċessat

411 102

352 373

293 644

234 915

176 187

117 458

58 729

Banana

445 500

381 857

318 214

254 571

190 929

127 286

63 643

Frott desidwu nkluż il-frott ta' l-għadma

9 709 806

8 322 691

6 935 576

5 548 461

4 161 346

2 774 230

1 387 115

Totali

67 375 310

56 277 938

45 669 267

36 535 414

27 401 560

18 267 707

9 101 410

ANNESS XIV

Għajnuna mogħtija mill-Istat fil-Latvja

GĦAJNUNA MOGĦTIJA MILL-ISTAT

Settur

2004

2005

2006

2007

2008

Kittien

654 000

523 200

392 400

261 600

130 800

Is-settur tal-laħam tal-majjal

204 000

163 200

122 400

81 600

40 800

Nagħaġ u mogħoż

107 000

85 600

64 200

42 800

21 400

Żerriegħa

109 387

87 510

66 110

44 710

23 310

Totali

1 074 387

859 510

645 110

430 710

216 310

Artikolu 2

Fil-Kapitolu 4 “Agrikoltura” ta' l-Anness VI ma' l-Att ta' Adeżjoni, il-punti (2) u (3) għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“2.

31999 R 1254: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21), kif l-aħħar emendat bi:

32003 R 1782: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1782/2003 tad-29.9.2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1):

B'deroga mill-Artikolu 3(f) tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999, l-Estonja tista', sa l-aħħar tas-sena 2004, tikkunsidra baqar tar-razez indikati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2342/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella fir-rigward ta' skemi ta' premium  (**************), bħala eliġibbli fir-rigward tal-premium għall-baqar li jreddgħu taħt subsezzjoni 3 tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999, biss jekk dawn ikunu ġew mgħammra ma' barrin ta' razza mnissla għal-laħam jew ġew inseminati minnhom.

3.

32003 R 1782: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru. 2019/93, (KE) Nru. 1452/2001, (KE) Nru. 1453/2001, (KE) Nru. 1454/2001, (KE) Nru. 1868/94, (KE) Nru. 1251/1999, (KE) Nru. 1254/1999, (KE) Nru.1673/2000, (KEE) Nru. 2358/71, u (KE) Nru. 2529/2001 (ĠU L 270, 21.10.2003, p.1):

B'deroga mill-Artikolu 122(d) tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003, l-Estonja tista', sa l-aħħar tas-sena 2006, tikkunsidra baqar tar-razez indikati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2342/2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella fir-rigward ta' skemi ta' premium  (**************), bħala eliġibbli fir-rigward tal-premium għall-baqar li jreddgħu taħt subsezzjoni 125 tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003, biss jekk dawn ikunu ġew mgħammra ma' barrin ta' razza mnissla għal-laħam jew ġew inseminati minnhom.

Artikolu 3

Fil-Kapitolu 5 A “Il-Leġislazzjoni dwar l-Agrikoltura” ta' l-Anness VII ma' l-Att ta' Adeżjoni, għandu jiżdied il-punt li ġej:

“5.

32003 R 1782: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru. 2019/93, (KE) Nru. 1452/2001, (KE) Nru. 1453/2001, (KE) Nru. 1454/2001, (KE) Nru. 1868/94, (KE) Nru. 1251/1999, (KE) Nru. 1254/1999, (KE) Nru.1673/2000, (KEE) Nru. 2358/71, u (KE) Nru. 2529/2001 (ĠU L 270, 21.10.2003, p.1):

B'deroga mill-Artikolu 131(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003, l-applikazzjoni tad-densità ta' bhejjem miżmuma f'Ċipru għandha tiġi introdotta b'mod gradwali fuq bażi lineari minn 4,5 UTB għal kull ettaru għall-ewwel sena wara l-adeżjoni għal 1,8 UTB għal kull ettaru ħames snin wara l-adeżjoni.”

Artikolu 4

Fil-Kapitolu 4 A “Il-Leġislazzjoni dwar l-Agrikoltura” ta' l-Anness VIII ma' l-Att ta' Adeżjoni, il-punt 3 għandu jinbidel b'li ġej:

“3.

31999 R 1254: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21), kif l-aħħar emendat bi:

32003 R 1782: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1782/2003 tad-29.9.2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1):

B'deroga mill-Artikolu 3(f) tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999, il-Latvja tista', sa l-aħħar tas-sena 2004, tikkunsidra baqar tar-razez indikati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2342/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella fir-rigward ta' skemi ta' premium  (***************), bħala eliġibbli fir-rigward tal-premium għall-baqar li jreddgħu taħt subsezzjoni 3 tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999, biss jekk dawn ikunu ġew mgħammra ma' barrin ta' razza mnissla għal-laħam jew ġew inseminati minnhom.

4.

32003 R 1782: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru. 2019/93, (KE) Nru. 1452/2001, (KE) Nru. 1453/2001, (KE) Nru. 1454/2001, (KE) Nru. 1868/94, (KE) Nru. 1251/1999, (KE) Nru. 1254/1999, (KE) Nru.1673/2000, (KEE) Nru. 2358/71, u (KE) Nru. 2529/2001 (ĠU L 270, 21.10.2003, p.1):

B'deroga mill-Artikolu 122(d) tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003, il-Latvja tista', sa l-aħħar tas-sena 2006, tikkunsidra baqar tar-razez indikati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2342/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella fir-rigward ta' skemi ta' premium  (***************), bħala eliġibbli fir-rigward tal-premium għall-baqar li jreddgħu taħt subsezzjoni 125 tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003, biss jekk dawn ikunu ġew mgħammra ma' barrin ta' razza mnissla għal-laħam jew ġew inseminati minnhom.

Artikolu 5

Fil-Kapitolu 5 A “Il-Leġislazzjoni dwar l-Agrikoltura” ta' l-Anness IX ma' l-Att ta' Adeżjoni, il-punt 3 għandu jinbidel b'li ġej:

“3.

31999 R 1254: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21), kif l-aħħar emendat bi:

32003 R 1782: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1782/2003 tad-29.9.2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1):

B'deroga mill-Artikolu 3(f) tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999, il-Litwanja tista', sa l-aħħar tas-sena 2004, tikkunsidra baqar tar-razez indikati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2342/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella fir-rigward ta' skemi ta' premium  (****************), bħala eliġibbli fir-rigward tal-premium għall-baqar li jreddgħu taħt subsezzjoni 3 tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999, biss jekk dawn ikunu ġew mgħammra ma' barrin ta' razza mnissla għal-laħam jew ġew inseminati minnhom.

4.

32003 R 1782: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru. 2019/93, (KE) Nru. 1452/2001, (KE) Nru. 1453/2001, (KE) Nru. 1454/2001, (KE) Nru. 1868/94, (KE) Nru. 1251/1999, (KE) Nru. 1254/1999, (KE) Nru.1673/2000, (KEE) Nru. 2358/71, u (KE) Nru. 2529/2001 (ĠU L 270, 21.10.2003, p.1):

B'deroga mill-Artikolu 122(d) tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003, il-Litwanja tista', sa l-aħħar tas-sena 2006, tikkunsidra baqar tar-razez indikati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2342/2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella fir-rigward ta' skemi ta' premium  (****************), bħala eliġibbli fir-rigward tal-premium għall-baqar li jreddgħu taħt subsezzjoni 125 tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003, biss jekk dawn ikunu ġew mgħammra ma' barrin ta' razza mnissla għal-laħam jew ġew inseminati minnhom.

Artikolu 6

Il-Kapitolu 4 A “Il-Leġislazzjoni dwar l-Agrikoltura” ta' l-Anness XI ta' l-Att ta' Adeżjoni għandu jiġi adattat kif ġej:

1)

Fl-intestatura għandu jiżdied li ġej wara l-aħħar inċiż:

“32003 R 1784: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78);

320003 R 1785: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96).”

2)

L-ewwel paragrafu tal-punt 1(b) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“B'deroga mill-Artikolu 21 tar-Regolament (KEE) Nru. 2759/75, Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru. 2201/96, Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999, Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru. 1255/1999, Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru. 1260/2001, Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru. 1784/2003, u Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru. 1785/2003, Malta tista' tagħti għajnuna mogħtija mill-Istat speċjali u temporanja bħala appoġġ għax-xiri ta' prodotti agrikoli importati li qabel l-adeżjoni kienu jibbenefikaw minn rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jew li kienu importati minn pajjiżi terzi mingħajr dazji sakemm Malta tipprovdi mekkaniżmu li jiggarantixxi li l-appoġġ jiġi effettivament mgħoddi lill-konsumaturi. L-għajnuna għandha tiġi kkalkulata abbażi ta', u ma għandhiex taqbeż, id-differenza bejn il-prezzijiet ta' l-UE (inkluż it-trasport) u dawk tas-suq mondjali, u għandha tikkunsidra l-livell tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni.”

3)

Il-punt 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.

32003 R 1788: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1788/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi l-ġbir ta' imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 270, 21.10.03, p. 123):

B'deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru. 1788/2003, il-kontenut ta' referenza tax-xaħam ta' ħalib għandu jkun iffissat għal Malta wara perijodu ta' ħames snin mid-data ta' l-adeżjoni.

Sakemm jiġi ffissat il-kontenut ta' referenza ta' xaħam, il-paragun (jew aġġustament) ta' kontenut tax-xaħam għall-iskop li tiġi kkalkulata l-imposta addizzjonali għall-kunsinni kif stipulat fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru. 1788/2003 ma għandux japplika f'Malta.”

4)

Wara l-punt 5 għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

“5a.

32003 R 1782: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru. 2019/93, (KE) Nru. 1452/2001, (KE) Nru. 1453/2001, (KE) Nru. 1454/2001, (KE) Nru. 1868/94, (KE) Nru. 1251/1999, (KE) Nru. 1254/1999, (KE) Nru.1673/2000, (KEE) Nru. 2358/71, u (KE) Nru. 2529/2001 (ĠU L 270, 21.10.2003, p.1):

B'deroga mill-Artikolu 131(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003, l-applikazzjoni tad-densità ta' bhejjem miżmuma f'Malta għandha tiġi ntrodotta b'mod gradwali fuq bażi lineari minn 4,5 UTB għal kull ettaru għall-ewwel sena wara l-adeżjoni għal 1,8 UTB għal kull ettaru ħames snin wara l-adeżjoni. Matul dan il-perijodu, sabiex tiġi determinata id-densità ta' bhejjem fl-azjenda, ma għandux jittieħed kont tal-baqar tal-ħalib li huma meħtieġa biex jipproduċu l-kwantità ta' referenza totali ta' ħalib allokata lill-produttur.

Malta għandha tissottometti rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din il-miżura lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2007.”

Artikolu 7

Fil-Kapitolu 6 A “Il-Leġislazzjoni dwar l-Agrikoltura” ta' l-Anness XII ta' l-Att ta' Adeżjoni, il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

1)

qed jiġi mibdul b'dawn il-punti li ġejjin:

“4.

31999 R 1254: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21), kif l-aħħar emendat bi:

32003 R 1782: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1782/2003 tad-29.9.2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1):

B'deroga mill-Artikolu 3(f) tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999, il-Polonja tista', sa l-aħħar tas-sena 2004, tikkunsidra baqar tar-razez indikati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2342/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella fir-rigward ta' skemi ta' premium  (*****************), bħala eliġibbli fir-rigward tal-premium għall-baqar li jreddgħu taħt subsezzjoni 3 tar-Regolament (KE) Nru. 1254/1999, biss jekk dawn ikunu ġew mgħammra ma' barrin ta' razza mnissla għal-laħam jew ġew inseminati minnhom.

5.

32003 R 1782: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru. 2019/93, (KE) Nru. 1452/2001, (KE) Nru. 1453/2001, (KE) Nru. 1454/2001, (KE) Nru. 1868/94, (KE) Nru. 1251/1999, (KE) Nru. 1254/1999, (KE) Nru.1673/2000, (KEE) Nru. 2358/71, u (KE) Nru. 2529/2001 (ĠU L 270, 21.10.2003, p.1):

B'deroga mill-Artikolu 122(d) tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003, il-Polonja tista', sa l-aħħar tas-sena 2006, tikkunsidra baqar tar-razez indikati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2342/2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella fir-rigward ta' skemi ta' premium  (******************), bħala eliġibbli fir-rigward tal-premium għall-baqar li jreddgħu taħt subsezzjoni 125 tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003, biss jekk dawn ikunu ġew mgħammra ma' barrin ta' razza mnissla għal-laħam jew ġew inseminati minnhom.

(******************)  ĠU L 281, 4.11.1999, p. 30.”"

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha titħejja fil-lingwi Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża, bit-test ta' kull waħda minn dawn il-lingwi ugwalment awtentiku.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-1 ta' Mejju 2004 suġġett għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jirrigwarda l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, it-22 ta' Marzu 2004

Għall-Kunsill

Il-President

B. COWEN


(1)  ĠU Ħarġa speċjali 23.9.2003, p.17.

(2)  ĠU Ħarġa speċjali 23.9.2003, p.33.

(3)  Opinjoni tal-11 ta' Marzu 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1

(5)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 121

(6)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123

(7)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 70

(8)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 113.

(**)  Żjieda speċjali ta' 50,000 tunnellata metrika għal allokazzjoni esklussiva lil produtturi fl-Azores.

(****)  U, f'każ fejn japplika l-Artikolu 70, għas-snin li jiġu wara.

(*****************)  ĠU L 281, 04.11.1999, p. 30.