32004D0230



Official Journal L 070 , 09/03/2004 P. 0041 - 0042


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-5 ta’ Marzu 2004

temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE dwar id-dikjarazzjoni li certi provinċi fl-Italja huma ħielsa mit-tuberkulosi u mill-bruċellosi tal-bovini

(notifikata fid-dokument numru K(2004) 666)

(Test b’relevanza għaż-ZEE)

(2004/230/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-komunitarju ta’ l-annimali bovini u tal-majjali [1], u partikolarment l-Anness A(I)(4) u l-Anness A(II)(7) tagħħa,

Billi:

(1) Il-lista tar-reġjuni ta’ l-Istati Membri li jiddikjaraw li huma ħielsa mit-tuberkulosi tal-bovini u mill-bruċellosi tal-bovini jinstabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-Istati Membri u ir-reġjuni ta’ l-Istati Membri li huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi, mill-bruċellosi u mill-lukożi enżotika tal-bovini fir-rigward tal-merħliet bovini [2].

(2) l-Italja ressqet quddiem il-Kumissjoni id-dokumentazzjoni li turi biċ-ċar il-konformità mall-kondizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tal-provinċja ta’ Grossetto fir-Reġjun tat-Toscana sabiex din il-provinċja tiġi ddikjarata uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi fil-merħliet tal-bovini.

(3) l-Italja ressqet ukoll quddiem il-Kumissjoni id-dokumentazzjoni li turi biċ-car il-konformità mall-kondizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tal-provinċi ta’ Arezzo, Grossetto, Livorno, Lucca u Pisa fir-reġjun tat-Toscana, sabiex dawn il-provinċi jiġu ddikjarati uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi fil-merħliet tal-bovini.

(4) Dan li ġej hija valutazzjoni tad-dokumentazzjoni mogħtija mill-Italja, il-provinċja ta’ Grossetto fir-Reġjun tat-Toscana għandha tiġi ddikjarata uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi tal-bovini u il-provinċi ta’ Arezzo, Grossetto, Livorno, Lucca u Pisa fir-Reġjun tat-Toscana għandhom jiġu ddikjarati uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi tal-bovini.

(5) Id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif jeħtieġ.

(6) Il-miżuri previsti f’din id-DEĊIŻJONI huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KC huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Marzu 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva l-aħħar emendata skond ir-Regolament (KE) Nru 21/2004 (ĠU L 5, tad-9.1.2004, p. 8).

[2] ĠU L 156, tal-25.6.2003, p. 74. Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 2004/63/KE (ĠU L 13, ta’ l-20.1.2004, p. 32).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness I u II tad-Deċizjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:

1. Fl-Aness I, Kapitolu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:

"Kapitolu 2

Ir-reġjuni ta’ l-Istati Membri ddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi

Fl-Italja:

- Ir-reġjun tal-Lombardia: Il-provinċi ta’ Bergamo, Lecco, Sondrio

- Ir-reġjun ta’ Marche: Il-provinċja ta’ Ascoli Piceno

- Ir-reġjun tat-Toscana: Il-provinċja ta’ Grossetto

- Ir-reġjun tat-Trentino-Alto Adige: Il-provinċI ta’ Bolzano, Trento"

2. Fl-Anness II, Kapitolu 2 ġie mibdul b’dan li ġej:

"KAPITOLU 2

Ir-reġjuni ta’ l-Istati Membri ddikjarati uffiċjalment ħielsa mil-bruċellosi

Fl-Italja:

- Ir-reġjun ta’ l-Emilia-Romagna: Il-provinċi ta’ Bologna, Ferrara, Forli-Cesena, Modena, Parma, Piacenza, Ravenna, Reggio Emilia, Rimini

- Ir-reġjun tal-Lombardia: Il-provinċi ta’ Bergamo, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova, Pavia, Sondrio, Varese

- Ir-reġjun ta’ Marche: Il-provinċi ta’ Ascoli Piceno

- Ir-reġjun ta’ Sardinia: Il-provinċI ta’ Cagliari, Nuoro, Oristano, Sassari

- Ir-reġjun tat-Toscana: Il-provinċi ta’ Arezzo, Grossetto, Livorno, Lucca, Pisa

- Ir-reġjun tat-Trentino-Alto Adige: Il-provinċi ta’ Bolzano, Trento

Fil-Portugall:

- Ir-reġjun autonomu ta’ Azores: il-gżejjer ta’ Pico, Graciosa, Flores, Corvo

Fir-Renju Unit:

- Il-Gran Britannja: L-Ingilterra, L-Iskozja, Wales"

--------------------------------------------------